Major Revamp At The Cottonera Sports Complex

Saturday, September 24, 2016, 15:27

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

A major revamp at the Cottonera Sports Complex took place and was presented to the public on Friday 23rd September during an event held at the premises. SportMalta employees have been labouring relentlessly over the past months carrying out extensive embellishment works resulting in an overall appearance that reflects the new branding of the entity. However the most striking innovation is the new flooring of the main hall, an investment of 120,000 euros. The flooring is of the highest quality thus placing SportMalta on the same level as other oversees venues when competing for the hosting of international events and competitions.

Such an investment is the result of the continuous effort by SportMalta to improve the relationship with the local sport associations by providing them with the best facilities for them to practice and attract people towards their individual sport. This collaboration keeps growing as SportMalta is delivering one project after the other. As a result SportMalta is benefitting from enhanced confidence in its operations as it is being present for the associations so as together they offer the best service possible to the Maltese population.

During the event to celebrate the upgrading of the complex the public were entertained by over 400 SportMalta dance students during a presentation of the show Dance Project. The performanace marked the closing of the Be Active campaign and forms one of the seven main activities that were very successful during the European Week of Sports.

Mark Cutajar, Chief Executive of SportMalta thanked all the employees who contributed to make this dream a reality. He expressed his satisfaction at the increasing number of participatants in the SportMalta summer and winter programmes claiming that this is testimony of the fact that the entity’s message to bring people closer to physical activity is coming across. He encouraged people to apply for the Winter programme now that applications are out so as to avoid disspointment since once more it is being anticipated that the numbers will be again of phenomenal proportions. He concluded by stating that he is proud that SportMalta has not only managed to change its material outlook but also its mentality to be the government’s supreme authority to meet its new mission statement to move a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and succesful Malta.

Luciano Busuttil,  Chairman of SportMalta declared that this investment reflects the entity’s policy to continously support sports associations,  providing them with the necessary backing to expand their sport and ensure that they will find backing from the goverment’s sport entity.

 

The Parliamentary Secretary for Research, Innovation, Youth and Sport, Chris Agius said that this investment is just a part of the upgrading of the Cottonera Complex in the southern part of our country. He confirmed that there are already all the applications in place with The Planning Authority for the building of an indoor pool. Works are envisaged to commence in the beginning of next year. He also mentioned the waterpolo pitch in Birzebbuga that will be completed in a few weeks, the current study being carried out for a new pitch in M’skala and the possibility of another indoor pool in Hal Kirkop. 

————————————————————————————————————————————————————-

Libsa Ġdida Għall-Kumpless Sportiv Tal-Kottonera

Nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ Settembru ġiet ippreżentata d-dehra l-ġdida tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.  F’dawn l-aħħar xhur kien għaddej xogħol bla waqfien mill-ħaddiema ta’ SportMalta biex isir tibjid u tisbieħ fid-dehra estetika tal-Kumpless li issa tirrifletti l-brandin’ il-ġdid tal-entità.  Iżda l-akbar kambjament li wieħed jista jara huwa l-art il-ġdida li tqegħdet fis-sala prinċipali b’investiment ta’ madwar 120, 000 ewro.  Din l-art hija tal-għola kwalità u se tagħti garanzija li issa SportMalta hija f’pożizzjoni li tospita kompetizzjonijiet internazzjonali hekk kif il-post iħabbata ma’ venues ta’ livell fl-Ewropa u kontinenti oħra.

Dan l-investiment f’din l-art il-ġdida huwa riżultat ta’ kif f’dawn l-aħħar tliet snin SportMalta ħadmet qatiegħ biex ittejjeb il-kundizzjoni tal-faċiltajiet tagħha u tkompli tagħti servizz tal-għola kwalità kemm lill-assoċjazzjonijiet li jistgħu jipprattikaw l-isport f’lok li jixraqilhom, kif ukoll lill-poplu Malti li juża l-faċilitajiet ta’ SportMalta fuq bażi regolari. 

Il-kollaborazzjoni bejn SportMalta u l-assoċjazzjonijiet sportivi qiegħda dejjem tikber u tissaħħaħ hekk kif il-kullana ta’ proġetti li gew mwiegħda ftit tax-xhur ilu qed isiru realtà.  Kibret ukoll il-fiduċja li SportMalta qiegħda tgawdi, peress li qed tkun preżenti u aktar qrib l-assoċjazzjonijiet, tagħtihom is-sostenn meħtieġ sabiex ikabbru l-isport tagħhom u jagħtu servizz aħjar lill-atleti li jipprattikaw l-isport partikolari. 

Waqt l-attività ta’ inawgurazzjoni   kien iċċelebrat wkoll l-għeluq tal-kampanja Be Active permezz ta’ Dance Project,  esebizzjoni ta’ żfin imtellgħa mill-istudenti li jattendu l-programmi ta’ SportMalta, taħt il-gwida ta’ kowċis professjonali.  Din kienet waħda mis-seba’ attivitiajiet li saru matul din il-kampanja li kienet tinkludi l-attivitajiet kollha li ttellgħu b’suċċess waqt il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport.

Mark Cutajar, il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta rringrazzja lill-ħaddiema kollha li taw sehemhom biex din il-ħolma ssir realtà.  Huwa esprima s-sodisfazzjoni tiegħu li l-messaġġ ta’ SportMalta li jħeġġeġ iżjed nies jersqu lejn l-attività fiżika u jżommu ‘il bogħod mill-ħajja sedentarja jidher li qed jasal bin-numru ta’ parteċipanti fil-programmi li toffri SportMalta jikber minn sena għal oħra.   Huwa ħeġġeġ lin-nies japplikaw għall-programm tax-xitwa li se jibda ftit tal-ġimgħat oħra u li se jkun ikbar minn tas-snin ta’ qabel.  Mark Cutajar ħa l-okkażżjoni biex ifakkar kif f’dawn l-aħħar snin SportMalta mhux biss bidlet id-dehra fiżika tagħha iżda wkoll il-mentalità ta’ kif għandha tkun entità sportiva li tirrapreżenta l-Gvern fejn dan qed jiġi wkoll trasmess fil-mission statment il-ġdid ta’ SportMalta li timpenja ruħha sabiex iċċaqlaq nazzjon.

Luciano Busuttil, Chairman ta’ SportMalta saħaq li dan l-investiment jirrifletti l-policy ta’ SportMalta li tkun ta’ sostenn kontinwu lill-għaqdiet sportivi biex ikunu jistgħu ikabbru l-isport tagħom u jsibu kenn u sapport mill-entita’ ewlienija sportiva tal-gvern.

 

Min naħa tiegħu is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius semma kif dan huwa investiment ieħor fin-nofsinhar tal-pajjiż u li din l-inawgurazzjoni tallum hija biss parti mill-bidla li ser issir fil-Kumpless tal-Kottonera, hekk kif saru l-applikazzjonijiet neċessarji għall-permessi mal-Awtorita tal-Ippjanar għall-bini ta’ pixxina indoor.  Il-mira hi li lejn il-bidu tas-sena ddieħla jkunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet.  Intant wara li fi ftit ġimgħat oħra tkun tlestiet għal kollox il-pixxina ta’ Birżebbuġa,  din is-sena wkoll jitkompla l-istudju fuq pixxina oħra fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn u possibilità ta’ pixxina indoor oħra fil-kumpless ta’ Ħal Kirkop. 

 

Major Revamp At The Cottonera Sports Complex





Leave a comment