Magħrufa l-erba’ timijiet għal play-offs

Monday, March 12, 2012, 0:23

minn Colin Schembri

Kampjonat MSV Life Irġiel

A to Z Electronics Athleta 75

Tata Motors Loyola 72

(15-12)(27-13)(23-24)(10-23)

 

Floriana vs Siggiewi

Floriana vs Siggiewi

Ic-champions A to Z Electronics Athleta sofrew iktar milli mistenni biex għelbu l-isfida ta’ Tata Motors Loyola 75-72 fl-ewwel partita mid-disa’ ġurnata tal-kampjonat MSV Life. Fil-fatt Loyola reqsu ferm viċin lejn it-tmiem minkejja li għal diversi waqtiet kellhom jilgħabu mingħajr l-Amerikan Rashanti Harris. Ta’ dan patta’ David Camilleri b’wirja mill-aqwa fejn kellhu 8 three pointers. Athleta li għadhom mingħajr David Bugeja mhumiex qed juru l-logħob li wrew fl-ewwel parti tal-istaġun partikularment fid-difiża. Loyola kellhom nieqsa lil Luke Azzopardi, Joshua Anastasi u Jonathan Ransley u kienu huma li ħadu l-ewwel vantaġġ wara l-ewwel trippla ta’ David Camilleri. Athleta wieġbu b’run ta’ 8-0 mibdija bi trippla ta’ Omar Said pero’ fis-seba’ minuta Loyola ppareġjaw 10-10. Baskets minn Marco Todorovic u Dirk Schembri reġgħu taw vantaġġ lil Athleta li żammewh sa tmiem is-sessjoni 15-12. Fit-tieni perjodu Loyola baqgħu viċin b’iktar three pointers ta’ Camilleri pero’ wara time-out ta’Joe Galea, Athleta għamlu run ta’ 13-3 bi trippla ta’ Steve Schembri. Wara li Camilleri wieġeb għal Loyola, Athleta għamlu run oħra ta’ 10-0 biex fl-intervall kienu 17 minn fuq 42-25.

Huma kabbru l-vantaġġ fil-bidu tat-tielet perjodu bi tlett baskets konsekuttivi ta’ Todorovic. Hawn Loyola wieġbu bi breaj ta’ 10-4 b’punti minn Harris u Camilleri pero Dirk Schembri fetaħ vantaġġ ta’ 20 punt għal Athleta 57-37. Jean Paul Azzopardi għamel tlett baskets għal Loyola flimkien ma’ Harris biex id-distakk fi tmiem il-perjodu naqas għal 16 –il punt 49-65. Fl-aħħar sessjoni Loyola bdew b’seba’ punti ta’ Harris. Steve Schembri għamel basket għal Athleta pero’ Loyola wieġbu bi 8 punti oħra b’żewġ trippli konsekuttivi ta’ Camilleri u fir-raba’ minuta naqqsu d-distakk għal 3 punti 64-67. Athleta reġgħu marru 6 minn fuq pero’ Billy Zammit għamel trippla għal Loyola. Basket ta’ l-istess player b’inqas minn 30 sekonda għat-tmiem għamel l-iskor 73-72 favur ic-champions li pero’ għamlu żewġ freethrows permezz ta’ Addison Bonnici biex rebħu l-partita 75-72.

 

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 11, I. Buldakov 2, D. Bugeja, M. Todorovic 20,  O. Said 3, D. Schembri 13, A. Bonnici 12, K. Baldacchino 5, S. Schembri 9.

Tata Motors Loyola: S. Pace 6, B. Zammit 5, D. Camilleri 25, M. Cilia, S. Borg, S. Vella, A. Axiaq 7, J.P. Azzopardi 8, R. Harris 21.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Steve Gouder.

 

Floriana Francesco Fenech 52

Siġġiewi 81

(14-24)(10-24)(20-15)(8-18)

 

Siġġiewi aċċertaw minn post fil-playoffs meta b’wirja verament tajba għelbu lil Floriana Francesco Fenech 81-52. Għal Siġġiewi din kienet it-tielet rebħa konsekuttiva fil-kampjonat MSV Life fil-waqt li Floriana tilfu wara żewġ rebħiet. Iż-żewġ timijiet ma kellhomx problemi ta’ formazzjoni u ppreżentaw l-istess formazzjoni ta’ l-aħħar ħarġiet. Siġġiewi bdew tajjeb b’baskets minn Chris Meier u trippla ta’ Marco Matijevic li reġa’ kellhu partita tajba u fit-tielet minuta kienu diġa 11-5 minn fuq wara li Ian Mercieca kien għamel trippla għal Floriana. Il-Furjaniżi wieġbu permezz ta’ Evan Fjeld li reġa għamel 44 punt pero’ ftit kellhu għajnuna mill-players Maltin. Intant, trippla ta’ Alan Borg rat lil Siġġiewi jkabbru l-vantaġġ għal 8 punti li żdiedu għal 10 fi tmiem is-sessjoni 24-14. Id-distakk baqa l-istess sat-tielet minuta pero’ hawn Siġġiewi għamlu run ta’ 10-0 bi trippli minn Meier u Louis Camilleri għal skor ta’ 38-18. Fjeld waħdu kompla jagħmel il-punti ta’ Floriana pero’ dawn ma kienux biżżejjed hekk kif sal-intervall Siġġiewi marru 24 punt minn fuq 48-24.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni Siġġiewi kabbru l-vantaġġ għal 28 punt 56-28 fit-tielet minuta. Hawn wasal l-aqwa mument ta’ Floriana fil-partita meta għamlu run ta’ 14-2 b’diversi punti ta’ Fjeld u trippla ta’ Chris Sammut biex naqqsu d-distakk għal 16 –il punt 42-48. Eman Xuereb wieġeb għal Siġġiewi bi trippla għal skor ta’ 63-44. Siġġiewi fetħu l-aħħar sessjoni bi break ieħor ta’ 12-2 li għalquh bit-tieni trippla ta’ Meier għal skor ta’ 75-46. Kien għad fadal ħin għal iktar punti minn Fjeld u basket taż-żagħżugħ Ryan Agius qabel ma ntemmet il-partita fuq skor finali ta’ 81-52 favur Siġġiewi.

