“Ma hemmx dubju li l-ftuħ ta’ kumpless sportiv hija dejjem okkazjoni ta’ ċelebrazzjoni” – Onor. Clyde Puli

Saturday, May 19, 2012, 12:32

Ritratt - Clifton Fenech - DOI

DISKORS MILL-ONOR. CLYDE PULI, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, WAQT L-INAWGURAZZJONI TAL-KUMPLESS SPORTIV TA’ ĦAL KIRKOP – IL-ĦAMIS,  17 TA’ MEJJU 2012

Ma hemmx dubju li l-ftuħ ta’ kumpless sportiv hija dejjem okkazjoni ta’ ċelebrazzjoni.

U kif tista ma tiċċelebrax meta qed niddedikaw:

?         Elfejn metru (2000) kwadru

?         Għal erba’ (4) swali multi purpose, flimkien ma’ Fitness Centre

?         Li jingħaqdu ma’ trakka tal-atletika u ma’ pitch b’turf sintetiku

?         U dalwaqt ma’ pixxina li se tiġi installata għat-tagħlim u taħriġ tal-għawm

?         U ma’ tagħmir mill-aktar modern u avvanzat bħalma huwa x-shooting simulator, li jgħina naqbdu atleti ta’ età iżgħar f’dan l-isport kif ukoll intejbu l-preċiżjoni fid-dixxiplina.

Hawnhekk fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop se jiġu pprattikati madwar 15 il-dixxiplina sportiva fosthom il-futbol, l-atletika, in-netball, volleyball, basketball, badminton, futsal, judo, gymnastics, table tennis, l-isparar u d-danza.

Imma fuq kollox dan il-kumpless se jkun qed jintuża mill-mijiet ta’ tfal tal-Kulleġġ San Benedittu waqt il-ħin tal-iskola u mill-komunità sportiva wara l-ħin tal-iskola. Filfatt għandna 34 għaqda sportiva li qed juzaw il-faċilitajiet f’16 il-skola tal-istat.

Il-komunità tal-madwar ukoll għandha aċċess għal dan il-kumpless, permezz tal-walking and jogging club tal-KMS, li diġà għandu 300 membru u permezz tal-fitness centre u l-programmi ta’ fitness li se jiġu organizzati hawnhekk.

Minn Settembru li ġej dan iċ-ċentru se jkun qed jintuża wkoll mill-atleti żgħazagħ tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport li se tkun qed topera wkoll mill-Kulleġġ San Benedittu.

Bħal ma qal William, din il-milja li lħaqna llum hija biss ħolqa oħra minn katina ta’ miljiet li lħaqna fl-isport  f’dawn l-aħħar snin b’investiment ta’ miljuni ta’ ewro li għamilna fl-isport.

Illum qed niċċelebraw investiment ieħor ta’ aktar minn 3.5 miljun ewro fl-isport u nista’ nħabbar li bejna l-proċess mal-MEPA biex nibnu kumpless ieħor mal-Kulleġġ San Injazju f’tal-Ħandaq.

Fl-aħħar 4 snin kważi irdoppjajna l-baġit għall-isport. Din is-sena qed nagħtu pakkett ta’ assistenza rekord ta’ 8 miljun ewro lil għaqdiet sportivi. Għamilna 33 kumpless tal-football b’turf sintetiku u fix-xhur li ġejjin se nlestu 19 il-pitch ieħor, biex kull klabb tal-football f’Malta jkollu faċilità moderna għall-użu tiegħu. B’hekk  aktar minn 9,000 tifel u tifla se jkunu qed igawdu minn faċilitajiet ta kwalità, biex jiddevertu u biex jieħdu ħsieb saħħithom. Bdejna l-proċess biex mal-Basketball Association nibnu żewġ basketball courts biex niżviluppaw aktar talent żagħżugħ. Żviluppajna karting track għad-dilettanti tal-motorsport.

