Luxol u Depiro b’wirjiet mill-aqwa

Wednesday, November 21, 2012, 8:27

minn Colin Schembri

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

 

Honey Athleta 56

Phoenix Petrus Pizza Qormi 38

(20-7)(13-17)(9-7)(14-7)

 

Luxol vs Hibs

Luxol vs Hibs

Honey Athleta kisbu l-ewwel rebħa fil-kampjonat meta għelbu lil Phoenix Petrus Pizza Qormi 56-38. Phoenix irkupraw lil Adriana Demanuele pero’ l-Amerikana Brittaney Thomas ma rnexxielex tirrepeti l-wirja li kellha fl-ewwel dehra tagħha. Mertu jmur għad-difiża ta’ Edwina Vella li għal ħinijiet twal fil-partita kienet imwaħħla magħha. Athleta fetħu vantaġġ ta’ 4 punti kmieni fil-logħba 8-4 u komplew b’run ta’ 8-0 b’punti minn Aleksandra Ratomska. Demanuele u Thomas wieġbu għal Phoenix biex Athleta temmew is-sessjoni 20-7 minn fuq. Fit-tieni perjodu huma komplew iżidu d-distakk wara basket u trippla minn Ratomska. Phoenix wieġbu bi break qasir ta’ 6-0 pero l-player Polakka tal-Athleta kienet f’burdata tajba u għamlet l-aħħar sitt punti biex fl-intervall Athleta kienu 9 minn fuq 33-24.

Fit-tielet sessjoni l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat. Phoenix baqgħu seba’ punti minn taħt sas-sitt minuta 28-37 u hawn Athleta tilfu lil Ratomska bil-ħames foul. Hawn waslu punti minn Leanne Sciberras biex huma temmew is-sessjoni 42-31 minn fuq. Fl-aħħar perjodu kien hemm punti konsekuttivi minn Alexis Cutajar għal Phoenix pero’ Athleta għamlu break ta’ 8-0 u fl-aħħar żewġ minuti kienu 50-34 minn fuq. L-aħħar punti għamlithom Lonnecke Calleja għall-Athleta biex huma rebħu l-partita fuq skor ta’ 56-38.

           

Honey Athleta: M. De Martino, A. Ratomska 19, J. Xuereb 2, L. Calleja 10, L. Sciberras 10, M. A. Duca, G. Muscat, E. Vella 8, R. Sciberras, M.C. Cilia, C. Ciantar 5, C. Mifsud 4.

Phoenix Petrus Pizza Qormi: M. Abela, V. Agius, M.R. Agius, C. Scicluna 3, Y. Agius 1, D. Pace 2, N. Said 3, A. Cutajar 12, B. Thomas 15, J. Millo, A. Abdilla, A. Demanuele 2.

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani.

 

Luxol 71

Hibs 47
(19-12)(19-9)(20-7)(13-19)

 

Ic-champions Luxol bdew l-impenji tagħhom fil-kampjonat b’rebħa mportanti u sabiħa fuq Hibs 71-47. Huma kellhom wirja mill-aqwa u kienu dominanti tul il-partita kollha fil-waqt li Hibs ikollhom waqtiet ta’ żbandament fil-partita li jiswewhom qares bħal ma ġralhom fl-ewwel sessjoni meta għamlu 15 –il turnover.Wara 3 minuti Luxol kienu 9-4 minn fuq bi trippla ta’ Greta Zarb. Ir-risposta ta’ Hibs ġiet biss minn Khadi Soume Sagna li għamlet il-punti kollha tagħhom f’dan il-perjodu. Luxol għalqu t-taqsima b’5 punti ta’ Sarah Pace bi trippla għal skor ta’ 19-12. Hibs għamlu rimonta fil-ftuħ tat-tieni sessjoni meta bdew jaslu l-punti tal-players l-oħra u naqqsu d-distakk għal basket 19-21. Luxol wieġbu bi trippla ta’ Zarb u u punti ta’ Mollie Williams u kabbru l-vantaġġ 27-19. Wara li fil-ħames minuta Lucienne Bezzina għamlet basket għal Hibs, Luxol għalqu l-perjodu bi break ta’ 11-0 mibdi bi trippla ta’ Becky Naudi u daħlu jistrieħu 17 minn fuq 38-21.

