Luxol u Hibs it-tieni semifinalisti

Monday, November 13, 2017, 18:16

St. James Hospital Shield Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Fi programm ta’ sitt partiti kollha minn Pool 2, saru magħrufa ż-żewġ timijiet li għaddew għas-semifinali. Dawn huma Luxol li rebħu l-grupp wara rebħa fuq Hibs u l-istess Hibs. B’hekk fis-semifinali ta’ nhar l-Erbgħa, Luxol kontra Gżira Athleta u Balkan Fusion vs Hibs.

Victoria Libertas 57

Luxol 62

(16-18)(12-17)(16-10)(13-17)

Luxol kellhom jistennew sal-aħħar ħinijiet biex ħadu l-ewwel rebħa tal-istaġun fit-tieni diviżjoni kontra Victoria Libertas 62-57. Minn naħa tagħhom Victoria għadhom ifittxu l-ewwel rebħa tagħhom. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat b’baskets fuq kull naħa bil-Luxol ikollhom trippla minn Vukassin Jandric. Luxol komplew bi break ta’ 8-2 bil-punti tad-debuttant Clayton Calleja flimkien ma’ Keith Dimech. Victoria għalqu s-sessjoni b’żewġ baskets minn Emanuel Lupo u Sean Mizzi biex naqqsu d-distakk għal basket 16-18. Fit-tieni perjodu Victoria ġabu l-iskor indaqs b’punti konsekuttivi ta’ David Garcia. Luxol reġgħu ħadu l-vantaġġ bi trippla ta’ Liam Caruana Montaldo u punti ta’ Dimech u Jandric ħallewhom seba’ punti minn fuq fl-intervall 35-28.

Fit-tielet taqsima, Luxol fetħu b’basket ta’ Jandric però Victoria rrispondew bi break ta’ 9-0 fosthom trippla ta’ Malcolm Sammut u għamlu l-iskor indaqs 37-37. Ir-risposta ta’ Luxol waslet minn żewġ trippli ta’ Jandric però Garcia wkoll għamel trippla għal Victoria biex id-distakk kien ta’ punt favur Luxol 45-44. Il-partita baqgħet bilanċjata fil-ftuħ tar-raba’ sessjoni u trippla oħra ta’ Garcia poġġiet lil Victoria fuq quddiem 50-48. Luxol għamlu run ta’ 8-2 minn Dimech u Jandric però Victoria baqgħu viċin bi three pointer ta’ Michel Farrugia. Luxol serrħu rashom lejn it-tmiem b’sensiela ta’ free-throws ta’ Jandric biex ħarġu rebbieħa 62-57.

Victoria Libertas: D. Garcia 15, M. Farrugia 8, M. Sammut 3, K. Galea, N. Petrucci 4, S. Mizzi 2, P. Caruana, D. Miani 4, E. Lupo 11, M. Agius 4, B. Soler 6.

Luxol: L. Caruana Monaldo 3, V. Jandric 31, B. Caruana Monaldo, P. Cefai, K. Dimech 18, C. Calleja 8, J. Navarro, R. Falzon, M. Steenkamer 2.

Referees: Bernard Vassallo, Nicky Azzopardi/Zvezdan Dobrosaviljevic.

Hibs 75

Siġġiewi 55

(25-13)(14-8)(20-16)(16-18)

Hibs kisbu t-tielet rebħa fis-shield biex huma kważi ċerti mill-ewwel post ta’ Pool 2. Siġġiewi kellhom ir-ritorn ta’ Keith Scicluna u Lee Grech. Il-partita fetħet bi trippla fuq kull naħa bil-Hibs ikomplu b’run ta’ 18-4 bi three pointers ta’ Paul Attard flimkien ma’ Luca Tardito u Matthew Formosa biex temmew l-ewwel taqsima 25-13 minn fuq. Fit-tieni perjodu l-punti naqsu xi ftit u Siġġiewi naqsu l-vantaġġ bi trippla ta’ Alex Novakovic. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Tardito, Isaac Bonett u Kieron Caruana biex daħlu jistrieħu 39-21 minn fuq.

