Magħrufa l-erba’ semi finalisti

Thursday, December 9, 2010, 8:00

DETUR SHIELD NISA

minn Colin Schembri

Hibs Medsea 80
Starlites Sports Experience 42

(14-8)(23-13)(29-12)(14-9)

Iċ-champions Hibs Medsea ukoll għaddew għas-semifinali tad-Detur Shield meta għelbu lil Starlites Sports Experience. Hibs fetħu b’basket ta’ Nadia Arrigo pero St. Andrews wieġbu b’ħames punti konsekuttivi fosthom trippla ta’ Lara Pisani. Hawn Hibs għamlu run ta’ 10-0 bi trippla ta’ Kirsten Micallef biex temmew l-ewwel sessjoni 14-8 minn fuq. Hibs fetħu t-tieni perjodu bil-punti ta’ Francesca Tabone u Joselle Cardona f’run ta’ 10-4. Marylou Cutajar wieġbet għal Starlites pero Micallef għamlet it-tieni trippla tagħha hekk kif Hibs għalqu s-sessjoni b’run ta’ 9-3 u daħlu jistrieħu 37-21 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni iċ-champions komplew fejn ħallew meta fetħu b’run ta’ 10-4 u kabbru l-vantaġġ għal 21 punt 46-25. Wara punti minn Cutajar għal Starlites, Hibs għamlu break qawwi ta’ 16-0 u kellhom vantaġġ doppju 66-33. Ir-ritmu naqas fl-aħħar sessjoni fejn wara basket fuq kull naħa, Hibs għamlu break ta’ 9-0 u baqgħu sejrin biex rebħu l-partita b’distakk ta’ 38 punt 80-42.

Hibs Medsea: E. Micallef 7, M. Zammit, L. Bezzina 1, F. Tabone 14, D. Micallef 8, N. Arrigo 4, K. Micallef 10, J. Cardona 22, C. Schiavone 14

Starlites Sports Experience: A. Farrugia 7, C. Riolo, A. Grixti, S. Tabone 2, L. Pisani 8, C. Spiteri, L. Pirotta, N. Attard 4, C. Scicluna, M. Cutajar 21.

Referees: Alfred Carbonaro, Robert Darmanin

Guzelpinar Imtarfa 38

Athleta 43

(5-8)(12-13)(10-13)(11-9)

Athleta temmew l-impenji tagħhom fis-shield b’rebħa fuq Guzelpinar Imtarfa 43-38 pero dawn iż-żewġ timijiet huma eliminate. Athleta kienu mingħajr Rhian Spiteri u Francesca Farrugia. Għaddew kważi erba’ minuti biex infetaħ l-iskor minn Athleta bl-Imtarfa jwieġbu bi trippla ta’ Martha Abela. Sa tmiem il-perjodu kien hemm punti minn Kelly Busuttil u Chantelle Mifsud biex Athleta temmew is-sessjoni minn fuq bi skor baxx ta’ 8-5. Athleta kabbru l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni sessjoni b’run ta’ 9-2. Mtarfa wieġbu b’basket ta’ Carla Marie Vella u trippla ta’ Martina Mifsud u naqqsu d-distakk għal 3 punti 14-17. Iktar punti minn Busuttil ħallew lil Athleta fuq quddiem fil-mistrieħ 21-17.

Fl-ewwel erba’ minuti tat-tielet sessjoni Athleta għamlu run ta’ 10-0 biex marru 31-17 minn fuq. Fis-sitt minuta ġiet ir-risposta ta’ Mtarfa b’żewġ three pointers minn Carina Gauchi Meilak u Gaby Mifsud u reġgħu naqqsu d-distakk. Reġgħet kienet Busuttil li wieġbet għall-Athleta biex temmew il-perjodu 34-27 minn fuq. L-aħħar sessjoni kienet iktar bilanċjata għalkemm il-punti kienu neqsin u fis-sitt minuta Athleta kienu għadhom 9 minn fuq 38-29. Mtarfa ppruvaw l-aħħar sforz biex isalvaw il-partita b’run oħra ta’ 9-3 pero l-ħin spiċċalhom biex Athleta setgħu jerbħu l-partita 43-38.