Ir-reazzjoni ta’ Hibs ma ġietx lanqas fit-tielet sessjoni u Luxol żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Williams u Mandi Sciortino. Hawn Hibs wieġbu b’żewġ baskets ta’ Bezzina pero’ Zarb għamlet it-tielet trippla tagħha. Luxol għalqu s-sessjoni bi break ieħor ta’ 8-0 għal skor ta’ 58-28. B’vantaġġ komdu ta’ 30 punt il-coach Christoph Stolp ħa l-okkażjoni li jserraħ diversi players u Hibs marru xi ftit aħjar meta punti ta’ Sagna naqqsulhom id-distakk 36-62. Hawn Luxol għamlu 7 punti oħra b’Justine Busuttil Gaerty tagħlaq bi trippla. Il-partita għalqet bi break ieħor ta’ 7-0 minn Hibs pero’ Luxol ħarġu rebbieħa 71-47.

 

Luxol: S. Pace 8, M. Sciortino 4, C. Medina 2, B. Naudi 7, J. B. Gaerty 3, G. Zarb 9, P. Ellul 8, M. Williams 20, D. Muscat 8, M. Darmanin 2, K. Portelli.

Hibs: J. Scerri 3, E. Cassar 3, R. Scerri, L. Bezzina 8, F. Mifsud, M. Desira 2, K. Gatt, A. Borg 6, N. Mifsud, E. Micallef, K. Soume Sagna 25.

Referees: Gordon Barbara, Steve Gouder.

 

Alyssa Ashley Loyola 41

Depiro 72
(7-27)(7-21)(15-11)(12-13)

 

Depiro kellhom wirja stupenda kontra Alyssa Ashley Loyola biex ħadu t-tieni rebħa tal-kampjonat  Loyola sabu diffikulta kbira biex jagħmlu l-punti speċjalment fl-ewwel żewġ sessjonijiet tant li fit-tieni sessjoni Depiro fetħu vantaġġ ta’ 33 punt. Depiro kellhom bidu mill-aqwa u wara 4 minuti kienu 9-0 minn fuq wara li fetħu l-partita bi trippla ta’ Beverlee Zammit. Loyola wieġbu b’żewġ three pointers minn Jean Doughty u Brietta Thomas pero’ fis-seba’ minuta Depiro bdew break ieħor ta’ 14-0 u temmew is-sessjoni 27-7 minn fuq. Fit-tieni sessjoni l-istorja ma nbidlitx u wara basket bikri minn Thomas għall-Loyola, Depiro kellhom run oħra ta’ 15-0 biex fis-sitt minuta kienu 42-9 minn fuq. Loyola setgħu jagħmlu biss 5 punti oħra pero’ Steffi De Martino wieġbet għal Depiro li temmew is-sessjoni 48-14 fuq quddiem.

Wara l-mistrieħ, Loyola ppruvaw jidħlu fil-partita pero’ Depiro kienu tajbin fid-difiża u sofrew biss 4 punti fl-ewwel 4 minuti. Samantha Brincat flimkien ma’ Zammit wieġbu għal Depiro pero’ fl-aħħar minuta, Loyola rnexxielhom jagħmlu 4 punti għal distakk ta’ 30 punt 59-29. Ir-raba’ perjodu fetaħ b’run ta’ 8-2 minn Depiro li kompliet issaħilhom il-vantaġġ diġa kbir li kellhom. Ir-risposta ta’ Loyola ġiet minn break ta’ 8-0 pero’ kienu ftit wisq biex iżommu lil Depiro milli jiksbu r-rebħa fuq skor finali ta’ 72-41.

 

Alyssa Ashley Loyola: P. Montanaro, J. Doughty 12, M. Gatt, D.Said Hollier 4, K. Tonna 6, A. Bonanno 6, J. Mangion 2, B. Sultana,  B. Thomas 11, SJ Barbara, F. Camilleri

Depiro: E. Moore, G. Mifsud, F. Biancho, S. Brincat 11, M. Bonnett 4, S. De Martino 20, M. Mifsud, M. Scicluna, L. Belcher 17, A. Mifsud 2, S. Micallef 2, B. Zammit 12.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile

 





Leave a comment