Luxol l-ewwel finalisti

Thursday, April 14, 2011, 12:49

minn Colin Schembri

KAMPJONAT NISA’  – CHAMPIONSHIP POOL

 Luxol 55

Hibs Medsea 45

(10-16)(19-8)(14-9)(12-12)

Depiro vs Luxol

Depiro vs Luxol

Luxol bdew ic-championship pool b’rebħa mportamti fuq Hibs Medsea 55-45 biex telgħu f’ras il-klassifika. Din kienet it-tielet rebħa ta’ Luxol fuq Hibs fil-kampjonat. Wara bidu kwiet, Hibs għamlu run ta’ 10-2 li bdewha bi trippla ta’ Kirsten Baldacchino u marru 12-4 minn fuq. Luxol għajtu time-out u naqqsu d-distakk bil-freethrows ta’ Diana Muscat u Mandi Sciortino. Baskets ta’ Maria Desira u Doreen Micallef raw lil Hibs itemmu l-ewwel sessjoni fuq quddiem 16-10.  Hibs kabbru l-vantaġġ fit-tieni sessjoni wara basket ta’ Nadia Arrigo pero’ hawn waslet run ta’ 11-0 minn Luxol inkluża trippla ta’ Steffi De Martino biex marru 21-18 minn fuq. F’nofs is-sessjoni Hibs wieġbu b’basket ta’ Lucienne Bezzina pero’ Luxol għamlu break ieħor ta’ 7-0 bi trippla ta’ Sciortino u fil-halftime kienu 5 minn fuq 29-24.

Wara l-mistrieħ kien hemm trippla oħra ta’ Sciortino għal Luxol flimien ma Paula Ellul b’Baldacchino twieġeb għal Hibs. Break ieħor ta’ 8-2 minn Luxol għalaq is-sessjoni b’ Luxol 10 minn fuq 43-33. Trippla ta’ Emma Moore fetħet ir-raba’ sessjoni u ftit wara l-vantaġġ ta’ Luxol kiber għal 12-il punt 50-38. Hibs ippruvaw l-aħħar sforz b’punti konsekuttivi ta’ Micallef f’run ta’ 7-0 pero’ Sciortino u De Martino reġgħu għamlu l-punti għal Luxol li rebħu l-partita 55-45.

 

Luxol: E. Moore 10, M. Sciortino 11, L. Serge, B. Naudi 7, S. De Martino 14, P. Ellul 3, D. Muscat 4, E. Grech , B. Zammit 6.

Hibs Medsea: E. Micallef, E. Cassar, M. Zammit, L. Bezzina 4, F. Tabone, M. Desira 5, D. Micallef 8, K. Baldacchino 7, J. Cardona 7.

Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri.

McDonalds Depiro 35
Luxol 59
(9-10)(9-16)(9-17)(8-16)

Luxol saru l-ewwel team li wasal sal-finali meta kisbu t-tieni rebħa fic-championship pool fuq Depiro 59-35. Depiro ħassew in-nuqqas ta’ Kaila Agius speċjalment taħt il-board fejn ġew dominati mill-avversarji. Il-partita bdiet bil-mod tant li f’nofs is-sessjoni Luxol kienu 4-2 minn fuq. Depiro wieġbu bi trippla ta’ Greta Zarb pero l-partita baqgħet bilanċjata u fi tmiem is-sessjoni Luxol kienu punt minn fuq 10-9. Luxol bdew it-tieni sessjoni b’run ta’ 10-0 fl-ewwel erba’ minuti. Depiro ġew lura bil-punti ta’ Sarah Pace fosthom trippla biex reġgħu naqqsu d-distakk. Wara li Steffi De Martino wieġbet għal Luxol, l-aħħar punti tas-sessjoni ġew minn tlett freethrows ta’ Depiro biex fil-halftime Luxol kienu 26-18 minn fuq.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni, Luxol ħasdu lill-avversarji b’run ta’ 12-1 fosthom trippli ta’ De Martino u fetħu vantaġġ doppju 38-19. Depiro naqqsu l-iżvantaġġ bi trippla ta’ Pace u basket t’Antoinette Borg pero Luxol għalqu bi trippla ta’ Beverlee Zammit għal vantaġġ ta’ 16-il punt 43-27. Luxol komplew jagħfsu fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni b’run oħra ta’ 7-0 inkluża trippla ta’ Mandi Sciortino. Depiro wieġbu fir-raba’ minuta b’basket ta’ Francesca Biancho pero Sciortino u Moore komplew jagħmlu l-punti ta’ Luxol. Luxol għalqu l-partita bi break ta’ 5-0 biex ħarġu rebbieħa 59-35.

McDonalds Depiro: S. Pace 11, G. Zarb 3, J. Xuereb, A. Mifsud, F. Biancho 8, J. Busuttil Gaerty 3, A. Borg 8, C. Sammut, E. Vella, S. Micallef 2.

Luxol: E. Moore 11, M. Sciortino 11, L. Serge, B. Naudi 2, S. De Martino 18, P. Ellul 3, D. Muscat 5, E. Grech 2, B. Zammit 7.

Referees: Clive Terribile, Alfred Carbonaro. 

Klassifika Kampjonat Nisa – Championship Pool
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Luxol 16 14 2 30
McDonalds Depiro 15 13 2 27
Hibs Medsea 15 11 3 25

It-timijiet ġarrew il-punti tal-ewwel fażi. Fit-tieni fażi ma jingħatawx punti għat-telf.





Leave a comment