MAFA Christmas Cup: Senglea Gunners idawru telfa f’rebħa

Thursday, December 8, 2016, 20:18

Gavin Muscat

Senglea Gunners u Qormi Hotspurs ingħaqdu ma’ Valletta St Pauls u Santa Lucia Falcons fis-semifinali tal-MAFA Christmas Cup wara li rebħu l-logħbiet tal-kwarti tal-finali rispettivi tagħhom.

Senglea Gunners dawru telfa f’rebħa wara li għelbu lil Tal-Qroqq Versity bl-iskor ta’ 2-1 f’logħba ferm sabiħa.

Kienet partita ta’ żewġ uċuh, b’Tal-Qroqq ikunu tajbin fl-ewwel taqsima, bis-Sengleani illi ħarġu ferm aggressivi fit-tieni taqsima tant illi skorjaw il-goals l-iktar importanti għalihom.

Kien Nicholas Abela illi kmieni fl-ewwel taqsima poġġa lil Tal-Qroqq Versity fil-vantaġġ sabiex daħlu jistrieħu 1-0 minn fuq.

Hekk kif bdiet it-tieni taqsima, Senglea Gunners ġabu l-iskor indaqs eżattament fis-47 minuta permezz ta’ Tyron Borg.

Tal-Qroqq Versity dehru maħsuda tant illi tliet minuti wara sofrew it-tieni goal illi kellu jissiġilla r-riżultat permezz ta’ Valerio Ponzo.

————————————————————————————————————————————————————-

Fil-Kwarti tal-Finali l-oħra, Qormi kellhom imorru sal-għoti tal-penalties sabiex xejnu l-isfida ta’ Fleur de Lys CFK wara li sad-90 minuta l-iskor kien 1-1.

Wara taqsima fejn il-lasti rispettivi baqgħu mhux mimsusa, fit-tieni taqsima rajna żewġ gowls f’temp ta’ għaxar minuti.

Kien Charlon Sammut illi poġġa lil Fleur de Lys fil-vantaġġ sabiex Lydon Cuschieri ġab id-draw għall-Qriema.

Hekk kif l-iskor baqa’ ndaqs sa tmiem il-partita, il-lotterija tal-penalties kellha tiddeċiedi min kien ser jgħaddi għas-semifinali.

U hawnhekk kienu Qormi Hotspurs illi rebħu 4-1 hekk kif skorjaw l-erba’ penalties illi taw, b’Tal-Qroqq ifallu tlieta minnhom.

Sadanittant itellgħu l-poloz tas-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni li ssir waqt il-festi tal-Milied fejn fis-sagħtejn Santa Lucia Falcons jiltaqgħu kontra Qormi Hotspurs filwaqt illi fit-tlieta u nofs Senglea Gunners jaffrontaw lil Valletta St Pauls.

Dawn il-logħbiet ser jintlagħbu fil-ground ta’ Santa Lucia.





Leave a comment