Luxol kontra Hibs u Depiro kontra Loyola fil-playoffs

Thursday, April 12, 2012, 9:56

minn Colin Schembri

KAMPJONAT MSV LIFE NISA’

 

Luxol 48

Alyssa Ashley Loyola  63

(10-18)(9-19)(21-12)(8-14)

 

Athleta vs Hibs

Athleta vs Hibs

Iż-żewġ timijiet kienu ċerti minn post fil-playoffs u b’hekk din il-partita serviet biex il-coachesChristoph Stolpu Ruth Spiteri jippruvaw l-aħħar affarijiet. Kienu Alyssa Ashley Loyola li rebħu l-partita 63-48 biex kisbu t-tielet rebħa minn tlett partiti fuq l-avversarji. Huma ħadu l-ewwel vantaġġ b’baskets minn Desarae Johnson u Adalia Bonanno pero Luxol ppareġjaw bil-punti ta’ Beverlee Zammit u Robin Murphy. Loyola għamlu run ta’ 10-4 biex temmew is-sessjoni 18-10 minn fuq. Luxol kienu aħjar fil-bidu tat-tieni sessjoni u bi trippli minn Zammit u Greta Zarb naqqsu d-distakk għal basket. Hawn pero’ Loyola għamlu break qawwi ta’ 17-1 b’diversi baskets ta’ Johnson flimkien ma’ Christina Grima biex daħlu jistrieħu 37-19 minn fuq.

Wara l-intervall kellna r-risposta tac-champions b’run ta’ 11-2 bi trippla oħra ta’ Zammit u naqqsu d-distakk għal 9 punti 30-39. Johnson wieġbet għal Loyola bi tlett baskets konsekuttivi pero’ Sarah Pace u Zammit għamlu iktar three pointers biex is-sessjoni għalqet bil-Loyola 9 minn fuq 49-40. Ir-raba’ perjodu reġa’ kien f’idejn Loyola b’punti minn Bonanno u trippla ta’ Jean Doughty. Luxol għamlu l-aħħar punti tal-partita permezz ta’ Murphy u Sciortino pero Loyola kellhom vantaġġ sod u ħarġu rebbieħa 63-48.

 

Luxol: S. Pace 8, M. Sciortino 11, B. Naudi, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 3, P.Ellul, R. Murphy 15, D. Muscat, A. Paul, B. Zammit 11.

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore, C. Grima 11, J. Doughty 5, D. Hollier, K. Tonna 4, A. Bonanno 11, J. Mangion, A. Sciberras 2, F. Camilleri, S.J. Barbara 2, D. Johnson 28.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile

 

Starlites Sports Experience 49

Phoenix Mendoza Qormi 36

(10-9)(6-9)(24-11)(9-7)

 

Starlites Sports Experience irrepetew is-suċċess ta’ l-ewwel round meta reġgħu għelbu lil Phoenix Mendoza Qormi 49-36. Dan ifisser li Starlites temmew l-istaġun b’żewġ rebħiet fil-waqt li ħallew lil Phoenix bla rebħa. Iż-żewġ timjiet kellhom il-mumenti tagħhom pero’ run fit-tielet sessjoni minn Starlites kienet deċisiva għalijhom. Phoenix li kellhom lil Marco Borg fuq il-bank minflok Duncan Cilia, bdew tajjeb biex marru 8-5 minn fuq b’Charlotte Riolo tagħmel trippla għal Starlites. Starlites marru minn fuq bi trippla ta’ Lyndsey Pirotta u basket minn Ariana Grixti biex spiċċaw is-sessjoni 10-9 minn fuq. Fit-tieni sessjoni il-punti naqsu tant li fl-ewwel sitt minuti kien hemm biss żewġ baskets minn Phoenix. Pirotta għamlet trippla oħra pero l-istess għamlet Ann Camilleri għal Phoenix li fl-intervall kienu basket minn fuq 18-16.

