Luxol viċin l-ewwel post

Wednesday, March 6, 2013, 19:16

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Alyssa Ashley Loyola 103

Phoenix Petrus Pizza Qormi 44

(35-5)(13-11)(27-14)(28-14)

 

Alyssa Ashley Loyola kisbu rebħa kbira fuq Phoenix Petrus Pizza Qormi 103-44 biex saru l-ewwel team tan-nisa li qabżu l-mitt punt. Kważi nofs dawn il-punti ġew minn Brietta Thomas li għaddeja minn mument tajjeb ħafna. Phoenix kienu mingħajr l-Amerikana Brittaney Thomas li bdiet tiskonta sospensjoni għalkemm irritornat Alexis Cutajar. Fl-ewwel ħinijiet iż-żewġ timijiet qasmu l-logħob biex Loyola ħadu vantaġġ ta’ basket 5-3. Loyola mbagħad kellhom run ta’ 26-0 b’ħafna punti ta’ Thomas fosthom żewġ trippli. Phoenix waqqfulhom ir-run b’basket ta’ Jessica Millo pero’ qabel intemmet is-sessjoni Loyola għamlu 4 punti oħra għal skor ta’ 35-5. It-tieni sessjoni kienet aktar bilanċjata u bdiet bi trippla oħra ta’ Thomas. Għal Phoenix kien hemm il-punti ta’ Cutajar qabel ma’ Loyola għamlu tlett baskets wara xulxin għal skor ta’ 48-16 fil-halftime.

It-tielet sessjoni wkoll bdiet bilanċjata għalkemm Phoenix kellhom break ta’ 6-1. Ir-risposta ta’ Loyola ġiet bi tlett baskets qabel ma Phoenix għamlu żewġ trippli minn Millo u Martha Abela. Hawn Loyola kellhom run oħra ta’ 18-2 b’żewġ trippli oħra ta’ Thomas għal skor ta’ 75-30. Fl-aħħar perjodu Loyola komplew iżidu l-vantaġġ bi break ieħor ta’ 11-1 għal skor ta’ 83-32. Phoenix kellhom basket minn Cutajar bil-Loyola jagħmlu run oħra ta’ 13-4. Basket ta’ Petra Montanaro ra lil Loyola jaqbżu l-mitt punt u huma għalqu l-partita bil-freethrows ta’ Adalia Bonanno għal skor ta’ 103-44.

 

Alyssa Ashley Loyola: L. Pace, J. Doughty 6, M. Gatt 6, D.Said Hollier 13, K. Tonna 5, A. Bonanno 6, J. Mangion 2, P. Montanaro 5, B. Thomas 50, SJ Barbara 8, F. Camilleri 2.

Phoenix Petrus Pizza Qormi: M. Abela 4, V. Camilleri 3, C. Scicluna, Y. Agius 10, N. Said, A. Cutajar 12, J. Millo 11, A. Demanuele 4.

Referees: Emanuel Mangani, Jacques Abeng

 

Starlites Sports Experience 33

Hibs 59

(6-16)(8-11)(6-15)(13-17)

 

F’partita mingħajr ħafna storja Hibs għelbu lil Starlites Sports Experience 59-33 f’partita li matulha l-coach Winnie Buhagiar tat ħin fuq il-court lil diversi players żgħażagħ. Il-bidu tal-partita kien kollhu f’idejn il-Hibs meta fl-ewwel seba’ minuti għamlu 14 –il punt mingħajr risposta b’baskets minn Joselle Borg Cardona u Khadi Soune Sagna fost l-oħrajn. Starlites fetħu l-punteġġ tagħhom bi trippli minn Charlotte Riolo u Lindsey Pirotta biex is-sessjoni ntemmet fuq skor ta’ 16-6 favur Hibs. Fit-tieni perjodu l-punti kienu aktar maqsuma fuq iż-żewġ naħat. Trippla ta’ Emma Micallef fit-tmien minuta tat vantaġġ ta’ 15 –il punt lil Hibs 25-10. It-taqsima għalqet bi trippla oħra ta’ Pirotta għal skor ta’ 27-14 fil-halftime.

It-tielet perjodu fetaħ bi break ta’ 7-1 minn Hibs bi trippla ta’ Antoinette Borg. Starlites kellhom żewġ baskets konsekuttivi minn Amanda Farrugia u Christine Sammut però Hibs kellhom break ieħor ta’ 8-0 biex temmew is-sessjoni fuq quddiem 42-30. Fl-aħħar taqsima kellna trippla oħra minn Pirotta bil-Hibs ikollhom break ieħor ta’ 8-2. Wara basket fuq kull naħa, Hibs kellhom tlett baskets mingħajr risposta qabel ma l-partita ntemmew b’basket ta’ Samantha Tabone għal Starlites u Borg Cardona għal Hibs li rebħu l-partita 59-33.

