- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Malta BMX – 29 Edizzjoni tal-BMX Summer Fest

Posted By Sportinmalta On August 8, 2015 @ 5:01 pm In Cycling,Featured,Other | No Comments

Gavin Muscat

Dan l-aħħar l-BMX Malta organizzat 29 Edizzjoni tal-BMX Summer Fest, fejn għall-ewwel darba dan kien ikkumplimentat minn life music fl-Outdoor Park tal-BMX f’Pembroke.

Fil-fatt numru sabiħ ta’ bands lokali fosthom Nosnow/Noalps, Fuzzhoneys, OctoPi, Sempliciment tat–Triq, Pio, Falcon’s Flying Circus, FDM Crew, Oddball Malta u Pyramid Suns ħadu sehem taħt il-kordinazjoni ta’ Francesco Ċikku Frendo. B’hekk dawk li attendew setgħu jammiraw l-BMX fl-isfond tal-mużika live.

Il-kompetizzjonijiet tal-BMX ikkordinati minn Karl Naja u sħabu tal-Malta BMX kellhom dawn ir-rebbieħa:

  • Game of BIKE: Aaron Grixti
  • Game of SKATE group A: Zach Perci Calasoni
  • Game of SKATE Group B: Owen Lee Sciriha
  • Bunny Hop Competition: Gianni Zarah
  • Big Air Competitionwinner: Jakub Najman (Czech)

Riżultati oħra kienu dawn:

BMX Park Competition Group B:

1.       1st: Deyan Caruana

2.       2nd: Shemizen Azzopardi

3.       3rd: Owen Borg

BMX Park Competition Group A

1.       1st: Jakub Najman (Czech)

2.       2nd: Luke Borg Grech

3.       3rd: Aaron Grixti

BMX Racing Group 1:

1.       1st: Matteo Milito

2.       2nd: Danzil Camilleri

3.       3rd: Brandon Walter Moore

BMX Racing Group 2:

1.       1st: Luke Borg Grech

2.       2nd: Shayem Agius

3.       3rd: John Aquilina

L-Assoċjazzjoni tal-BMX tixtieq trodd ħajr lil Bamboo Stores, Riot Boutique Cafe, The Free Way SurfStores – MALTA, Wheel Wizard (Malta), Jump Street, Pedal Power Malta, Epic Bikes, Red Bull, Visage Malta, Oakley Malta, Pepsi Malta, Twistees Malta  u Urban Culture li taw l-għajnuna tagħhom biex dawn il-kompetizzjonijiet kienu ta’ suċċess.

Grazzi wkoll tmur lil pubbliku li attenda fejn il-flus kollha migbura ser jgħaddu lil Malta BMX Association biex tkompli dejjem tkabbar u tizviluppa iktar il-BMX f’Malta.

Għal iktar informazzjoni fuq Malta BMX wieħed għandu jżur www.maltabmx.com jew fuq Facebook: Malta BMX

(2nd)Shemizen Azzopardi - (1st)Deyan Caruana - (3rd)Owen Borg


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/malta-bmx-29-edizzjoni-tal-bmx-summer-fest/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.