Malta fil-kampjonati mondjali tal-pool

Tuesday, July 7, 2015, 0:09

Gavin Muscat

Malta ser tieħu sehem fil-kampjonati mondjali tal-Pool li ser issiru ġewwa Blackpool, l-Ingilterra, bejn il-21 ta’ Ġunju u 1 ta’ Lulju. Il-Malta Pool Association ser tibgħat erba’  timijiet f’ dawn il-kampjonati fil-kategoriji ta’ l-irġiel, Under 18’s, Under 23’s u Over 50’s.Bħal kull sena l-assoċjazzjoni tibgħat l-akbar kontinġent Malti jikkompeti f’ kampjonati mondjali tal-Pool.

It-tim tal-Under 23 ta'Malta tal-pool

It-tim ta’ l-irġiel ser ikun kompost minn Ray Caruana, Wayne Bonnici,  Anton Cuschieri, Antoine Aquilina, Duncan Pisani, Johann Attard u Christ Mills. It-team taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tmintax –il sena ser ikun kompost minn Scott Muscat, Steve Muscat, Christ Zaffarese, Dejan Grech, Owen Amato u Wayne Farrugia. It-team taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tlieta u għoxrin sena, li huma c-champions renjanti Ewropej, jinkludi lil Dylan Cassar, Ryan Falzon, Ryan Pisani u Troy Zammit filwaqt li t-tim ta’ l-Over 50’s ser kompost minn Brian Grech, Tonio Mifsud, Marcel Micallef u Alfred Attard. Il-player żgħażugħa Alexia Cassano ser tiehu sehem fil-kampjonati individwali femminili.

Carmel Cilia ser ikun il-manager tat-tim ta’ l-irgiel, Pasquale Sciberras ser imexxi t-tim ta’ l-Under 18’s, Saviour Mifsud ser imexxi t-timijiet ta’ l-Under 23 1’s filwaqt li Marcel Micallef ser ikun captain tat-tim ta’ l-Over 50’s.

F’ dawn il-kampjonati ser jieħdu sehem tnax il-pajjiz li huma Malta, l-Ingilterra, l-Irlanda, l-Iskozja, l-Irlanda ta’ Fuq, Wales, Franza, South Africa, Awstralja, Indja, Mauritius u l-Marokk.

Barra l-kampjonati tat-timijiet kull plejer ser ikun impenjat fil-kampjonati individwali mondjali kif ukoll f’ tournament prestiġjuż imsejjaħ il-‘World Masters Tournament’.

Vincent Degiorgio, segretarju tal-Malta Pool Association kif ukoll teżorier tal-World Eight Ball Pool Federation, ser ikun l-uffiċjal inkarigat mill-kontinġent Malti.

Riżultati kollha tal-kampjonati jistgħu jiġu segwiti fuq il-website ta’ l-assoċjazzjoni www.maltapoolassociation.com jew fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ l-assoċjazzjoni.

Sadanittant l-assoċjazzjoni qeda tilqa applikazzjonijiet ta’ timijiet ġodda għall-istaġun li ġej.  Dawk kollha nteressati jistgħu jċemplu lis-segretarju ta’ l-assoċjazzjoni Vincent Degiorgio fuq 79499117.

 





Leave a comment