Rebħa quddiem għajnejn il-President tal-FIRA

Saturday, April 24, 2010, 17:01

Minn Sandro Micallef

Jean-Claude Baque li jokkupa l-għola post fl-istituzzjoni Internazzjonali tar-Rugby Mondjali kellu esperjenza liema bħala il-bieraħ wara nofsninhar hekk kif xehed tragward ieħor importanti ta’ team hekk meqjuż żgħir fl-Ewropa li qed jagħmel avvanzi kbar fix-xena tar-Rugby Internazzjonali.

Baque li kien jinsab f’Malta biex jara l-andament tal-preparazzjoni għal-kungress anwali tal-FIRA li se jsir f’Malta f’Ġunju, baqa’ impressjonat mhux biss bir-riżultat tal-logħba li rat lill-Maltin jirbħu u jiddominaw bi score ta’ 27-10, izda baqa’ ċċassat ukoll għal mod kif il-publiku Malti jgħix l-esperjenza ta’ logħba Rugby f’pajjiżna.

It-Team Nazzjonali Malti mmexxi mill-coach minn Wales Damien Neil għaraf jikkontrolla u jamministra l-logħba kontra l-Latvja sa mill-bidu tal-partita. Il-Maltin iddominaw għall-ħinijiet twal. Huma marru fil-vantaġġ kmieni fil-logħba permezz ta’ Try ta’ Thomas Holloway segwiet minn conversion ta’ James O’Brien għal-7-0. Il-Latvja kellhom lill Reins muri l-karta s-safra u tpoġġa fis-sin bin għal-għaxar minuti. Iktar tard it-team Malti mar 12-0 fil-vataġġ bi Try tal-Full Back O’Brien. Il-Latvja naqqsu l-marġni tal-iscore għal-12-5 qabel tmien l-ewwel taqsima minn Try tal-iScrum Half tagħhom Avdejeves Sergejs.

B’vantaġġ ta’ seba’ punti l-Maltin komplew ikunu pro-attivi u kienu l-players li fuq il-gear tagħhom iġorru s-salib ta’ Malti li reġħu skorjaw permezz din id-darba ta’ Try ta’ Oliver Sacco għal-17-5. Wara din it-Try O’Brien falla l-conversion. Matt Jarret skorja Try oħra għal Malta għall-22-5 segwieta bl-eżekuzzjoni perfetta tal-conversion ta’ James O’Brien li żied żewġ punti oħra għal 24-5.

Hawn prattikament ir-rebħa kienet ġewwa. Segwiet Try tal-Latvja permezz tal-Loose Head Prop tagħhom Edgar Cirulis. L-avversarji fallew il-conversion. Iktar tard James O’Brien li jilgħab ma’ Waterloo fl-Ingilterra falla penalty meta ra l-ballun jistampa mal-lasta fid-69minuta. Din l-isfortuna tal-Maltin kienet segwita minn trasformazzjoni ta’ penalty iehħor mill-istess O’Brien li għamel l-iscore finali Malta 27 – Latvja 10 biex O’Brien irreġistra it-tnax –il punt personali tigħu f’dan il-konfront.

Għal dan il-konfront idebuttaw quddiem il-pubbliku Malti l-aħwa Thomas u Robert Holloway li kellhom l-ewwel dehra bil-flokk Malti is-Sibt li għadda kontra l-Olanda f’Amsterdam meta tlifna 19-0. Idebuttaw ukoll f’Malta Alistair Livesey u l-player ta’ Overseas Clayton Cassar li dawn ukoll libsu l-flokk Malti għall-ewwel darba is-Sibt li għadda.

Din ir-rebħa fl-aħħar logħba ta’ dan il-Grupp B tat-Teini Diviżjoni waslet ukoll minkejja li Damien Neil kellu diversi players neqsin fosthom Harry Collins (ma ġiex rilaxxat mill-Club fl-Ingilterra), Daryl Psaila player lokali (injury), Rohan Spiteri (ma kienx disponibbli li jsiefer), Lee Culnane (irtira wara l-logħba kontra l-iSvezja), Paul Marzella (injury) u Malcolm Attard (imsiefer fuq xogħol).

B’din ir-rebħa Malta kkonsolidat postha fit-Tieni Diviżjoni tal-Kampjonat FIRA/AER għal kompetizzjoni oħra meta spiċċajna b’16 –il punt b’erba’ rebħiet u erba’ telfiet (fir-Rugby meta titlef tieħu punt)

Fi tmiem il-partita Damiel Neil ikkumeta li hu ta’ sodisfazzjon kbir għalih li ġabar erba’ rebħiet min dan il-grupp u għamel żewg rebħiet appuntu kontra l-Latvja u kontra l-iSvezja. Hu rrimarka li żamm kelmtu li baqa’ b’team kompettitiv minkejja li qed idaħħal ammont konsiderevoli ta’ players Maltin li jilgħabu fil-Kampjonat lokali.

Picture Gallery

Malta:
A.Livesey, M. McArdle, P. Bradley, L.Watts, C.Cassar, M.Bonavia, J.Howlands, R.Bonavia, T.Holloway, R. Holloway, M.Mirabelli, D,Busuttil (C), M.Jarret, O.Sacco, J.O’Brien.

Sostituti- I.Borda, N.Gatt, M.Whitney, C.Sammut, J.Cutajar, J.Finlason, M.Camilleri

Latvja:
E.Cirulis, A. Andris, J.Skuja, T.Vjaceslavs, B.Sandis, Mceksters, A.Augstilkans, A. Sergejs, J. Preide, N Berzins, K. Ruslans, V.Silvoniks, P.Reins, R.Valters.

Sostituti- A.Andersons, M.Robeznieks, L.Mareks, P.Andrejs, H. Vitalus, B.Daniels.

Referee: Mauro Dordolo (Italja)





Leave a comment