Hibs komplew jikkontrollaw tajjeb wara l-intervall għalkemm punti ta’ Hubert Agius raw lil Siġġiewi inaqqsu xi ftit id-distakk 27-43. Hibs kellhom trippla oħra ta’ Attard u punti ta’ Caruana biex żiedu l-vantaġġ għal 22 punt 59-37. Fl-aħħar taqsima, Hibs kellhom run ta’ 10-2 b’żewġ three pointers ta’ Caruana u Jeremy Piscopo. Siġġiewi wieġbu bi break ta’ 11-2 fejn il-maġġoranza tagħhom waslu minn free-throws ta’ Agius u baskets minn JP Antoncic u Omar Shamala. Dan wassal biex Siġġiewi għamlu l-iskor aktar rispettabli u finalment Hibs ħarġu rebbieħa b’distakk ta’ 20 punt 75-55.

Hibs: P. Attard 12, M. Formosa 8, A. Galea, I. Bonnett 8, J. Debono, K. Sultana 4, J. Piscopo 5, M. Buhagiar 4, R. Aquilina, L. Tardito 16, K. Caruana 18.

Siġġiewi: K. Scicluna 1, JP Antoncic 2, L. Grech 2, J. Anastasi, H. Agius 13, G. Agius 6, R. Alosco 7, K. Arvanitakis 11, C. Bezzina 1, R. Camilleri, A. Novakovic 10, O. Shamala 2.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Jason Cole.

Victoria Libertas 47

Depiro 58

(14-17)(14-12)(9-14)(10-15)

Depiro rritornaw għar-rebħ kontra Victoria Libertas fejn b’wirja tajba fil-ftuħ tat-tielet sessjoni ħadu vantaġġ tajjeb li żammewh sat-tmiem. Victoria kellhom id-debutt ta’ David Agius però kien nieqes Malcolm Sammut fil-waqt li Rueben Xuereb kien nieqes għal Depiro. Wara li Depiro bdew bl-ewwel sitt punti tal-partita, kien hemm risposta minn Victoria qabel ma Kurt Xuereb kellhu trippla għal Depiro. Victoria kellhom run ta’ 8-0 biex għall-ewwel darba marru fuq quddiem però punti tal-Amerikan Jack Nygaard raw lil Depiro jtemmu l-ewwel sessjoni 17-14 minn fuq. Fit-tieni sessjoni, Depiro komplew jikkontrollaw u żiedu l-vantaġġ wara trippla ta’ Nicholas Grech flimkien ma’ Nygaard u marru 9 minn fuq 27-18. Hawn Victoria kellhom reazzjoni bi break ta’ 10-2 b’punti ta’ Michael Agius u Emanuel Lupo biex fl-intervall Depiro baqgħu punt minn fuq 29-28.

Victoria reġgħu ħadu l-vantaġġ fil-bidu tat-tielet sessjoni b’żewġ baskets ta’ Michel Farrugia u David Agius. Din però kienet l-aħħar darba li kienu minn fuq għaliex hawn Depiro kellhom run ta’ 12-2 b’żewġ trippli ta’ Xuereb flimkien ma’ Nygaard u Grech u sat-tmiem it-taqsima fetħu vantaġġ ta’ sitt punti 43-37. Fl-aħħar taqsima, Victoria tħabtu biex jibqgħu viċin u għal darbtejn waslu sa’ basket ‘l bogħod, però Depiro kellhom il-punti ta’ Grech u Xuereb biex żammew il-vantaġġ sat-tmiem biex ħarġu rebbieħa 58-47.

Victoria Libertas: D. Garcia, M. Farrugia 2, D. Agius 9, K. Galea, N. Petrucci 7, S. Mizzi, P. Caruana, D. Miani 8, E. Lupo 12, V. Barbu, M. Agius 9, B. Soler.

Depiro: E. Briffa, A. Magri, M. Agius 3, A. Attard 4, N. Grech 12, J. Camilleri 2, K. Xuereb 18, M. Borg 4, M. Zloh 2, J. Nygaard 13, M. Debattista.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Brian Sly.

