MAFA Christmas Cup: Valletta St Pauls fis-semifinali wara l-għoti tal-penalties

Wednesday, November 30, 2016, 20:35

Gavin Muscat

Tliet timijiet għaddew għal round ieħor tal-MAFA Christmas Cup hekk kif intlagħbu l-logħbiet tal-kwarti finali ta’ din il-kompetizzjoni.

Żewġ logħbiet minnhom saħansitra kellhom imorru sal-għoti tal-penalties sabiex jiġi dikjarat rebbieħ wara li sad-90 minuta l-iskor baqa’ ndaqs. Bla dubju illi l-partita ta’ tmiem il-ġimgħa kienet dik bejn Valletta St Paul’s u Marsa St Michael, żewġ timijiet illi qed jissieltu għal rebħ tal-kampjonat.

Kienu l-Beltin illi ħarġu rebbieħa bl-għoti tal-penalties 7-6 wara li sa tmiem il-partita l-iskor kien 1-1. Kien Mohammed Telessi illi fit-22 minuta poġġa lill-Marsin fil-vantaġġ iżda qabel tmiem l-ewwel taqsima Valletta St Paul’s ġabu l-goal tad-draw permezz ta’ Denis Di Maio.

Minkejja li ż-żewġ timijiet ħolqu diversi okkażjonijiet ta’ skor, il-logħba kellha tmur għall-għoti tal-penalties b’Valletta jiskorjaw il-penalties kollha tagħhom u l-Marsin jfallu penalty li rriżulta f’wieħed fatali għalihom.

——————–

Logħba oħra ferm eċitanti li marret għall-penalties kienet dik bejn Santa Lucia Falcons u Mqabba Albions. Kienu l-Falcons illi ħarġu rebbieħa minn dan il-konfront f’logħba illi rat lil dawn tal-aħħar jiġu milħuqa fl-aħħar mumenti minn Mqabba illi wettqu reazzjoni ferm qawwija sabiex iġibu l-iskor indaqs. Kien Marinko Solarevic u Nikola Milijojevic illi taw vantaġġ doppju lil Santa Lucia, bl-Imqabba iġibu d-draw b’doppjetta ta’ Redent Cassar. Minkejja kollox, Santa Lucia reġgħu skorjaw darbtejn f’temp ta’ żewġ minuti hekk kif Solarevic u Miljojevic għaqqdu doppjetta kull wieħed.

Kif kollox kien jidher li l-Falcons kienu ser jiksbu rebħa, pront waslet ir-reazzjoni ta’ Imqabba illi għamluhom 4-4 permezz ta’ Geordie Micallef u Ayrton Elsworth. Fl-aħħar mill-aħħar kienu Santa Lucia illi għaddew għas-semifinali wara l-għoti tal-penalties.

——————-

Fil-round preliminary, Tal-Qroqq Versity kisbu kwalifikazzjoni għall-kwarti finali meta għelbu lil Valletta Stars 3-1.

Tal-Qroqq Versity ħarġu tajjeb u marru minn fuq b’gowl ta’ Nicholas Abela fit-22 minuta.

Huma rduppjaw l-iskor fil-41 minuta permezz ta’ Norman Hill sabiex daħlu jistrieħu 2-0 minn fuq.

Hekk kif fetħet it-tieni taqsima, il-Beltin naqqsu l-marġni tal-iskor minn Andre Cutajar, għalkemm it-tim minn Tal-Qroqq issiġilla r-rebħa hekk kif Victon Bouvett sab ix-xibka.





Leave a comment