Luxol u Alyssa Ashley Loyola jiksbu t-tieni rebħa

Tuesday, October 18, 2011, 21:51

minn Colin Schembri

ST.JAMES HOSPITAL SHIELD NISA

Phoenix Mendoza Qormi 19

Alyssa Ashley Loyola 57

(3-13)(6-16)(3-17)(7-11)

Luxol vs McDonalds Depiro

Luxol vs McDonalds Depiro

Alyssa Ashley Loyola ħadu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Phoenix Mendoza Qormi 57-19 f’partita mis-Saint James Hospital Shield. Minkejja li Loyola ma rrepetewx il-wirja li taw kontra Depiro, ma kellhom l-ebda diffikulta kontra Qormi li jridu jsibu mezz biex inaqqsu t-turnovers kontinwi li jagħmlu. Il-partita bdiet bi 8 punti minn Loyola fl-ewwel disa’ minuti. Hawn waslet l-uniku risposta ta’ Qormi bi trippla ta’ Martha Abela qabel ma Loyola għamlu 5 punti oħra. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni kien hemm break ieħor ta’ 9-0 minn Loyola biex wara Fiona Micallef u Carina Gauchi Meilak wieġbu għal Qormi. Fl-intervall Loyola kienu 20 punt minn fuq 29-9.

Wara l-mistrieħ, Loyola baqgħu jagħfsu lill-avversarji b’run oħra ta’ 17-0. L-aħħar punti ġew minn Qormi fl-għaxar minuta għal skor ta’ 46-12 favur Loyola. L-aħħar sessjoni ftit kien fiha storja hekk kif il-coach ta’ Loyola Ruth Spiteri użat il-players kollha. B’ħafna players żgħażagħ fuq il-court, Loyola xora rebħu s-sessjoni 11-7 biex rebħu l-partita 57-19.

Phoenix Mendoza Qormi: M. Abela 6, V. Agius 2, F. Micallef 2, C.Gauchi Meilak 6, V. Mifsud Tommasi, M. Agius 3, N. Said, D. Zammit, R. De Brincat, D. Scicluna .

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 6, C. Grima 10, J. Doughty 2, G. Torpiano 2, D. Hollier 10, K. Borg 2, A. Bonanno 3, J. Mangion, A. Sciberras 9, F. Camilleri 2, S.J. Barbara 11, P. Montanaro

Referees: Clive Terribile, Robert Darmanin.

Athleta 67

Starlites Sports Experience 35

(14-8)(12-6)(22-11)(19-10)

Athleta kiksbu l-ewwel rebħa tagħhom wara t-telfa kontra Hibs meta għelbu lil Starlites Sports Experience 67-35. Starlites kienu qiegħdin jagħmlu d-debutt staġjonali tagħhom b’formazzjoni simili għall-istaġun li għadda bl-eċċezjoni ta’ Lara Pisani u għal darb’oħra se jkunu mmexxija minn Tino Riolo. Athleta kellhom lil Aleksandra Ratomska nieqsa pero’ rritornat Dorien Jager. Il-bidu tal-partita kien kwiet ferm tant li f’nofs il-perjodu kien hemm parita ta’ 5-5. Wara li Starlites marru minn fuq 7-5, Athleta għamlu run ta’ 9-1 biex għalqu s-sessjoni 14-8 minn fuq. Athleta komplew jagħfsu fil-ftuħ tat-tieni sessjoni li bdewha b’run ta’ 10-0 qabel ma Starlites għamlu sitt punti konsekuttivi u fil-halftime Athleta kienu 26-14 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Starlites komplew inaqqsu d-distakk pero Starlites wieġbu bi trippli ta’ Dana Mckeon u Kelly Busuttil. Marilou Cutajar għamlet żewġ baskets oħra għal Starlites qabel ma Athleta għalqu l-perjodu b’run oħra ta’ 13-0. Fl-aħħar sessjoni reġgħu kienu l-Athleta, li wara basket minn Cutajar għal Starlites, għamlu break ta’ 11-0 biex fetħu vantaġġ ta’ 32 punt 59-27. Athleta baqgħu jikkontrollaw il-partita sat-tmiem u ħarġu rebbieħa 67-35.

Athleta: S. Pisani, D. Jager 9, L. Calleja 4, L. Sciberras 16, M. Azzopardi Duca 6, G. Muscat 2, D. Mckeon 15, R. Sciberras, F. Farrugia, K. Busuttil 15, C. Mifsud.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia 4, C. Riolo 3, A. Grixti 8, S. Tabone 4, S. Cutajar, C. Spiteri, L. Pirotta 5, N. Attard 2, M.C. Cilia, C. Scicluna 3. M. Cutajar 6.

Referees: Clive Terribile, Gordon Barbara.

McDonalds Depiro 41

Luxol 55

(8-11)(5-11)(13-19)(15-14)

Luxol kisbu t-tieni rebħa tagħhom fuq McDonalds Depiro fejn wara r-rebħa fis-Super Cup rebħulhom ukoll fis-Saint James Hospital Shield 55-41. Għal Depiro din kienet it-tielet telfa konsekuttiva u żgur li għal coach tagħhom Brian Mifsud il-waqfa ta’ ħmistax se sservi biex jara kif jista’ jerġa jogħlli l-moral tal-players tiegħu. Depiro bdew tajjeb fejn minkejja trippla ta’ Sarah Pace għal Luxol, huma marru 8 minn fuq 8-5. Luxol wieġbu b’run ta’ 6-0 biex ħadu l-vantaġġ fl-aħħar minuta 11-8. Luxol komplew jagħfsu bi break ieħor ta’ 6-0 fil-ftuħ tat-tieni sessjoni. Depiro wieġbu b’5 punti pero’ trippla ta’ Greta Zarb u basket ta’ Louisa Serge taw vantaġġ ta’ 9 punti lil Luxol fil-mistrieħ 22-13.

Wara l-intervall, Luxol bdew bi break ta’ 10-2 bil-punti jaslu mil-koppja żagħżugħa Serge u Becky Naudi. Minkejja li Depiro wieġbu bi trippla ta’ Steffi De Martino, Luxol fetħu vantaġġ ta’ 20 punt 41-21. Depiro għamlu l-aħħar 5 punti biex l-aħħar sessjoni bdiet bil-Luxol minn fuq 41-26. De Martino kompliet tnaqqas id-distakk fil-bidu tar-raba’ sessjoni pero’ trippla ta’ Beverlee Zammit u basket ta’ Mandi Sciortino reġgħu kabbru l-vantaġġ tac-champions. Lejn tmiem il-partita kien hemm trippla fuq kull naħa biex Luxol rebħu l-partita 55-41.

McDonalds Depiro: A. Mifsud 2, E. Grech, J. Xuereb, T. De Martino, M. Bonett 1, F. Biancho 10, G. Mifsud, A. Borg 11, C. Sammut, E. Vella, S. Micallef 2, S. De Martino 15.

Luxol: S. Pace 3, M. Sciortino 12, L. Serge 10, B. Naudi 10, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 8, K. Portelli, A. Paul 4, D. Muscat 3, L. Chetcuti, L. Vella, B. Zammit 5.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.





Leave a comment