MAAA jiltaqgħu mas-segretarju parlamentari Chris Agius

Friday, June 20, 2014, 8:00

 

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius iltaqa’ mat-tim ta’ atleti tal-MAAA li ser jieħdu sehem fil-ħames edizzjoni tal-European Team Championships (3rd League) f’Tblisi il Georgia bejn il-21 u 22 ta’ Ġunju.

 

Chris Agius wera l-apprezzament għas-sagrificcju li jagħmlu l-atleti waqt it-taħriġ u awguralhom suċċess fil-kompetizzjoni li ser tara lil Malta tikkompeti ma’ 14-il pajjiż ieħor; l-Albanija, Andorra, l-Armenia,  l-Azerbaijan,  il-Bosnia & Herzegovina, Ċipru, l-Maċedonja, l-Iżrajel, il-Ġeorġia, l-Iżlanda, il-Lussemburgu, il-Moldova, il-Montenegro, u l-Assocjazzjoni tal-Atletika tal-istati ż-Żgħar tal-Ewropa.

 

Il-President tal-MAAAEdwin Attard,  spjega lil MAAA ser tkun qed tipprova ttejjeb il-11-il post li kisbet fi Slovakkja is-sena li għaddiet u ser tkun qed taspira li tilħaq id-9 post li diġa ntlaħaq fl-2010 u 2011.It-tim ta’ din is-sena jikkonsisti fi 17-il atleta raġel u 13-il tfajla fl-events kollha anke fil-pole vault, high jump u hurdles.  Għalkemm l-għan huwa li jintlaħaq id-9 post, mhux eskluża l-possibilta ta’ midalji minn xi atleti individwali fosthom Kevin Moore li għadu kemm għamel rekord nazzjonali ġdid ta’ 21.04 fil-200m f’Ġeneva filwaqt li Rebecca Camilleri kisret ir-rekord nazzjonali fil-Long Jump aktar kmieni dan ix-xahar.

 

Din il-kompetizzjoni ser sservi ta’ preparazzjoni għall-kompetizzjonijiet li jmiss fosthom il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar u għalhekk l-MAAA ħatret kumitat tekniku li jikkonsisti f’kowċes diversi li jagħmlu rapport fuq il-progress tal-atleti nazzjonali.

 

 

 





Leave a comment