Ġuzelpinar Imtarfa: M. Abela 5, D. Falzon, Y. Muscat, C. Gauchi Meilak 10, M. Mifsud 5, R. Sammut, N. Said 4, C.M. Vella 2, F. Borg, M. Scicluna, G. Mifsud 6, A. Demanuele 6

Athleta: D. Jaeger, L. Calleja 4, L. Sciberras 9, M. Azzopardi Duca 2, G. Muscat, C. Galea 7, K. Busuttil 15, C. Mifsud 6.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani

McDonalds Depiro 73

St. Andrews 32

(10-5)(17-9)(28-6)(18-12) 

McDonalds Depiro kif mistenni komplew għaddejin bir-rebħ meta kisbu t-tielet rebħa fid-Detur Shield 73-32 kontra St. Andrews. Ir-rebħa ta’ Depiro mmaturat wara l-mistrieħ meta rebħu t-tielet sessjoni 28-6 wara żewġ sessjonijiet li fihom żbaljaw ħafna. Wara tlett minuti saru biss 5 punti, 3 minn St. Andrews u basket minn Depiro. St. Andrews baqgħu punt minn fuq 5-4 pero sitt punti ta’ Kaila Agius temmew is-sessjoni b’Depiro10-5 minn fuq. Fl-ewwel parti tat-tieni sessjoni kien hemm ħafna żbalji tant li l-ewwel basket ta’ Depiro wasal fis-seba’ minuta minn Greta Zarb. Minn hawn il-quddiem Depiro ġew f’tagħhom b’run ta’ 12-0 bi trippla ta’ Zarb u Sarah Pace u fil-mistrieħ kienu 13 minn fuq 27-14.

Id-dominju ta’ Depiro kien iktar evidenti fit-tielet sessjoni fejn fl-ewwel seba’ minuti għamlu run ta’ 16-0 u kienu 43-14 minn fuq. Wara minn Elaine Cachia għal St. Andrews, Depiro għalqu s-sessjoni b’run oħra ta’ 7-0. Il-partita issa kienet nettament f’idejn Depiro li temmew il-partita ni break ieħor ta’ 10-3 biex ħarġu rebbieħa 73-32.

McDonalds Depiro: S. Pace 9, G. Zarb 19, J. Xuereb 2, A. Mifsud 1, M. Bonett, F. Biancho, J. Busuttil Gaerty 3, A. Borg 10, C. Sammut 2, S. Micallef 7, K. Agius 20

St. Andrews: R. De Martino 2, N. Cassar 2, J. Calleja, N. Scicluna, R. Magro, M. Caruana, J. Mangion 3, E. Cachia 16, I. Galea 2, M. De Martino 7

Referees: Luke Camilleri, Jennifer Mangani

Alyssa Ashley Loyola 25

Luxol 80
(7-20)(8-28)(2-12)(8-20) 

Din il-partita għalqet il-fażi tal-gruppi tad-Detur Shield tan-nisa u Luxol kellhom rebħa faċli fuq Alyssa Ashley Loyola 80-25. Fis-semifinali issa Luxol jaffrontaw lil Hibs Medsea fil-waqt li Depiro jilgħabu kontra Loyola. Kif mistenni Luxol ma sabu l-ebda diffikulta f’din il-partita minkejja n-nuqqas ta’ Paula Ellul u Beverlee Zammit. Wara li fl-ewwel tlett minuti kien hemm parita ta 2-2, Luxol għamlu run ta’ 12-0. Basket ta’ Adalia Bonanno waqqfulhom din ir-run pero’ Luxol għalqu s-sessjoni b’sitt punti u kienu 20-7 minn fuq fi tmiem is-sessjoni. Loyola fetħu t-tieni perjodu b’żewġ baskets wara xulxin pero’ Luxol ma damux ma wieġbu b’run qawwija ta’ 17-0 bi Steffi De Martino tispikka. Basket ta’ Ruth Spiteri waqqaf din ir-run pero’ De Martino kompliet tagħmel il-punti fi break ieħor ta’ 11-2 u fil-halftime Luxol kienu 48-15 minn fuq.

It-tielet perjodu kien l-aktar wieħed bi skor baxx. Luxol għamlu l-ewwel għaxar punti fl-ewwel ħames minuti Imbagħad kellna erba’ minuti bla punti. Fl-aħħar żewġ minuti kellna basket wieħed biss fuq kull naħa biex b’hekk Luxol fetħu vantaġġ ta’ 43 punt 60-17. Fl-aħħar perjodu Luxol komplew jiddominaw fejn wara ta’ Spiteri għall-Loyola, Luxol reġgħu għamlu run ta’ 18-4 biex ħarġu rebbieħa 80-25.

Alyssa Ashley Loyola: J. Doughty, F. Schembri, E. Falzon 2. M. Gatt 4, D. Said Hollier 2, R. Spiteri 7, A. Bonanno 6, G. Torpiano 2, A. Sciberras 2, F. Camilleri, S.J. Barbara, K. Gouder.

Luxol: E. Moore 6, M. Sciortino 4, L. Serge 2, B. Naudi 6, K. Portelli, S. De Martino 33, T. De Martino, D. Muscat 16, J. Carbonell 13, E. Grech.





Leave a comment