- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Magħrufa l-finalisti ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali

Posted By Sportinmalta On February 1, 2018 @ 11:11 am In Featured,Other | No Comments

F’attivitá li saret fil-Cottonera Sports Complex f’Bormla tħabbru l-finalisti ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali, b’ħames atleti minn kull kategorija issa jikkontestaw l-unuri finali f’serata li se ssir dan ix-xahar. Dawn il-finalist ġew magħżula b’votazzjoni mill-ġurnalisti membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Dawn l-Awards se jippremjaw il-kisbiet sportivi matul is-sena 2017.

L-Uniku kategorija li se jkollha sitt finalisti hi l-kategorija tal-Isportiv tas-Sena hekk kif żewġ kontestanti ġabu l-istess ammount ta’ voti mill-votazzjoni tal-membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports waqt l-istadju ta’ votazzjoni tas-semi finalisti.

Il-finalisti fil-kategorija Żagħżugħa tas-Sena huma Francesca Curmi (Tennis), Francesca Falzon Young (Għawm), Shelby Mangion Vassallo (Weightlifting), Helene Pellicano (Tennis) u  Sara Xuereb (Ten Pin Bowling).

L-aħħar ħamsa fil-kategorija Żagħżugħ tas-Sena huma  Jurgen Balzan (Table Football), Jacob Sciberras (Waterpolo), Kijan Sultana (Squash), Thomas G Woods Jr. (Triathlon) u Edward Xuereb (Ten Pin Bowling).

It-Tim tas-Sena irid jintgħażel mit-Team Nazzjonali Nisa ‘A’ 4 x 100m (Atletika), Team Nazzjonali Nisa ‘A’ (Basketball), Giordmaina Racing Team (Muturi Drag Racing), Team Nazzjonali Mixed ‘A’ (Ten Pin Bowling) u San Ġiljan ASC (Waterpolo).

Il-ħames finalisti fil-kategorija Kowċ tas-Sena huma Angela Adamoli (Basketball), Jimmy Bugeja (Sparar), Jesmond Giordmaina (Lotta), Noel Merceica (Kickboxing) u Damien Neil (Rugby)

Il-vot fil-kategorija Uffiċjal tas-Sena ippremja lil Joe Bajada (Ċikliżmu), Jesmond Caruana (Weightlifting), Saviour Portelli (Sparar), Paul Sultana (Basketball) u Bernard Vassallo (Basketball)

Il-ħames finalisti għall-unur Sportiva tas-Sena huma Sue Abela (Ten Pin Bowling), Rachel Cuschieri (Football), Christina Grima (Basketball), Charlotte Wingfield (Atletika) u Yazmin Zammit Stevens (Weightlifting)

Fl-aħħar iżda mhux l-anqas, il-finalisti għall-unur Sportiv tas-Sena huma Noel Baldacchino (Tiġrijiet taż-Żwiemel), Gianluca Chatcuti (Sparar), Aaron Ciantar (Powerboats), Anton Cushieri (Pool), Duncan Micallef (Drag Racing) u Andre’ Schembri (Football).

Minbarra dawn l-unuri, fis-serata finali se jingħataw ukoll tlett rikonoxximenti speċjali – tnejn lil atleti ta’ Special Olymnpics u wieħed għall-avveniment internazzjonali tas-sena apparti l-People’s Choice Award..

Fis-serata ġie ffirmat ukoll ftehim kuntratt bejn l-Għaqda Ġurnalisti Sports u Sport Malta li jorbot liż-żewġ entitajiet sabiex għat-tlett snin li ġejjin jorganiżżaw dawn l-Awards flimkien.

Preżenti għall-għoti ta’ ċertifikati lis-semi finalisti kollha u tħabbira tal-finalisti kien hemm is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima,  l-Aġent Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Chris Bonett u l-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef.

Is-serata finali ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir nhar is-Sibt 17 ta’ Frar fit-8.30pm f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta. Is-serata, organizzata mill-Għaqda Ġurnalisti Sports u SportMalta, se tixxandar b’mod dirett fuq TVM2.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/maghrufa-l-finalisti-ta-sportmalta-awards-ghazliet-sportivi-nazzjonali/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.