Fit-telet sessjoni l-partita daret hekk kif Starlites bdew b’run ta’ 9-1 b’Pirotta tagħmel trippla oħra. Camilleri wieġbet għal Phoenix pero Pirotta kompliet bil-baskets tagħha għal Starlites. Sfrorz ieħor minn Phoenix issaraf fi break ta’ 7-2 biex naqqsu d-distakk għal 3 punti pero’ Starlites għamlu break ieħor ta’ 9-1 għal skor ta’ 40-29. Fl-aħħar sessjoni reġa kien hemm nuqqas ta’ punti pero’ Starlites kienu dejjem fil-kontroll wara break ta’ 6-0 serrħu rashom mir-riżultat u rebħu l-partita 49-36

 

Starlites Sports Experience: A. Farrugia 9, C. Riolo 9, A. Grixti 6, S. Tabone 3, S. Cutajar, D. Jager 1, L. Pisani, L. Pirotta 20, N. Attard, M.C. Cilia, C. Scicluna, M. Cutajar 10.

Phoenix Mendoza Qormi: M. Abela 6, V. Agius, F. Micallef 10, V. Mifsud Tommasi 2, M. Agius, N. Said, H. Potigny 5, A. Camilleri 13.

Referees: Clive Terribile, Jennifer Mangani.

 

Honey Athleta 39

Hibs Melita Gardens 56

(17-10)(7-16)(9-18)(6-12)

 

Hibs Melita Gardens ħadu r-rebħa li kellhom bżonn biex aċċertaw mir-raba’ post tal-klassifika meta għelbu lil Honey Athleta 56-39. Athleta riedu rebħa b’14 –il punt wara r-riżultat fl-ewwel round pero’ din ma waslitx biex huma jkollhom jikkuntentaw bil-ħames post. Hibs kienu mingħajr Lucienne Bezzina u Alexis Cutajar fil-waqt li Athleta ppreżentaw il-formazzjoni kompleta tagħhom. Athleta bdew tajjeb u b’Madeiline De Martino tagħsses lil Lena Gipson u bil-punti ta’ Aleksandra Ratomska marru fuq quddiem. Huma komplew bi break ta’ 7-2 biex temmew l-ewwel sessjoni 17-10 minn fuq. Hibs irkupraw fit-tieni sessjoni meta bdew bi break ta’ 8-0 fl-ewwel sitt minuti bex marru minn fuq. Il-punti tal-Athleta ġew biss minn Ratomska biex Hibs setgħu iżidu l-vantaġġ u jidħlu jistrieħu basket minn fuq 26-24.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni, Hibs komplew iżidu l-vantaġġ b’sitt punti mingħajr risposta. Athleta wieġbu permezz ta’ Chantelle Mifsud pero’ Hibs għamlu break ieħor ta’ 10-2 b’diversi punti minn Elena Cassar. Ratomska għamlet trippla għal Athleta imma kienu Hibs li temmew is-sessjoni fuq quddiem 44-33. L-aħħar sessjoni kienet f’idejn Hibs li bdewha b’run oħra ta’ 12-2 biex temmew kull tama ta Athleta. Leanne Sciberras għalqet il-partita b’żewġ baskets għal Athleta biex Hibs ħadu r-rebħa 56-39.

 

Honey Athleta: M. DeMartino 3, A. Ratomska 21, C. Ciantar 4, L. Calleja 2, L. Sciberras 2, M. Azzopardi Duca, G. Muscat, R. Sciberras, F. Farrugia, K. Busuttil 3, C. Mifsud 4.

Hibs Melita Gardens: J. Scerri, E. Cassar 18, F. Mifsud, M. Zammit, M. Desira 12, K. Gatt, L. Micallef, N. Arrigo 3, K. Baldacchino 8, J. Cardona 2, L. Gipson 13.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile.

 

 

Klassifika Kampjonat MSV   Life Nisa FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Luxol

12

10

2

22

788

541

McDonalds Depiro

12

9

3

21

778

548

Alyssa Ashley Loyola

12

9

3

21

757

541

HibsMelita  Gardens

12

7

5

19

743

530

Athleta

12

5

7

17

682

620

Starlites Sports   Experience

12

2

10

14

400

796

PhoenixMendoza  Qormi

12

0

12

12

333

905

 





Leave a comment