Malta Fil-Kampjonati Mondjali Tal-Pool

Tuesday, July 12, 2016, 17:39

Gavin Muscat

Malta ser tieħu sehem fil-kampjonati mondjali tal-Pool li ser issiru gewwa Blackpool, l-Ingilterra, bejn it-18 u t- 30 ta’ Gunju. Il-Malta Pool Association ser tibgħat erba’  timijiet f’ dawn il-kampjonati fil-kateogirji ta’ l-irgiel, Under 18’s, Under 23’s u Over 50’s. Bhal kull sena l-assocjazzjoni tibgħat l-akbar kontingent Malti jikkompenti f’ kampjonati mondjali    tal-Pool.

It-tim ta’ l-irġiel ser ikun kompost minn Wayne Bonnici,  Antione Aquilina, Duncan Pisani, Johann Attard, Warren Falzon, Malcolm Azzopardi, Miguel Falzon u Kevin Mercieca.       It-team taz-zgħazagħ ta’ taht it-tminntax –il sena ser ikun kompost minn Scott Muscat, Steve Muscat, Gary Zammit, Rodney Montebello, Christian Mifsud u Jak Carabott. It-team taz-zgħazagħ ta’ taht it-tlieta u għoxrin sena, li huma c-champions renjanti Ewropej, jinkludi lil Dylan Cassar, Dejan Grech, Ryan Pisani u Lothar Mallia filwaqt li t-tim ta’ l-Over 50’s ser kompost minn Brian Grech, Tony Mifsud, Marcel Micallef, Ray Caruana, Joe Gatt u Alfred Attard.

Carmel Cilia ser ikun il-manager tat-tim ta’ l-irgiel, Jemond Grima ser imexxi t-tim ta’ l-Under 18’s, Saviour Mifsud ser imexxi t-timijiet ta’ l-Under 23’s filwaqt li Brian Grech ser ikun captain tat-tim ta’ l-Over 50’s.

F’ dawn il-kampjonati ser jiehdu sehem erbatax il-pajjiz li huma Malta, l-Ingilterra, l-Irlanda, Scotland, l-Irlanda ta’ fuq, Wales, Franza, Afrika t’Isfel, Awstralja, Indja, Mauritius, Alġerija, Reunion u Channel Islands.

Barra l-kampjonati tat-timijiet kull player ser ikun impenjat fil-kampjonati individwali mondjali kif ukoll f’ tournament prestigjuz imsejjah World Masters Tournament.

Vincent Degiorgio, segretarju tal-Malta Pool Association, ser jerga jikkontesta l-kariga ta’  tezorier tal-World Eigħt Ball Pool Federation u ser ikun l-ufficjal inkarigat mill-kontinġent Malti.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Malta Pool Mens Team

————————————————————————————————————————————————————-

Malta Pool Over 50 Team

————————————————————————————————————————————————————-

Malta Pool Under 18 Team

————————————————————————————————————————————————————-

Malta Pool Under 23 Team

 





Leave a comment