Luxol 71

Siġġiewi 61

(17-12)(21-14)(18-14)(15-21)

Luxol għelbu lil Siġġiewi f’partita bilanċjata fejn Siġġiewi ppruvaw isalvaw il-partita lejn it-tmiem però kien tard wisq. Michael Sjoberg irritorna għal Luxol fil-waqt li Keith Scicluna kien nieqes għal Siġġiewi. Keith Dimech kien dominanti taħt il-boards b’diversi rebounds u dan għen biex Luxol jieħdu r-rebħa. Wara bidu bilanċjat fuq skor ta’ parita 6-6, Luxol marru fuq quddiem bil-punti ta’ Vukassin Jandric u trippla ta’ Dimech u temmew l-ewwel sessjoni 17-12 minn fuq. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni, Siġġiewi ġew lura bil-punti ta’ Roberto Alosco u Hubert Agius. Hawn Luxol għamlu run ta’ 11-2 b’aktar punti ta’ Jandric li kellhu wkoll trippla. Wara punti ta’ Alex Novakovic għal Siġġiewi, Luxol temmew il-perjodu bi trippla ta’ Dimech u daħlu jistrieħu 38-26 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, Luxol fetħu bi break ieħor tajjeb bil-punti ta’ Dimech u Clayton Calleja. Huma fetħu vantaġġ ta’ 20 punt 48-28 iżda Siġġiewi malajr wieġbu b’run ta’ 10-3. Luxol komplew b’żewġ trippli minn Sjoberg u Merlin Blazquez u baqgħu 16 minn fuq 56-40. Fl-aħħar taqsima, reġa’ kien Blazquez li kellhu żewġ trippli oħra biex Luxol kabbru l-vantaġġ għal 22 punt 66-44. Hawn wasal l-aħħar tentattiv minn Siġġiewi li jsalvaw il-partita meta kellhom break ta’ 13-0 minn Agius u Alosco li kellhu wkoll trippla. Luxol però serrħu rashom wara baskets minn Dimech u Calleja biex rebħu l-partita 71-61.

Luxol: M. Blazquez 9, L. Caruana Monaldo, V. Jandric 19, K. Camilleri, B. Caruana Monaldo, P. Cefai 4, K. Dimech 19, C. Calleja 8, M. Sojberg 10, J. Navarro, R. Falzon, M. Steenkamer 2.

Siġġiewi: J. Carter, JP Antoncic 4, L. Grech 2, J. Anastasi, H. Agius 23, G. Agius 2, R. Alosco 10, K. Arvanitakis 8, C. Bezzina, R. Camilleri, A. Novakovic 12, O. Shamala.

Referees: Gordon Barbara, Igor Marjanovic.

Siġġiewi 76

Depiro 73

(17-19)(16-14)(15-23)(28-17)

Siġġiewi kisbu t-tieni rebħa li għalkemm ma servitx biex jikkwalifikaw għas-semifinali, serviet biex bis-saħħat tar-riżultati oħra qabżu lill-istess Depiro biex spiċċaw fit-tielet post. Il-partita kienet interessanti fejn iż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti tagħhom. Depiro marru 13-4 minn fuq fil-ftuħ tal-partita bi trippla ta’ Marko Zloh u punti ta’ Matthew Borg u Nicholas Grech. Siġġiewi bdew jirkupraw hekk kif kellhom baskets minn Lee Grech u Hubert Agius u naqqsu d-distakk għal basket 17-19. Fit-tieni sessjoni Siġġiewi ħadu l-vantaġġ għall-ewwel darba però Depiro malajr wieġbu b’run ta’ 7-0 kollha minn Jack Nygaard. Siġġiewi wkoll irrispondew bi break ta’ 10-0 b’żewġ baskets ta’ Roberto Alosco qabel ma Depiro kellhom trippla ta’ Grech u punti ta’ Zloh biex għamlu l-iskor indaqs 33-33.