 

Floriana Francesco Fenech: J. Curmi, C. Sammut 3, I. Mercieca 3, S. Sammut, C, Calleja 2, A. Baldacchino, E. Fjeld 44, A. Sultana, M. Ciantar.

Siġġiewi: R. Agius 2, A. Cutajar, L. Camilleri 5, E. Xuereb 5, A. Borg 3, K. Borg 3, C. Maeir 26, C. Codomaris 7, M. Matijevic 30.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile,  Emanuel Mangani

 

Depiro 72

Bupa Luxol 71

(21-12)(22-19)(12-15)(17-25)

 

Depiro għelbu lil Bupa Luxol 72-71 fl-aħħar partita biex issa l-erba’ timijiet li se jkunu fil-play-offs huma magħrufa. Luxol se jkollhom jikkuntentaw bil-ħames post tal-klassifika fil-waqt li l-posizzjoni finali ta’ Siġġiewi, Floriana u Depiro trid tiġi determinata fl-aħħar ġurnata ta’ logħob fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla. Depiro kienu mingħajr Isaac Tanti għal din il-partita fil-waqt li Luxol kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Għal Luxol ma kienux biżżejjed il-51 punt u 20 rebound ta’ Jeron Belin hekk kif ftit waslu punti mill-players Maltin l-oħra. Depiro bdew tajjeb bi trippli minn Andrew Aquilina u baskets minn Roderick Vella u Adrian Micallef u fis-sitt minuta kienu 15-4 minn fuq. Luxol għajtu time-out pero’ Depiro baqgħu fil-kontroll u temmew is-sessjoni 21-12 minn fuq. Aquilina fetaħ it-tieni sessjoni bit-tielet trippla tiegħhu pero’ Luxol bdew inaqqru d-distakk bil-punti ta’ Belin. Depiro reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt meta waslu l-ewwel punti ta’ Greg Hamlin li għamel l-aħħar 8 punti tagħhom. Fl-intervall Depiro kienu 12 –il punt minn fuq 43-31.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin sakemm trippla ta’ Lee Ross naqqset id-distakk għal 9 punti. Depiro rrispondew permezz ta’ Hamlin u Micallef biex baqgħu 9 minn fuq 55-46 fi tmiem il-perjodu. Luxol bdew aħjar fl-aħħar sessjoni u bi trippli minn Belin u Ross waslu sa’ 3 punti ‘l bogħod 54-57. Depiro rkupraw bi tlett baskets konsekuttivi pero’ Belin kompla bil-punti tiegħhu u għal darb’oħra d-distakk niżel għal 3 punti 60-63. Micallef għamel 5 punti mportanti ferm għal Depiro pero’ fl-aħħar minuta Ross reġa naqqas id-distakk għal punt 67-68. Hawn Depiro bdew jagħmlu l-freethrows u hekk kif Luxol bdew jieħdu l-ballun Belin għażel li ma jmurx għat-three pointer anke fl-aħħar 4 sekondi biex Depiro rebħu l-partita 72-71.

 

Depiro: R. Vella 10, JP Schembri, N. Sultana 2, A. Aquilina 15, A. Portelli 6, A. Micallef 18, E. Lupo 5, M. Mallia, G. Hamlin 16.

Bupa Luxol:  CJ Cordina, M. Mercieca 11, J. Belin 51, A. M. Trigona, L. Ross 9, A. Costa, N. Vasovic, T. Paris, M. A. Montalto, E. C. Montaldo, JP Bonnici, S. Capello.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Emanuel Mangani.

 

Klassifika Kampjonat MSV Life Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
A to Z Electronics Athleta

9

8

1

17

648

524

Siġġiewi

9

5

4

14

656

612

Floriana Francesco Fenech

9

5

4

14

614

645

Depiro

9

5

4

14

609

608

Bupa Luxol

9

3

6

12

624

699

Tata Motors Loyola

9

1

8

10

595

658

 





2 Comments

  1. Frederick says:

    qishom rebhu xi haga imma le? :)

    [Reply]

  2. NEUTRALI TA QALI says:

    Luxol jilaghbu bil player barrani wahdu. jaghmel 50 punt u jitlef 100……

    [Reply]

Leave a comment