- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Luxol u Balkan Fusion jisfurzaw it-tielet partita

Posted By sportinmalta1 On May 7, 2018 @ 8:13 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Luxol 84

Gżira Athleta 77

(19-22)(29-13)(19-28)(17-14)

Luxol għelbu lil Gżira Athleta 84-77 biex sfurzaw it-tielet partita tas-semifinali tal-play-offs. Għal din il-partita Luxol inkludew lil CJ Cordina flimkien mal-formazzjoni tipika tagħhom bl-eċċezzjoni ta’ Keith Dimech. Bħas-soltu, Vukassin Jandric mexxa l-attakk tagħhom b’41 punt fosthom xejn anqas minn 8 three pointers. Athleta kellhom punteġġ aktar mifrux b’Alber Serra b’wirja inqas spettakolari minn tas-soltu però kien hemm wirja tajba għal oħrajn bħal Stefan Vincic u Nathan Xuereb. Luxol feħtu vantaġġ bikri wara punti minn Jandric u Adrian Micallef. Athleta rrispondew b’run ta’ 13-3 fosthom trippla ta’ Vincic flimkien ma’ Serra u Luca Stefanovic. Wara risposta minn Jandric, Athleta kellhom trippla ta’ Serra u punti ta’ Xuereb biex temmew l-ewwel sessjoni 22-19 minn fuq hekk kif Jandric għalaq bi trippla oħra. Fit-tieni perjodu, Luxol reġgħu ħadu l-vantaġġ meta Jandric kellhu żewġ trippli oħra flimkien ma punti minn CJ Cordina u Micheal Sjoberg. Athleta għamlu l-iskor indaqs imma ma rnexxielhom imorru minn fuq b’Jandric jibqa għaddej bil-punti hekk kif Luxol għalqu s-sessjoni b’run ta’ 8-0 għal skor ta’ 48-35.

Wara l-intervall, Athleta kellhom reazzjoni u punti ta’ Xuereb, Serra u Vincic ressquhom aktar viċin. Huma komplew b’run ta’ 14-3 biex waslu sa’ punt ‘l bogħod 58-59 iżda Luxol reġgħu wieġbu permezz ta’ Jandric u Cordina biex baqgħu fuq quddiem 67-63. Fl-aħħar sessjoni, iż-żewġ timijiet baqgħu jirrispondu lil xulxin biex Luxol żammew vantaġġ ta’ 5 punti 77-72. Hawn spiċċaw fouled out iż-żewġ barranin però punti minn Francesco Mifsud Bonnici ressqu lil Athleta aktar viċin tal-avversarji. Athleta però tilfu aktar players bil-ħames foul u sabuha iebsa biex iżommu l-pass biex Luxol ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 84-77.

Luxol: M. Blazquez 2, L. Caruana Montaldo 3, V. Jandric 41, I. El Gabaily, B. Caruana Montaldo, CJ Cordina 8, C. Calleja 7, M. Sjoberg 11, J. Navarro, A. Micallef 12, M. Steenkamer.

 

Gżira Athleta: F. Mifsud Bonnici 12, C. Pucchia, A. Serra 12, L. Stefanovic 7, M. Caruana Montaldo, N. Xuereb 18, J. Aquilina, J. Caruana, S. Vincic 22, J. Ransley 6, M. Cilia.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Christine Xuereb.

Depiro 64

 

Balkan Fusion 75

(17-18)(13-20)(14-16)(20-21)

Balkan Fusion ukoll sfurzaw it-tielet partita meta għelbu lil

Ritratt: Wally Galea

Depiro 75-64 fis-semi-finali tagħhom. Balkan bdew tajjeb u ħlief għal mument fit-tieni sessjoni qat ma kienu minn taħt. Punti minn Alex Perunicic u Ivan Kumric fetħu l-partita favur il-Balkani għalkemm Depiro kellhom risposta mis-solitu Jack Nygaard li beda b’żewġ three pointers. Fil-fatt Nygaard għamel 13 mis-sbatax –il punt li għamlu Depiro fl-ewwel taqsima għalkemm baskets minn Nemanja Radicevic u Kumric ħallew lil Balkan fuq quddiem 18-17. Fit-tieni perjodu, Depiro ħadu l-vantaġġ meta kellhom tlett three pointers minn Nygaard, Kurt Xuereb u Nicholas Grech. Ir-risposta tal-Balkans ġiet minn Bogdan Mrkojevic li wkoll kellu trippla flimkien ma’ Bogdan Ilic biex sal-mistrieħ Balkan irnexxielhom jerġgħu jaqilbu l-iskor favur tagħhom 38-30.

Fit-tielet taqsima, Balkan żiedu l-vantaġġ wara break ta’ 7-0 fosthom trippla ta’ Perunicic. Depiro rkupraw u kienu huma li għamlu run ta’ 11-2 b’diversi punti minn Adam Chomo, Xuereb u Nygaard biex naqqsu d-distakk għal sitt punti. Baskets minn Mrkojevic u Perunicic taw ftit tan-nifs lil Balkan li reġgħu fetħu vantaġġ t’10 punti 54-44. Fl-aħħar sessjoni, Depiro naqqsu d-distakk bin-nofs hekk kif kellhom it-three pointers minn Matthew Borg u Chomo. Balkans bdew jirrispondu speċjalment minn fuq il-linja tal-free-throws biex żammew lill-avversarji ‘l bogħod kemm jista’ jkun u ħarġu rebbieħa 75-64.

Depiro: E. Briffa, A. Attard, N. Grech 4, A. Chomo 13, K. Xuereb 8, M. Borg 7, M. Zloh 2, J. Nygaard 30, M. Debattista, J.Vibe.

 

Balkan Fusion: N. Radicevic 3, B. Ilic 18, I. Kumric 8, S. Opojevlic 2, A. Perunicic 12, Z. Stankovic 4, B. Mrkojevic 24, N. Bukva 4.

Referees: Gordon Barbara, Tuomas Mantere, Nicky Azzopardi


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/luxol-u-balkan-fusion-jisfurzaw-it-tielet-partita/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.