 

Starlites Sports Experience: A. Farrugia 2, C. Riolo 3, A. Grixti, S. Tabone 4, S. Cutajar 2, S. Galea, L. Pirotta 13, N. Attard 1, M. Scicluna, C. Sammut 2, S. Davies 1, M. Cutajar 5.

Hibs: J. Scerri 3, E. Cassar, R. Scerri, L. Bezzina 7, F. Mifsud 2, M. Desira 7, L. Micallef, A. Borg 7, N. Mifsud, E. Micallef 5, J. Borg Cardona 13, K. Soune Sagna 15

Referees: Luke Camilleri, Jacques Abeng

 

Luxol 72

Pavi Depiro 64

(15-8)(12-9)(20-27)(25-20)

 

Ġimgħa wara li għelbu lil Pavi Depiro fil-finali tan-Knock out, Luxol reġgħu għelbuhom din id-darba fil-kampjonat 72-64. Dan ir-riżultat iħalli lil-Luxol favoriti li jtemmu l-ewwel fażi fl-ewwel post tal-klassifika u lil Depiro jfittxu l-ewwel rebħa kontra r-rivali tagħhom għal dan l-istaġun. Għal Luxol kien hemm ir-ritorn ta’ Paula Ellul fil-waqt li Depiro kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Depiro ħadu l-ewwel vantaġġ bi tlett baskets mingħajr risposta minn Francesca Biancho, Samantha Brincat u Latisha Belcher. Ir-risposta tal-Luxol ġiet b’run ta’ 12-0 bi trippla ta’ Sarah Pace u baskets minn Mollie Williams u Mandi Sciortino. Luxol temmew is-sessjoni 15-8 minn fuq bi trippla oħra ta’ Pace. Fit-tieni sessjoni Depiro kellhom trippla minn Brincat pero’ Luxol baqgħu jirrispondu permezz ta’ Greta Zarb u Becky Naudi. Luxol kellhom break ieħor ta’ 6-1 biex fl-intervall kienu 27-17 minn fuq.

Wara l-intervall Depiro wettqu reazzjoni tajba bi break ta’ 8-0 b’punti minn Belcher u Steffi De Martino biex naqqsu d-distakk għal basket 25-27. Zarb kellha punti mportanti għal-Luxol fosthom trippla li reġgħat tathom vantaġġ ta’ 5 punti 35-30. Beverlee Zammit ukoll kellha trippla għal Depiro li b’run ta’ 7-0 ġabu l-iskor indaqs 40-40 fit-tmien minuta. Luxol reġhħu marru fuq quddiem wara 7 punti oħra minn Zarb biex bdew l-aħħar taqsima 3 minn fuq 47-44. Depiro ħadu l-vantaġġ fil-ftuħ tar-raba’ sessjoni wara li kellhom seba’ punti mingħajr risposta. Hawn Zarb għamlet trippla oħra pero’ fis-sitt minuta Depiro kienu għadhom punt minn fuq 57-57. Hawn ic-champions għamlu run ta 9-0 kollha minn three pointers, 2 minn Pace u ieħor ta’ Williams. Dawn tawhom vantaġġ ta’ 8 punti 65-57 u minkejja li Depiro tħabtu biex isalvaw ir-riżultat kienu Luxol li għalqu l-partita bil-punti ta’ Williams, Zarb u Paula Ellul biex rebħu l-partita 72-64.

Luxol: S. Pace 14, M. Sciortino 8, C. Medina, B. Naudi 4, J. B. Gaerty, G. Zarb 27, P. Ellul 5, M. Williams 14, D. Muscat, K. Portelli.

Depiro: A. Mifsud 1, G. Mifsud 2, F. Biancho 9, S. Brincat 12, M. Bonnett, S. De Martino 17, M. Mifsud, M. Scicluna, L. Belcher 20, S. Micallef, B. Zammit 3.

Referees: Clive Terribile, Luke Camilleri

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Pavi Depiro

10

8

2

18

770

530

Luxol

9

8

1

17

629

455

Alyssa Ashley Loyola

10

7

3

17

685

594

Hibs

10

6

4

16

548

495

Honey Athleta

9

3

5

11

473

521

Phoenix Petrus Pizza Qormi

9

1

8

10

435

660

Starlites Sports Experience

9

0

9

9

324

609





Leave a comment