Malta b’kontingent ghall-loghob tal-FISEC 2014 fi Vjenna

Wednesday, July 2, 2014, 13:50

It-Tnejn fil-ghaxija nghataw l-ahhar dettalji dwar l-edizzjoni 2014 tal-loghob tal-FISEC li se jsiru l-gimgha d-diehla fil-belt kapitali Awstrijaka Vjenna. Dan waqt laqgha li saret apposta ghall-genituri li wliedhom se jiehdu sehem f’dan il-loghob. Din is-sena Malta se tkun rapprezentata minn numru ta’ atleti li se jippartecipaw fl-ghawm u l-atletika. Il-loghob se jsir bejn l-Erbgha 9 u l-Erbgha 14 ta’ Lulju.
Matul din il-laqgha dawk prezenti gew qabel xejn indirizzati mic-chairman tal-kunsill Malti tal-FISEC Bro Martin Borg fsc li tenna li bhas-snin li ghaddew dan il-loghob se jservi bhala l-ewwel targa jew esperjenza nternazzjonali ghal numru sabih ta’ tfal sportivi Maltin.  Hu rringrazzja lill-genituri u lill-ufficjali tal-assocjazzjonijiet sportivi Maltin tal-appogg kontinwu taghhom fl-ghazla u fil-preparazzjoni tal-atleti. “Fuq kollox, bhas-snin li ghaddew din il-partecipazzjoni taghna ma kenitx tkun possibli minghajr l-ghajnuna diretta u finanzjarja tal-Kunsill Malti ghall-Isport u ta’ dan nirrigrazzja lill-awtoritajiet Maltin,” tenna Bro Martin.
Is-Sur David Azzopardi, Direttur Tekniku fi hdan FISEC Malta, kompla jaghti aktar informazzjoni dwar it-tip ta’ kompetizzjonijiet li fihom se jiehdu sehem it-tfal Maltin. Hu zied jghid ukoll li anki din is-sena matul dan il-loghob mistenni li jkun hemm livell ferm gholi. Hu kkonferma wkoll li barra l-atleti Maltin se jkun hemm jiehdu sehem atleti mill-istess Awstrija, Brazil, Germanja, Franza, Spanja, Belgju Flanders, Ingilterra, Italja, Olanda, Portugal u Ungerija. “Dan mhux kollox ghax il-kumplessi sportivi fejn se jsir l-loghob huma ta’ l-oghla livell,” zied jghid Azzopardi.

Finalment tkellem ukoll ic-chairman tal-Kunsill Malti ghall-iSport, l-Onorevoli Dr Luciano Busuttil li filwaqt li ferah lill-kunsill Malti tal-FISEC ghall-hidma fejjieda tieghu, awgura kull success lill-atleti Maltin. Hu zied jghid ukoll li l-gvern, permezz tal-Kunsill Malti ghall-Isport hu dejjem lest jghin lill-atleti Maltin fil-partecipazzjoni nternazzjonali taghhom.   Dr.Luciano Busuttil temm jghid li l-KMS lest li jghin bi hgaru lil kumitat tal-Fisec jekk dejjem jinghataw l-inkarigu li jorganizzaw il-loghob tal-Fisec f’pajjizna s-sena d-diehla. Dan ser ikun deciz waqt il-laqgha generali li ser ssir waqt il-loghob il-gimgha. Awguri lill-Atleti maltin.




Leave a comment