Wara l-intervall, Depiro fetħu qawwi bil-punti ta’ Borgu Grech u trippla oħra ta’ Nygaard f’run ta’ 13-2 u marru 11 minn fuq 46-35. Siġġiewi wieġbu permezz ta’ Agius u Alex Novakovic iżda Depiro għalqu s-sessjoni b’żewġ trippli ta’ Grech u Andy Attard biex żammew vantaġġ tajjeb 56-48. Fl-aħħar sessjoni Depiro reġgħu żiedu l-vantaġġ għal 12 –il punt 66-54 b’punti ta’ Grech u dehru fil-kontroll tal-partita. Siġġiewi kellhom ħsibijiet oħra u għal darb’oħra bdew inaqqsu l-iżvantaġġ bil-punti ta’ Konstantinos Arvanitakis u għamlu run ta’ 14-3 biex għamlu l-iskor indaqs 72-72. Huma marru fuq quddiem b’żewġ baskets minn Alosco biex ħadu r-rebħa fl-aħħar sekondi 76-73.

Siġġiewi: J. Carter 2, JP Antoncic, L. Grech 9, J. Anastasi 4, H. Agius 24, A. Baldacchino 1, R. Alosco 16, K. Arvanitakis 12, C. Bezzina, R. Camilleri, A. Novakovic 8, O. Shamala.

Depiro: J. Vibe 3, A. Magri, M. Agius , A. Attard 6, N. Grech 22, J. Camilleri, M. Zloh 11, E. Briffa, M. Borg 12, J. Nygaard 18, M. Debattista.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani

Luxol 71

Hibs 64

(13-15)(17-18)(24-11)(17-20)

Luxol għelbu lil Hibs fl-aħħar partita u din ir-rebħa tathom l-ewwel post tal-klassifika ta’ Pool 2 u Depiro sfaw eleminati u Hibs spiċċaw fit-tieni post. Fil-waqt li Hibs ipprotestaw fuq il-kontroll tal-uffiċjali, fit-tielet sessjoni kellhom mument negattiv fejn sofrew l-insistenza ta’ Luxol speċjlament tal-koppja Vukassin Jandric u Keith Dimech. Luxol ħadu l-ewwel vantaġġ 7-2  bil-Hibs jirrispondu bil-punti ta’ Isaac Bonett u Luca Tardito u marru minn fuq 15-13. Fit-tieni perjodu, Hibs żiedu l-vantaġġ bi trippla ta’ Bonett però Luxol baqgħu viċin fejn kellhom il-punti ta’ Dimech, Liam Caruana Montaldo u trippla ta’ Merlin Blazquez. Huma marru 4 minn fuq 26-22 bil-Hibs jerġgħu jirrpondu bi three pointer ta’ Paul Attard u l-punti ta’ Tardito u daħlu jistrieħu tlett punti minn fuq 33-30.

Fil-ftuħ tat-tieni perjodu, Hibs kabbru l-vantaġġ għal sitt punti 40-34 bil-baskets ta’ Bonett u Tardito. Hawn però Luxol għamlu run ta’ 13-0 b’ħafna punti minn Jandric flimkien ma’ Dimech u Blazquez. Hibs waqqfuhom b’żewġ baskets ta’ Kurt Sultana u Bonett però Jandric għamel żewġ three pointers konsekuttivi fl-aħħar nofs minuta u Luxol temmew it-taqsima 10 minn fuq 54-44. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni Hibs bew bi trippla ta’ Paul Attard u naqqsu d-distakk għal 3 punti però Luxol wieġbu b’run ta’ 10-3 b’żewġ trippli oħra ta’ Jandric.Hibs tilfu lil Tardito bil-ħames foul u ma rnexxielhomx jerġgħu jieħdu l-vantaġġ biex Luxol rebħu l-partita 71-64 u fis-semifinali jiltaqgħhu kontra Gżira Athleta. Fis-semifinali l-oħra, Balkan Fusion jilgħabu kontra Hibs.

Luxol: M. Blazquez 5, L. Caruana Monaldo 6, V. Jandric 33, P. Cefai 2, K. Dimech 23, M. Sojberg 2, J. Navarro, R. Falzon, M. Steenkamer.

Hibs:  J. Debono, M. Formosa 2, R. Aquilina, K. Sultana 9, P. Attard 16, I. Bonnett 16,  J. Piscopo, M. Houmpton 2, M. Buhagiar, L. Tardito 19.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Brian Sly.





Leave a comment