- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Magħrufa s-semi-finalisti tal-Isport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali 2017.

Posted By Sportinmalta On January 17, 2018 @ 10:30 am In Featured,GhGS - 2014 | No Comments

Wara li saru n-nominazzjonijiet mill-assoċċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi Maltin, issa saru magħrufa s-semi-finalisti tal-IsportMaltaAwards – Għazliet Sportivi Nazzjonali 2017. Il-fażi tal-voti mill-ġurnalisti bdiet it-Tnejn li għadda u tagħlaq nhar it-Tlieta 23 ta’ Jannar 2018, biex imbagħad il-verdett finali jingħata waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-IsportMaltaAwards – Għażliet Sportivi Nazzjonali.

Fil-kategorja Sportiv tas-Sena, is-semi-finalisti huma John Agius (Darts), Noel Baldacchino (Tiġrijiet taż-Żwiemel), Graham Borg (Triathlon), Gianluca Chetcuti (Sparar), Aaron Ciantar (Powerboats), Anton Cuschieri (Pool), Gary Giordmaina (Lotta), Duncan Micallef (Drag Racing), Andre Schembri (Football) u Mark Spiteri (Ten Pin Bowling)

L-Isportiva tas-Sena trid tintgħażel minn fost Sue Abela (Ten Pin Bowling), Marie Claire Aqulina (Ċikliżmu), Eleanor Bezzina (Sparar), Rachel Cuschieri (Football), Elaine Genovese (Tennis), Christina Grima (Basketball), Monika Lazarova (Ġinnastika), Hannah Pace (Triathlon), Charlotte Wingfield (Atletika) u Yasmin Zammit Stevens (Weightlifting).

Is-semi-finalisti fil-kategorija Uffiċjal tas-Sena huma  Joe Bajada (Ċikliżmu), Francesca Borg (Ġinnastika), Terry Camilleri (Snooker), Jesmond Caruana (Weightlifting),  Cyprian Dalli (Triathlon), William England (Motorsport), Saviour Portelli (Sparar), Paul Sultana (Basketball), Bernard Vassallo (Basketball) u Andre Zammit (Darts).

L-aħħar għaxra fil-kategorija Kowċ tas-Sena huma Angela Adamoli (Basketball), Jimmy Bugeja (Sparar), Carmel Cilia (Pool), Stephen Cutajar (8 Ball), Jesmond Giordmaina (Lotta), Artem Goncharenko (Għawm), Johanna Grech (Table Tennis), Noel Mercieca (Kick Boxing), Damian Neill (Rugby) u Rick Vogelesang (Ten Pin Bowling).

Iż-żagħżugħ tas-sena għall-kisbiet sportivi matul l-2017 irid jintgħażel minn Jurgen Balzan (Table Football), Samuel Borg (Canoe), Sam Cassar (Badminton), Jacob Elaida (Atletika), Omar Elaida (Atletika), Miguel Galea (Tennis), Jacob Sciberras (Għawm), Kijan Sultana (Squash), Thomas G Woods Jr (Triathlon) u Edward Xuereb (Ten Pin Bowling).

Is-semi-finalisti fil-kategorija Żagħżugħa tas-Sena huma Ella Borg (Ġinnastika), Francesca Curmi (Tennis), Anthea Cutajar (Table Tennis), Michaela Ellul (Badminton), Francesca Falzon Young (Għawm), Shelby Mangion Vassallo (Weitghtlifting), Kendra Navarro (Waterpolo), Helene Pellicano (Tennis), Carla Scicluna (Atletika) u Sara Xuereb (Ten Pin Bowling)

It-timijiet semifinalisti għall-unur ta’ Team tas-Sena huma  Team Nazzjonali ‘A’ Nisa 4 X 100m (Atletika),  Team Nazzjonali Nisa ‘A’ (Basketball), IFBB Malta : Decelis – Coppola (Bodybuilding), Giordmaina Racing Team (Muturi – Drag Racing), 8 ball Team Nazzjonali U / 23 (Pool), Team Nazzjonali U / 19 (Table Football), Team Nazzjonali ‘A’ – Nisa (Table Tennis), Team Nazzjonali ‘A’ – Mixed (Ten Pin Bowling), Team Kamp. Mediterran (Tiġrijiet taż-Żwiemel) u San Ġiljan A.S.C. (Waterpolo).

L-għażliet finali jsiru nhar is-Sibt 17 ta’ Frar 2018 f’serata organizzata mill-Għaqda Ġurnalisti Sports u Sport Malta biex jiġu ppremjati l-kisbiet sportivi matul is-sena 2017.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/maghrufa-s-semi-finalisti-tal-isport-malta-awards-ghazliet-sportivi-nazzjonali-2017/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.