Luxol u Depiro jibqgħu għaddejin

Monday, February 18, 2013, 22:43

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Phoenix Petrus Pizza Qormi 32

Honey Athleta 58

(9-20)(5-17)(10-14)(8-7)

 

Honey Athleta għamlu d-double fuq Phoenix Petrus Pizza Qormi meta reġgħu għelbuhom 58-31. Għal Phoenix kienet nieqsa Alexis Cutajar fil-waqt li għal Athleta rritornat Dorien Jager fin-nuqqas ta’ Gulia Muscat. Athleta bdew tajjeb sa’ mil-ewwel ħinijiet tal-partita u grazzi għal punti ta’ Aleksandra Ratomska u Edwina Vella marru 15-7 minn fuq. Il-punti ta’ Phoenix sa’ dak il-ħin waslu kollha mill-Amerikana Brittaney Thomas  u wara basket ieħor minn Adriana Demanuele, Athleta kellhom 5 punti oħra biex temmew is-sessjoni 20-9 minn fuq. Fit-tieni perjodu, huma komplew bil-mument posittiv u fost l-oħrajn kellhom run ta’ 8-0 b’żewġ baskets ta’ Ratomska. Kien hemm ukoll punti minn Christine Scicluna għal Phoenix qabel ma Leanne Sciberras, Vella u Ratomska għamlu l-aħħar 5 punti ta’ Athleta għal skor ta’ 37-14.

Wara l-intervall, Phoenix dehru li jistgħu jagħmlu rimonta meta kellhom break ta’ 8-2. Pero’ Athleta li kienu qiegħdin jilgħabu b’diversi players ta’ fuq il-bank, ma damux ma rkupraw u kellhom run oħra ta’ 11-0. Biex tkompli tiġi ħażina għal Phoenix, tkeċċiet l-Amerikana Thomas wara xi rimarki. L-aħħar sessjoni kienet nieqsa ferm mil-punti b’Justine Xuereb jirnexxielha tagħmel trippla favur Athleta. Phoenix kellhom diversi free-throws minn Vanessa Camilleri għalkemm fallew 14 –il wieħed biex Athleta rebħu l-partita 58-31.

 

Phoenix Petrus Pizza Qormi: M. Abela 4, V. Camilleri 5, C. Scicluna 7, Y. Agius, N. Said, B. Thomas 14, J. Millo, A. Demanuele 2

Honey Athleta: M. De Martino 4, A. Ratomska 16, J. Xuereb 3, L. Calleja, L. Sciberras 11, M. Azzopardi Duca, D. Jager 2, E. Vella 11, M.C. Cilia 4, S. Vella 5, C. Ciantar 2, C. Mifsud.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosavljevic.

 

Hibs 41

Luxol 54

(6-20)(9-14)(11-8)(15-12)

 

Bidu qawwi mic-champions Luxol kien strumentali għalijhom biex jegħlbu lil Hibs 54-41 biex għamlu d-double fuq l-avversarji. Greta Zarb għada ma rkupratx mill-injury fil-waqt li għal Hibs irritornaw Julia Scerri u Elena Cassar pero’ kienet nieqsa Maria Desira. Il-partita bdiet b’żewġ punti fuq kull naħa pero’ mbagħad Luxol għamlu break ta’ 6-0. Cassar għamlet żewġ baskets għal Hibs pero’ Luxol wieġbu bi break ta’ 10-0 b’punti minn Mandi Sciortino, Mollie Williams u Becky Naudi biex temmew l-ewwel sessjoni 20-6 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Hibs bdew bi trippla ta’ Lucienne Bezzina pero’ Luxol malajr irrispondew bi break ieħor ta’ 8-0 b’Sarah Pace ikollha trippla. Basket ieħor ta’ Cassar waqqfilhom din ir-run qabel ma Luxol għamlu żewġ baskets oħra minn Ina Medina. L-aħħar punti ġew minn Hibs permezz ta’ Khadi Soune Sagna li pero’ reġa kellha partita kwieta u fl-intervall Luxol kienu 19  -il punt minn fuq 34-15.

Wara l-mistieħ il-partita naqqset xi ftit mir-ritmu u wara li Luxol għamlu żewġ baskets minn Paula Ellul u ieħor minn Sciortino, Hibs kellhom sitt punti mingħajr risposta minn Joselle Borg Cardona, Antoinette Borg u Bezzina. Is-sessjoni għalqet b’basket fuq kull naħa għal skor ta’ 42-26. Hibs fetħu l-aħħar perjodu bi trippla ta’ Bezzina bil-Luxol iwieġbu bil-baskets ta’ Naudi.  Huma komplew b’sitt punti oħra qabel ma Hibs għamlu break ta’ 8-1 biex naqqsu d-distakk għal 11 –il punt. L-aħħar punti tal-partita ġew minn Kay Portelli flimkien ma’ Ellul biex Luxol rebħu l-partita 54-41.

