- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Luxol u Valletta b’rebħiet konvinċenti

Posted By Sportinmalta On February 20, 2018 @ 10:02 am In Featured,Futsal | No Comments

Luxol u Valletta jkomplu jżidu fir-rebħ u jibqgħu jaqsmu flimkien l-ewwel post tal-Elite.

Luxol għelbu lil Swieqi United bl-iskor ta’ 8-1. Fl-ewwel taqsima Luxol kellhom vantaġġ komdu ta’ 4-0, b’gowls ta’ Rogerio Santos Filho, Maicon Silva, Andy Mangion u Gian Carlo Sammut. Fit-tieni taqsima Luxol komplew iżidu aktar gowls għal darb’oħra permezz ta’ Andy Mangion, żewġ gowls oħra ta’ Maicon Silva u gowl għal Mark Zammit. Swieqi United skurjaw l-uniku gowl tagħhom permezz ta’ Zurab Lukava.

Hamrun Tre Angeli u Mriehel ESS reġgħu kienu fl-azzjoni, fi tmiem din il-ġimgħa, meta ltaqgħu kontra xulxin. Il-Ħamruniżi skurjaw ukoll tmien gowls permezz ta’ awtogowl ta’ Marrwan Telisi, doppjetti għal Stefan Camilleri u Aleksander Tomin, gowl kull wieħed għal Everton Da Silva Santos, Luke Stivala u Frank Paul Azzopardi. L-uniku gowl għal Mriehel ESS ġie skurjat minn Victor Diego Viera Marinho.

Intant matul din il-ġimgħa, ġew irkuprati l-logħbiet li kienu ġew posposti mill-Ġimgħa 9 ta’ Frar. Mriehel ESS għelbu lil Swieqi United bl-iskor ta’ 5-0, filwaqt li Valletta ħarġu rebbieħa fuq Hamrun Tre Angeli bl-iskor ta’ 8-2.

Mriehel ESS komplew juru l-progress tagħhom fil-logħba tal-futsal, b’ħames gowls li waslu kollha fit-tieni taqsima. Tliet punti oħra miksuba, b’tripletta ta’ Marwan Telisi u gowl kull wieħed għal Ahmed Ayoub u Faisal Alnakua.

Fil-logħba bejn Valletta u Hamrun Tre Angeli, ġew skurjati ħames gowls f’kull taqsima. Valletta daħlu għall-mistrieħ fi-vantaġġ, b’ żewġ gowls ta’ Camilo Andres Gomez Vanegas, li t-tieni wieħed kien minn penalti u gowl kull wieħed Mohammed Elamari u Murtaz Kakabadze. Il-Ħamruniżi naqsu l-iskor permezz ta’ Manuel Jesus Cespedes Gallardo.

Fit-tieni taqsima l-Beltin żidu aktar gowls permezz ta’ Jovica Milijic, Melvin Borg, Gia Nikvashvili u gowl ieħor ta’ Camilo Andres Gomez Vanegas. It-tieni gowl Ħamruniż ġie skurjat minn Daniel Mifsud.

Fil-klassifika tal-Elite jidher ċar id-distakk żgħir bejn it-timijiet, hekk kif Valletta u Luxol għandhom 39 punt, Hamrun Tre Angeli 28, Swieqi United 25 u Mriehel ESS 24.

Mill-Ewwel Diviżjoni, Tarxien JMI għelbu lit-tim tal-Università bl-iskor ta’ 7-6. Rebħa li ġiet deċiża fit-tieni taqsima, hekk kif l-ewwel taqsima ntemmet fi dro ta’ 3-3. Għal Tarxien JMI kellna tripletta ta’ William Barbosa, doppjetta ta’ Uros Markovic, gowl għal Craig Pickard u awtogowl ta’ Rodney Debono. Għall-Universitarji Jose Maria Aguilera Castellano jkompli għaddej b’forma mill-aqwa hekk kif skurja tliet darbiet. Il-gowls l-oħra waslu mingħand Dusan Rakic, Nermin Hasanbegovic u Shaun Deguara.

Marsaskala tilfu kontra t-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi United bl-iskor ta’ 5-3. Għal Marsaskala kellna doppjetta ta’ Alessio Restuccia u gowl ta’ Khail Drago. Għal Swieqi kellna doppjetta ta’ Robert Stoyanov u gowl kull wieħed għal Darryl Schembri, Matthew Micallef Thompson u Jamie Mangion.

Fil-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni nsibu lill-Università ta’ Malta b’29 punt, Pietà Nordiska 27, Tarxien JMI 24, Qormi 12, Swieqi United U21 issa b’disa’ punti, Marsaskala b’sitt punti u l-Junior College bla ebda punt.

Matul il-ġimgħa d-dieħla jkollna dawn il-logħbiet:

Mill-Ewwel Diviżjoni

It-Tnejn 19/2/18

Fit-8:00 pm Swieqi United U21 vs Qormi

Fid-9:15 pm Junior College vs Tarxien JMI

It-Tlieta 20/2/18

Fit-8:00 pm L-Università ta’ Malta vs Pietà Nordiska

Mill-Elite

Il-Ħamis 22/2/18

Fit-8:00 pm Luxol vs Hamrun Tre Angeli

Fid-9:15 pm Mriehel ESS vs Valletta


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/luxol-u-valletta-brebhiet-konvincenti/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.