F’dawn l-4 snin nidejna diversi skemi li jassistu lill-atleti tagħna fit-taħriġ tagħhom. Din is-sena se niftħu skola ġdida tal-isport biex it-talent nindokrawh mill-bidu. Fl-istess waqt qed inwaqqfu unit fl-armata, li tirrekluta atleti Nazzjonali li xogħlhom jitħarrġu u jikkompetu biex jagħmluna kburin li aħna Maltin. Nidejna wkoll l-iskema 20/20 għall-atleti Nazzjonali li jaħdmu fis-settur pubbliku u fis-settur privat.

Iżda aħna nemmnu li l-isport huwa ta’ benefiċċju għal kulħadd u għaldaqstant qed nipprovaw inwessgħu kemm nistgħu il-parteċipazzjoni fl-isport: fost it-tfal, iż-żgħazagħ, in-nisa, l-anzjani u l-persuni b’dizabilità.

Għal dan il-għan waqqafna, wkoll fl-aħħar 4 snin, l-iSport Promotion Unit biex toffri programmi sportivi waqt u wara l-ħin tal-iskola lil xejn anqas minn 31,000 tifel u tifla.

Il-faċilitajiet sportivi tal-iskejjel qed niftħuhom għall-komunità – 750 persuna li qed jagħmlu użu mit-track sintetika, għal mixi u jogging, f’tal-Ħandaq, f’Ħal-Kirkop u fil-Mosta għall-użu tar-residenti tal-inħawi. Sentejn ilu bnejna l-ewwel outdoor fitness center f’Ta’ Qali u din is-sena se nibnu 4 oħra biex kulħadd ikollu l-opportunità li jagħmel l-eżerċizzju fiżiku u jieħu ħsieb saħħtu. Ftaħna żewġ high ropes, wieħed f’ Ta’Qali u wieħed fil-camp site tal-iscouts f’Għajn Tuffieħa

Introduċejna Linji Gwida għall-Protezzjoni tat-Tfal fl-Isport u nidejna Aġenzija Nazzjonali kontra d-Doping

Fl-aħħar 4 snin flimkien mal-komunità sportiva kollha rnexxielna niksbu riżultati prestiġġjużi għall-isport. William Chetcuti sar champion tad-dinja, iżda fl-isports ridna mmorru aktar minn hekk.

L-isport hu ta’ benefiċċju għas-saħħa fiżika u mentali tal-poplu u jagħti wkoll kontribut lill-ekonomija ta’ pajjiżna. Fil-fatt permezz tal-iskema għal turiżmu sportiv ġibna f’pajjiżna 140,000 bed night li ħallew €7.3 miljun fl-ekonomija Maltija u tat kważi miljun ewro lill-għaqdiet sportivi f’erba’ snin.

Dan juri biċ-ċar kemm il-Gvern għandu strateġija ċara għall-isport u bl-investiment li qed jagħmel determinat li jkompli jsaħħaħ dan is-settur.

 

 

 





3 Comments

  1. lussu says:

    u marsascala jibqghu ta’wara l-muntanji, l-izjed post b’rata ta’ tkabbir f’Malta u lanqas jezisti grawnd tal-five-a-side. U toghqod tghid il-Malti jghid li mhux x’taf imma lil min taf. Hawnhekk joghqodu il-President ta’ Malta u l-Prim Ministru ta’ Malta u xorta qatt ma jsir xejn, hawn fost l-aqwa sportivi ta’ Malta (anke’ barranin) u facilitajiet ta’ xejn. U mbaghad tara bhall- l-akwati ta’ Pembroke u Zurrieq ground kull zewg passi. Minn go pitch tara pitch iehor fil-boghod.

    [Reply]

  2. farrugia says:

    nispera li jkollna iktar minn dawn il-kumplessi iktar wedi mizmuma minn gvern nazzjonalista

    [Reply]

  3. koppin says:

    grazzi lil ministru tall- amel dan il-kumpless at tfal tana f hal kirkop- koppin

    [Reply]

Leave a comment