Luxol jispiċċaw l-ewwel fażi fl-ewwel post

Wednesday, April 11, 2012, 4:31

minn Colin Schembri

 

KAMPJONAT MSV LIFE NISA

 

Alyssa Ashley Loyola 64

Starlites Sports Experience 31

(21-8)(18-6)(8-7)(17-10)

Depiro vs Luxol

Depiro vs Luxol

Alyssa Ashley Loyola għamlu double fuq Starlites Sports Experience meta rebħulhom 64-31 biex baqgħu jisfidaw għat-tieni post tal-klassifika. Huma rkupraw lil Christina Grima issa li qiegħda toqrob l-iktar fażi mportanti ta’ l-istaġun. Dorien Jager u Stephanie Davies kienu nieqsu għal Starlites. Loyola bdew bl-ewwel seba’ punti tal-partita u għalkemm kien hemm ir-risposta ta’ Starlites b’basket ta’ Marylou Cutajar, Loyola għamlu 8 punti oħra. Hawn Starlites reġgħu wieġbu permezz ta’ Samantha Tabone u Ariana Grixti pero’ Loyola għalqu l-perjodu bi 3 baskets għal skor ta’ 21-8. It-tieni sessjoni baqgħet f’idejn Loyola b’diversi punti ta’ l-Amerikana Desarae Johnson u baskets minn Denise Hollier u Kristy Tonna. Huma għamlu run ta’ 16-2 biex fl-intervall fetħu vantaġġ ta’ 25 punt 39-14. Wara l-mistrieħ il-punti naqsu speċjalment minn naħa ta’ Loyola. Jean Doughty fetħet il-punteġġ tagħhom b’żewġ baskets għalkemm Starlites ukoll wieġbu b’4 punti. Lejn it-tmiem kien hemm basket fuq kull naħa għal skor ta’ 47-21. Il-ftuħ ta’ l-aħħar sessjoni kien bilanċjat biż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin b’Natasha Attard tagħmel żewġ baskets għal Starlites. Pero’ punti konsekuttivi minn Grima u Hollier għalqu l-partita favur Loyola f’run ta’ 12-2 għal skor finali ta’ 64-31.

Alyssa Ashley Loyola : E. Moore 2, C. Grima 18, J. Doughty 6, D. Hollier 9, K. Tonna 5, A. Bonanno 2, J. Mangion, A. Sciberras 3, F. Camilleri, S.J. Barbara 2, D. Johnson 17.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, C. Riolo, A. Grixti 2, S. Tabone 8, S. Cutajar, L. Pisani 2, L. Pirotta 7, N. Attard 4, M.C. Cilia 2, C. Scicluna, M. Cutajar 6.

 

Referees: Alfred Carbonaro, Brian Sly

 

Phoenix Mendoza Qormi 33

Honey Athleta 76

(11-13)(8-14)(6-16)(8-23)

Honey Athleta kisbu rebħa oħra kontra Phoenix Mendoza Qormi tlett ijiem qabel ma jaffrontaw lil Hibs f’konfront deċisiv għar-raba’ post. Għal Athleta ddebuttat Rachel Galea fil-waqt li Phoenix kienu bl-istess formazzjoni ta’ l-aħħar ħarġiet. Il-partita bdiet bl-Athleta jiddettaw il-logħob u jagħmlu run ta’ 10-1. Wara li Martha Abela għamlet żewġ baskets għal Phoenix, Athleta komplew iżidu l-vantaġġ u bi break ieħor ta’ 12-4 temmew l-ewwel sessjoni 23-11 minn fuq. It-tieni perjodu fetaħ b’żewġ baskets oħra għal Athleta b’Phoenix iwieġbu bi trippla ta’ Ann Cammilleri u basket ta’ Helene Potigny. Athleta komplew b’run ta’ 10-0 b’iktar punti minn Aleksandra Ratomska qabel ma Fiona Micallef għalqet is-sessjoni bi trippla għal Phoenix għal skor 19-37. Fit-tielet sessjoni Athleta għamlu l-ewwel ħames punti minn Ratomska u Leanne Sciberras. Wara tlett baskets fuq kull naħ, Athleta għamlu break ieħor ta’ 17-0 bejn tmiem it-tielet sessjoni u l-bidu tar-raba’ waħda biex fetħu distakk ta’ 38 punt 63-28. Phoenix għamlu 3 punti oħra pero’ Athleta wieġbu b’disgħa u baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem biex ħarġu rebbieħa 76-33.