 

Hibs: J. Scerri 2, E. Cassar 6, L. Bezzina 11, F. Mifsud, L. Micallef, A. Borg 4, N. Mifsud, E. Micallef, J. Borg Cardona 8, K. Soune Sagna 10

Luxol: S. Pace 9, M. Sciortino 12, C. Medina 4, B. Naudi 8, J. B. Gaerty, P. Ellul 7, M. Williams 6, D. Muscat 6, K. Portelli 2.

Referees: Lynn Shakespeare, Steve Gouder

 

Depiro 74

Alyssa Ashley Loyola 63

(23-13)(10-19)(16-19)(25-12)

 

Fl-aktar partita bilanċjata ta’ tmiem il-ġimgħa, Depiro għelbu lil Alyssa Ashley Loyola 74-63. Minkejja li Depiro rebħu b’distakk ta’ 11 –il punt, fid-disa’ minuta Depiro kienu biss punt minn fuq 64-63. Loyola kienu mingħajr Emma Moore u Kristie Tonna u Depiro kellhom nieqsa lil Christabelle Camilleri. Loyola bdew bil-punti tas-solita Brietta Thoma li għamlet l-ewwel ħames punti fosthom trippla. Depiro bdew iwieġbu permezz ta’ Samantha Brincat li wkoll kellha żewġ trippli biex fis-sitt minuta, Depiro kienu 14-9 minn fuq. Huma kabbru l-vantaġġ wara trippla minn Beverlee Zammit u wara li Justine Mangion għamlet żewġ freethrows, kienet Latisha Belcher li għamlet sitt punti oħra għal Depiro li temmew l-ewwel sessjoni 23-13 minn fuq. Fil-bidu tat-tieni sessjoni, Loyola bdew b’run ta’ 8-0 b’logħob tajjeb fid-difiża biex naqqsu d-distakk għal basket. Fil-ħames minuta, Brincat kellha trippla oħra għal Depiro biex reġgħat kabbritilhom il-vantaġġ. Il-parita baqgħet bilanċjata biż-żewġ Amerikani jirrispondu lil xulxin u sal-intervall id-distakk naqas għal punt bid-Depiro fuq quddiem 33-32.

Wara l-mistrieħ, Loyola rnexxielhom jieħdu l-vantaġġ fit-tielet minuta bi trippla ta’ Thomas 39-38. Għal tlett attakki fuq kull naħa, l-vantaġġ inbidel u fl-aħħar sekondi kien hemm trippla oħra minn Thomas biex Loyola baqgħu minn fuq 51-49. Ir-raba taqsima komplew bl-istess andament fejn l-ebda team ma rnexxielhu jieħu vantaġġ sostanzjali. Fil-ħames minuta kien hemm trippla ta’ Jean Doughty  pero’ Belcher kompliet tagħmel il-punti għal Depiro biex reġat poġġiethom minn fuq 59-57 pero’ Loyola ppareġjaw bil-punti ta’ Thomas. L-aħħar minuta bdiet bid-Depiro punt minn fuq 64-63 pero’ Loyola kellhom diversi players fouled out. Depiro għamlu run ta’ 10-0 b’żewġ trippli ta’ Brincat u baskets minn Gaby Mifsud u Steffi De Martino biex rebħu l-partita 74-63.

 

Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 2, F. Biancho, S. Brincat 18, M. Bonnett, S. De Martino 10, M. Mifsud, M. Scicluna, L. Belcher 32, S. Micallef, B. Zammit 12.

Alyssa Ashley Loyola: L. Pace, J. Doughty 5, D.Said Hollier 4, A. Bonanno 6, J. Mangion 2, P. Montanaro, B. Thomas 46, SJ Barbara, F. Camilleri

Referees: Gordon Barbara, Jacques Abeng

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Depiro

9

8

1

17

706

458

Luxol

8

7

1

15

557

391

Alyssa Ashley Loyola

9

6

3

15

582

550

Hibs

9

5

4

14

489

462

Honey Athleta

9

3

5

11

473

521

Phoenix Petrus Pizza Qormi

8

1

7

9

391

557

Starlites Sports Experience

8

0

8

8

291

550

 





Leave a comment