Luxol u Athleta favoriti għar-rebh tal-kampjonat

Thursday, April 29, 2010, 10:50

minn Colin Schembri

Finali Nisa: Luxol jiehdu l-ewwel rebha

 

Action from Game 1 - Photo by Malcolm Sammut - www.msshots.webs.com

Luxol 47
Hibs Medsea 43

(3-17)(18-10)(15-11)(11-5)

Fl-ewwel finali tal-kampjonat nazzjonali tan-nisa kienu Luxol li hadu l-ewwel vantagg biex ghamlu l-ewwel pass biex jerbu l-kampjonat wara nuqqas ta’ diversi snin. Hibs ma rnexxilhomx japprofittaw minn bidu stupend li fih fethu vantagg ta 14 il punt. Fil-fatt ic-champions renjanti ma setghawx jibdew il-loghba ahjar milli ghamlu meta kienu diga ghamlu 12-il punt qabel ma waslet l-ewwel risposta ta’ Luxol minn three pointer ta Beverlee Zammit. Ghall-Hibs irritornat Doreen Micallef wara injury li zammitha l-boghod mill-ahhar partiti tac-championship pool u kienet l-istess player li kisbet l-ewwel punti taghhom.

Fit-tieni sessjoni il-loghba nbidlet fejn kienu Luxol li bdew jiddettaw il-loghob specjalment b’iktar three pointers minn Zammit u iehor ta’ Steffi De Martino biex il-vantagg tac-champions beda jonqos. Pero punti ta Lucienne Bezzina u Alexis Darmanin raw lil Hibs jidhlu jistriehu 6 punti minn fuq 27-21.

Mall-ftuh tat-tielet perjodu, Luxol komplew inaqqsu d-distakk b’azzjoni ta 4 punti minn Emma Moore ghalkemm Hibs wiegbu bi three pointer ta Kirsten Micallef. Lejn it-tmiem, Luxol ipparegjaw il-loghba bill-punti ta’ De Martino 36-36 pero Doreen Micallef ghamlet l-ahhar basket tas-sessjoni biex Hibs temmew it-tielet sessjoni b’vantagg minimu ta basket 38-36.

L-ahhar sessjoni kienet decisiva ghall-vjola ghalkemm Hibs xorta kellhom vantagg sostanzjali meta t-tielet three pointer ta Kirsten Micallef poggihhom 5 punti minn fuq 42-37. Hawn il-partita dehret li se xxaqleb lejn ic-champions pero Luxol kellhom hsibijiet ohra hekk kif bdew run ta’ 7-0 li temmewha bi trippla ohra ta Zammit li rahom imorru ghall-ewwel darba fil-vantagg. Hibs ippanikjaw galadarba marru minn taht u Luxol approfittaw biex ziedu l-vantagg u rebhu l-partita 47-43. It-tieni finali issa tintlaghab nhar il-Hadd fis-2.30. Rebha ghall-Luxol tatijhom it-titlu fil-waqt li rebha ghall Hibs tisforza it-tielet partita.

Luxol: Emma Moore 12, Mandi Sciortino 5, Becky. Naudi, Steffi De Martino 11, Paula Ellul, Diana Muscat 5, Lara Chetcuti, Tina Demartino, Beverlee Zammit 14

Hibs: Emma Micallef, Elena Cassar, Diane Cassar, Lucienne Bezzina 10, Francesca Tabone, Doreen Micallef 8, Alexis Darmanin 8, Nadia Arrigo, Kirsten Micallef 9, Joselle Cardona 8.

Referees: Jean Paul Sammut, Brian Sly

Finali Irgiel: Athleta jirbhu l-ewwel loghba fl-ahhar ftit minuti

Athleta Compleet IS 63
Siġġiewi Kent Boringer 52
(13-15)(16-16)(15-15)(19-6)

Athleta rebhu l-ewwel finali kontra Siggiewi f’partita li minkejja d-distakk ta’11 il-punt, kienet ferm iktar bilancjata u giet deciza biss b’run ta 10-0 fl-ahhar zewg minuti. Siggiewi rkupraw lil Marco Matjevic li laghab b’faxxatura twila madwar l-ghaksa pero tilfu pedina mportanti fit-tamiet taghhom li jerbhu l-ewwel kampjonat wara 35 sena meta tilfu lil Lee Ross b’injury serja fi rkopptejh. Siggiewi b’Adrian Micallef f’forma tajba bdew tajjeb u marru 7-2 minn fuq. Ir-risposta tal-Athleta giet mis-solitu Micheal Naudi li kien hu li ghamillhom l-ewwel 11 il punt pero Siggiewi temmew l-ewwel sessjoni 15-13 minn fuq.

Fit-tieni perjodu dahlu iktar fil-partita l-players l-ohra tal-Athleta bhal Cameron Doughty li basket tieghu ghalqilhom run ta 10-2 li poggiethom 27-22 minn fuq. Siggiewi regaw wiegbu b’iktar punti minn Micallef u Alex Tabone u sal-mistrieh regaw marru fuq quddiem 31-29.

Wara l-mistrieh il-partita baqghet bilancjata bl-ebda team ma jirnexxielhu jibni xi vantagg sostanzjali. Siggiewi marru 5 minn fuq 41-36 b”Matjevic jidhol iktar fix-xena. Pero three pointers ta Naudi u Etienne Bezzina qalbu l-iskor favur Athleta 44-43. Biss rega’ kien Matjevic li bl-ahhar tlett punti tas-sessjoni pogga lil Siggiewi minn fuq 46-44.

L-ahhar perjodu kien missielet ferm biz-zewg timijiet jirrispondu lil xulxin. Fis-sitt minuta Athleta kienu 51-48 minn fuq u Siggiewi regaw ipparegjaw bit-three pointer ta’ Peter Shoults. Fl-ahhar zewg minuti, Athleta ghamlu l-break decisiv ta’ 10-0 b’diversi free-throws biex b’hekk rebhu l-partita 63-52. Anke hawn it-tieni partita tintlaghab nhar il-Hadd li gej fl-4.15.

Athleta: Michael Naudi 25, Cameron Doughty 9, Etienne Bezzina 9, Michael Giusti, Chris Galea, Omar Said 11, Clayton Calleja, Addison Bonnici 4, Jonathan Zammit, Silvio Cassar 5.

Siġġiewi: Peter Shoults 9, JohnPaul Antoncic, Louis Camilleri 4, Elton Baldacchino, Eman Xuereb, Alex Tabone 11, Karl Borg, Adrian Micallef 15, Lee Ross, Antoine Costa, Jide Jetson, Marco Matjevic 13.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

Related Stories:
In pictures: Luxol beat Hibs in playoffs game 1
In pictures: Athleta take game 1 in the final against Siggiewi





Leave a comment