Malta Champions Cup tat-Table Football

Wednesday, December 8, 2010, 12:00
Joseph Mifsud

Joseph Mifsud

Fuq inizjattiva ta’ l-ex Champion tat-Table Football Joseph Mifsud u bl‐għajnuna tal‐MTFSA nhar it‐Tnejn 13 ta’ Diċembru 2010 ġewwa taċ‐Ċaċċu Social Club f’Ħal Qormi se ssir il‐Malta Champions Cup. Din it‐tazza hija intenzjonata għal dawk li matul is‐snin rebħu l-kampjonat nazzjonali, anke meta l‐assoċjazzjoni kienet maqsuma fi tnejn.

Il‐konferma tal‐parteċipanti waslet minn Joseph Mifsud, Adrian Bonnici, Patrick Pace, Mark Gauci u Massimo Cremona. Dawn bejniethom se jilgħabu forma ta’ Kampjonat bil‐logħob ikun kif ġej:

1030 Player 1 vs Player 2

1030 Player 3 vs Player 4

1115 Player 2 vs Player 3

1115 Player 4 vs Player 5

1200 Player 1 vs Player 3

1200 Player 2 vs Player 5

1300 Player 2 vs Player 4

1300 Player 1 vs Player 5

1345 Player 1 vs Player 4

1345 Player 3 vs Player 5

1445 Final

Dawk it‐tnejn li jispiċċaw l‐ewwel fil‐klassifika jilgħabu finali biex jkun elett iċ‐Champion tal‐Malta Champions Cup għal 2010. Il‐poloz tal‐players jitilgħu l‐Ħadd 12 ta’ Diċembru 2010.





Leave a comment