Malta fil-kampjonati Wales Open

Sunday, August 4, 2013, 8:49

Għal darba oħra t-Tijm Nazzjonali Malti tal-Lotta se jkun inpenjat nhar is-17 ta’ Awissu 2013 fil-Wales Open ġewwa l-belt kapitali ta’ Cardiff. Sa issa il-Maltin dejjem ħarġu rebbieħin kemm f’Malta kif ukoll f’Wales.

Il-kontinġent Malti se jkun immexxi għal darb’ora mill-Kowċ Nazzjonali Jesmonnd Giordimaina u se jkun magħmul minn ħames lottaturi. Dawn se jkunu Gary Giordimaina (Cadet 50kg), Adam Vella (Senior 60kg), Andrea Saliba (Senior 66kg), Abraham Vassallo (Senior 84kg) u Aidan Buhagiar (Senior 96kg).

Ta’ min jinnota li billi l-Maltin bħala tijm dejjem ħarġu rebbiħin Wales mistennija jkunu aktar mis-soltu ppreparati sewwa. għal din l-okkażjoni aktar u aktar meta se jkunu f’darhom.

Huwa mistenni li waqt iż-żjara f’Wales il-Maltin se jieħdu sehem fi training camp flimkien ma kompetituri oħra ta’ dan il-kampjonat.





Leave a comment