Mahtur l-Istaff Tekniku ta` Fgura United F.C. ghal l-Istagun 2013/14

Monday, May 27, 2013, 9:31
Fgura United FC waslu fi ftehim mal-Coach Ramon Zammit, UEFA A Licence, biex ikun il-Coach responsabbli mill-iskwadra tal-kbar fl-istagun li gej. Huwa ser ikun assistit mill-Coach, UEFA C, Mark Vella u l-coach UEFA A Herman Bugeja.

Dan ta l-ahhar, prezentament qieghed jaghmel il-course tad-DYC li tispecjalizza fuq is-settur tan-Nursery u ghalhekk ser ikun fdat ukoll dan is-settur.

Ramon ghandu esperjenza vasta fil-Coaching meta kien jifforma parti mic-Centru Tekniku waqt li flimkien mal-Coaches l-ohra kienu responsabbli minn Nurseries tal-Mosta u Sliema W fost l-ohrajn.

Matul l-istagun li ghadda waslu lit-team ta’ St.George’s FC biex jirbah il-promozzjoni ghal l-Ewwel Divizzjoni.

Fgura United jixtiequ jirringrazzjaw ukoll il-coaches li servew matul dan l-istagun li wasal fi tmiemu; Michael Degiorgio, li ha t-treggija tat-team tal-kbar minn idejn Edgar Degabriele u l-head coach tan-Nursery Joe Gerada, li okkupa din il-kariga matul l-ahhar xhur ta l-istagun 2012/13





Leave a comment