Main Sponsor Ġdid għall-Gżira United

Wednesday, June 15, 2016, 12:35

Gavin Muscat

Gżira United FC ihabbru li l-bierah 31 ta’ Mejju 2016 gie iffirmat kuntratt ta’ sponsorship għat-tlett snin li gejjien mal-kumpanija Tipbet. Dan huwa wiehed mill-ikbar main isponsors uffiċċjali li l-Gżira United qatt kellha u certament pass importanti fil-prestazzjoni tal-klabb fil-kampjonat Premier.

Tipbet hija licenzjata f’Malta sa minn Ottubru 2015 u hija konnessa mal-betting fl-isport bhal futbol, tennis, rugby, tigrijiet taz-zwiemel u l-klieb, u hafna attivitajiet sportivi ohra pero’ mhux il-futbol Malti. Tipbet hija ukoll wahda mill-isponsers uffiċċjali tat-tim rinomat Bayern Leverkusen.

Huma joperaw mill-ufficini tagħhom gewwa l-Gżira u waqt żjara tas-Sindku Conrad Borg Manché esprimew miegħu ix-xewqa li jagħtu il-kontribut tagħhom lejn il-lokalita. Wara li gie spjegat il-progress u il-mod professjonali li tmexxa bih il-klabb Gżira United fl-aħħar stagun fejn gie promoss fil- kampjonat Premier bhala Champions ta’ l-Ewwel Divizjoni mingħajr telfa, huma interessaw ruhom sabiex ikunu l-main sponsors għat-tlett snin li gejjin.

Il-fiduċja ta’ kumpanija bhal Tipbet timlina bil-kurraġġ sabiex bħala klabb inkomplu nahdmu bi stil professjonali kif fuq kollox jixraq li jkun klabb fl-għola divizjoni tal-futbol Malti. “Il-kooperazzjoni tagħkom magħna, li għaliha nirringrazzjakom hija sfida għalina sabiex dawn il-flus insarrfuhom f’investiment fi plajers li jagħtu rizultati u gieh xieraq lil Gżira United u fuq kollox lilkom bhala sponsors uffiċċjali tagħna kif ukoll għall-kontributuri ohra għall-istagun li jmiss” temm igħid il-President Sharlon Pace waqt l-iffirmar tal- ftehiem.

Il-ftehim kien iffirmat minn Bahadir Malkoc f’isem Tipbet u minn Sharlon Pace, Ian Micallef u Alex Cassar f’isem il-Gżira United fil-presenza tas-Sindku tal-Gżira Conrad Borg Manché.

Gżira United 2016 Team Photo





Leave a comment