- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Malta b’żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra r-Rumanija

Posted By Sportinmalta On March 30, 2015 @ 8:44 am In Featured,Football | No Comments

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa ta’ taħt il-15 il sena se jilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra r-Rumanija fil-31 ta’ Marzu u fl-1 ta’ April li ġej. Iż-żewġ partiti jintlagħbu fis-Centenary Stadium u l-ewwel waħda tibda fil-11.00am mentri t0tieni waħda tibda fis-6.00pm.

 

Dawn iż-żewġ partiti se jservu biex fil-futur qrib, dawn iż-żgħażagħ jittellgħu fit-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-16-il sena, ta’ taħt is-17-il sena, ta’ taħt id-19-il sena u eventwalment fit-tim nazzjonali tal-kbar.

 

Pierre Brincat, Direttur tal-futbol tan-nisa fi ħdan iċ-Ċentru Tekniku tkellem ma’ www.mfa.com.mt u qal li din se tkun l-ewwel esperjenza għal dawn it-tfajliet.

 

“Dawn it-tfal ilhom magħna ħames snin. Għandna grupp ta 29 tifla iżda kellna nagħżlu 23 għal dawn iż-żewġ partiti. Nemmen li hemm talent tajjeb. Qed inħarrġuhom għal-logħba 11-a-side peress li fil-kampjonat tagħhom jilgħabu 7-a-side. Il-futur tagħhom jidher li se jkun wieħed sabiħ. B’dan il-mod kif tilgħin konvint li fi ftit snin se narawhom fit-tim nazzjonali tal-kbar,” qal Brincat.

 

Dorienne Theuma, kowċ nazzjonali ta’ din l-iskwadra mgħejjuna mill-assistenta tagħha Charlene Zammit u l-kowċ tal-gowlkipers Michelle Zahra, sejħu skwadra ta’ 23 plejer biex jipparteċipaw f’dawn il-partiti.

 

Intant, l-iskwadra ta’ 23 plejer li ssejħu għal dawn il-partiti hi:

 

Gowlkipers

 

Patricia Ebejer (Mgarr), Mandy Caruana (Tarxien)

 

Difensuri

 

Kim Borg (Tarxien), Chloe Ellul (Tarxien) Leanne Cefai (Gozo) 4 Nicole Sciberras (Mosta) Celeste Grech (Mosta), Mirea Ellul (Hibs), Amber Brincat (Hibs), Michela Felice (Birkirkara) Nicole Zammit (Birkirkara), Sharone Spagnol (Hibs)

 

Midfielders

 

Katryn Ellul (Kirkop), Maia Debono (Mgarr) Maria Farrugia (Gozo), Kayleigh Chetcuti (Hibs), Samantha Zarb (Birkirkara) Sarah Urpani (Birkirkara) Miriana Conti (Gozo) Kylie Pantalleresco (Mosta), Angelique Schembri (Mgarr)

 

Attakkanti

 

Demi Magrin (Kirkop), Keeva Camilleri (Gozo)


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/malta-bzewg-partiti-ta-hbiberija-kontra-r-rumanija/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.