Luxol u l-Universitarji jieħdu l-ewwel tliet punti

Monday, October 7, 2019, 10:09

Ftit jiem wara l-finali tas-Super Cup mirbuħa minn Valletta FC Futsal kontra kull Luxol, dawn l-istess żewġ timijiet iltaqgħu għall-ewwel logħba tal-Kampjonat Elite.

Din id-darba kienu Luxol li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-2. Għat-tim minn St. Andrews skurja darbtejn il-plejer Brażiljan Everton Veve u gowl kull wieħed għal Zvezdan Vukovic u l-plejer kowċ Gabriel Dobre. Il-Beltin naqqsu l-marġni tal-iskor b’doppjetta tal-plejer Libjan Mohamed Lamari.

Fil-logħba l-oħra li kellna din il-ġimgħa, it-tim tal-Università ta’ Malta kisbu rebħa minima ta’ 4-3 fl-aħħar ħames minuti kontra Swieqi United. Minkejja li t-tim ta’ Swieqi United kien aħjar fit-tieni taqsima ma kienx biżżejjed biex kiseb l-ewwel rebħa staġjonali. Għal Swieqi United kellna tripletta ta’ Armando Djepali, filwaqt li għall-Universitarji skurja darbtejn Denis Di Maio u gowl kull wieħed għal Christian Wismayer u Ivan Jovanovic.

Il-ġimgħa d-dieħla Luxol se jkunu impenjati fir-rawnd prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League fi Praga fir-Repubblika Ċeka. Fi Grupp 5 se jkollhom magħhom liċ-Ċeki ta’ Sparta Praha, l-Polakki ta’ Record Bielsko-Biala u r-Rumeni ta’ Csikszereda.

Intant il-ġimgħa d-dieħla jkollna logħba waħda mill-Kampjonat tal-Elite, fejn il-Ġimgħa 11/10/19 Valletta FC Futsal jilagħbu kontra Swieqi United. Il-logħba tintlagħab fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke u tibda fid-20:45.





Leave a comment