Majdevac ta’ Balzan għamilhom tnejn in fila

Tuesday, January 7, 2020, 12:26

Andrija Majdevac ta’ Balzan FC kompla bil-prestazzjonijiet eċċellenti tiegħu tul Novembru biex rebaħ it-tieni unur tal-BOV Plejer tax-Xahar in fila.

L-attakkant Serb kien il-protagonist ewlieni fir-rebħa ta’ 3-0 ta’ Balzan fuq Santa Lucija. Bil-hat-trick tiegħu fit-tieni taqsima Balzan kisbu tliet punti imprezzabbli għal fejn il-finezza fl-attakk tiegħu kien wieħed mill-fatturi ewlenin fis-superjorità ta’ Balzan f’din il-partita.

Iktar kmieni fix-xahar, Majdevac ukoll skorja l-gowl ta’ Balzan fid-draw ta’ 1-1 tagħhom kontra Ħamrun, li effettivament huwa l-uniku skorer ta’ Balzan, b’total ta’ 4 gowls matul Diċembru.

Charles Azzopardi, Eżekuttiv PR & Marketing fil-Bank of Valletta ippreżenta t-Trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Diċembru 2019 lil Majdevac li għażel id-Dar tal-Providenza biex tibbenefika mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.





Leave a comment