Luxol jirkupraw lil Williams u jippareġjaw il-finali

Thursday, April 25, 2013, 10:14

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA FINALI

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 61

Luxol 67

(15-14)(17-22)(17-15)(12-16)

Luxol rebħu t-tieni partita tal-finali 67-61 biex wara li Pavi Depiro rebħu l-ewwel waħda s-serje tinsab 1-1. Luxol irkupraw lil Amerikana Mollie Williams li ma ħaditx sehem fl-ewwel partita u r-ritorn tagħha kien strumentali speċjalment f’dawk li huma rebounds u punti. Minn naħa tagħhom Depiro għamlu wisq żbalji u f’ċertu waqtiet bdew jagħmlu turnover wara l-oħra. Luxol ukoll kellhom l-iżbalji tagħhom speċjalment f’ħinijiet kruċjali tal-partita u għal xi ħin bdew jirriskjaw li jitilfu l-partita. Luxol kellhom bidu tajjeb bil-punti ta’ Greta Zarb u Becky Naudi u sar-raba’ minuta kienu 7-1 minn fuq hekk kif l-attakk ta’ Depiro ma bediex jiffunzjona.Hawn Adrian Mifsud għajat time-out u dan ħalla l-frott mixtieq għax Depiro tejjbu l-logħba tagħhom u għamlu run ta’ 12-0 bi trippli minn Steffi De Martino u Samantha Brincat u baskets minn Latisha Belcher u Maria Bonett. Hawn Christoph Stolp ħareġ lil  Mollie Williams fuq il-court u Luxol kellhom żewġ three pointers minn Sarah Pace u Zarb uj sa tmiem is-sessjoni naqqsu d-distakk għal punt 15-14.Basket ta’ Williams fit-tieni sessjoni poġġa lil Luxol minn fuq fit-tieni sessjoni bid-Depiro jwieġbu bi trippla ta’ De Martino. Luxol kellhom fażi tajba b’run ta’ 10-2 bil-punti ta’ Williams, Sarah Pace u Mandi Sciortino u marru sitta minn fuq 26-20. Depiro rrispondew u kellhom it-trippli minn Beverlee Zammit flimkien ma’ punti minn Gaby Mifsud, Svetlana Micallef u De Martino biex reġgħu marru minn fuq. Sal-intervall, Luxol marru għal darb’oħra minn fuq hekk kif Williams għamlet 6 punti konsekuttivi u daħlu jistriehu 36-32 fuq quddiem.

It-tielet sessjoni fetħet biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin biex Luxol baqgħu 3 minn fuq 42-37 fit-tielet minuta. Punti konsekuttivi minn De Martino u Brincat taw vantaġġ ta’ punt lil Depiro 43-42 b’Paula Ellul twieġeb bi trippla għal Luxol. Belcher u Zammit reġgħu taw vantaġġ lil Depiro però żewġ baskets minn Sciortino u Diana Muscat raw lil Luxol itemmu l-perjodu basket minn fuq 51-49. Fil-ftuħ tat-tielet perjodu kien hemm trippla ta’ De Martino biex Depiro ħadu l-vantaġġ però sensiela ta’ freethrows raw lil Luxol jieħduh lura. Luxol kabbru l-vantaġġ fis-sitt minuta 61-54 wara baskets minn Pace u Williams. Depiro wieġbu b’żewġ baskets oħra minn De Martino u d-distakk baqa ta’ 3 punti bejn iż-żewġ timijiet. Depiro tħabtu hekk kif Luxol kellhom xi turnovers f’dan il-ħin kruċjali però t-tentattivi tagħhom fallew u Luxol serrħu rashom bi freethrow ta’ Sciortino u basket ta’ Zarb biex rebħu l-partita 67-61.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 2, F. Biancho, S. Brincat 7, M. Bonnett 2, S. De Martino 25, M. Mifsud, M. Scicluna, L. Belcher 15, S. Micallef 2, B. Zammit 8.

Luxol: S. Pace 9, M. Sciortino 9, C.Medina, B.Naudi 4, J. B. Gaerty, G. Zarb 14, P. Ellul 7, M. Williams 20, D. Muscat 4, M. Darmanin, K. Portelli.

Referees:  Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Luke Camilleri

Statistika…

Depiro

Free throws – 9 on 13

Baskets – 17 on 45

Three pointers – 6 on 19

Rebounds – 47

Assists – 10

Turnovers – 30

Steals – 10

Fouls Suffered – 16

Fouls Made – 22

Luxol

Free throws – 16 on 31

Baskets – 21 on 46

Three pointers – 3 on 14

Rebounds – 39

Assists – 10

Turnovers – 19

Steals – 14

Fouls Suffered – 21

Fouls Made – 16





Leave a comment