 

Phoenix Mendoza Qormi: M. Abela 5, V. Agius 4, F. Micallef 6, V. Mifsud Tommasi, M. Agius, N. Said 2, H. Potigny 8, A. Camilleri 8.

 

Honey Athleta: M. DeMartino 6, A. Ratomska 32, C. Ciantar 4, L. Calleja 2, L. Sciberras 9, M. Azzopardi Duca 4, G. Muscat 4, R. Galea, R. Sciberras 3, F. Farrugia 2, K. Busuttil 8, C. Mifsud 2.

 

Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly.

 

McDonalds Depiro 45

Luxol 61

(11-22)(8-10)(14-17)(12-12)

 

Luxol aċċertaw mill-ewwel post tal-klassifika meta għelbu lil McDonalds Depiro 61-45. Kienet ir-raba’ rebħa ta’ Luxol fuq Depiro b’suċċessi fis-Super Cup. Shield u tnejn fil-kampjonat fil-waqt li Depiro kienu rebħulhom fin-Knock out. Luxol kellhom l-aħjar bidu bi trippla ta’ Beverlee Zammit flimkien ma’ baskets ta’ Robin Murphy. Minkejja li Depiro wieġbu b’punti ta’ Samantha Brincat, Luxol għamlu tlett trippli konsekuttivi permezz ta’ Greta Zarb, Zammit u Murphy u temmew l-ewwel sessjoni 22-11 minn fuq. Fit-tieni sessjoni l-punti naqsu u wara li Luxol bdew bi break ta’ 6-0, Depiro għamlu l-istess bil-punti jaslu kollha minn Vontisha Woods. Fl-aħħar minuta, Murphy għamlet żewġ baskets oħra biex fl-intervall Luxol kienu 32-19 minn fuq. Luxol kabbru l-vantaġġ fit-tielet sessjoni b’iktar three pointers minn Zammit u Sarah Pace. Depiro għamlu break ta’ 6-0 pero Zammit u Pace reġgħu għamlu trippla biex Luxol baqgħu fuq quddiem 49-33. Depiro fetħu l-aħħar sessjoni bi three pointers ta’ Steffi De Martino u Brincat biex naqqsu d-distakk għal 10 punti 39-49. Hawn pero’ Luxol reġgħu għamlu break ieħor ta’ 10-0 għal darb’oħra bi trippli ta’ Pace u Zammit. Huma kkontrollaw l-aħħar erba’ minuti tal-partita biex ħarġu rebbieħa 61-45.

 

McDonalds Depiro: A. Mifsud 3, G. Mifsud 3, J. Xuereb, S. Brincat 7, V. Woods 12, F. Biancho 2, T. De Martino, A. Borg 4, C. Sammut, M. Mifsud, S. Micallef 5, S. De Martino 9.

Luxol: S. Pace 11, M. Sciortino 6, B. Naudi, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 5, P.Ellul 2, R. Murphy 20, D. Muscat, A. Paul, B. Zammit 17.

Referees: Alfred Carbonaro, Steve Gouder.

 

Klassifika Kampjonat MSV   Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Luxol

11

10

1

21

740

478

McDonalds Depiro

12

9

3

21

778

548

Alyssa Ashley Loyola

11

8

3

19

694

493

HibsMelita  Gardens

11

6

5

17

687

491

Athleta

11

5

6

16

643

564

Starlites Sports   Experience

11

1

10

12

351

760

PhoenixMendoza  Qormi

11

0

11

11

297

856

 





Leave a comment