Luxol jirbħu l-partita prinċipali wara l-ħin barrani

Wednesday, February 8, 2012, 10:26

minn Colin Schembri

KAMPJONAT MSV LIFE NISA’

Athleta 58

Starlites Sports Experience 27

(11-10)(13-6)(22-2)(7-9)

Luxol vs Hibs

Luxol vs Hibs

Athleta kisbu l-ewwel rebħa fil-kampjonat meta għelbu lil Starlites Sports Experience 58-27. Athleta kienu bil-formazzjoni kompleta fil-waqt li Christine Spiteri kienet nieqsa għal Starlites. L-ewwel sessjoni kienet bilanċjata fejn iż-żewġ timijiet baqgħu viċin xulxin. Starlites ħadu vantaġġ ta’ basket 7-5 wara punti minn Christine Scicluna. Athleta dawwru l-iskor bil-baskets ta’ Madeilene De Martino u Aleksandra Ratomska u temmew is-sessjoni 11-10 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Athleta żammew l-istess ritmu fil-waqt li Starlites naqqsu. Kelly Busuttil għamlet trippla għall-Athleta fil-waqt li Marilou Cutajar wieġbet għal Starlites. Lejn it-tmiem Athleta għamlu run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Leanne Sciberras u daħlu jistrieħu 29-16 minn fuq.

It-tielet sessjoni kienet storja differenti fejn kienet totalment f’idejn Athleta. Huma għamlu run ta’ 12-0 fosthom trippli minn Sciberras u Busuttil kollha fl-ewwel 8 minuti tal-perjodu. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet biss b’żewġ freethrows ta’ Cutajar biex is-sessjoni għalqet b’basket ta’ Busuttil għal skor ta’ 51-18. L-aħħar sessjoni kienet bilanċjata u bi ftit punti. Ratomska kabbret il-vantaġġ ta’ Athleta u Starlites wieġbu b’4 punti minn Cutajar u Ariana Grixti. Athleta għalqu l-partita bi trippla ta’ Gulia Muscat u wara żewġ baskets ta’ Starlites il-partita ntemmet fuq skor finali ta’ 58-27 favur l- Athleta.

 

Athleta: M. De Martino 6, A. Ratomska 22, C. Ciantar, L. Calleja 5, L. Sciberras 6, M. Azzopardi, G. Muscat 3, R. Sciberras 2, F. Farrugia 4, K. Busuttil 10, C. Mifsud.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, C. Riolo 3, A. Grixti 9, S. Tabone, S. Cutajar, S. Davies, L. Pirotta 1, N. Attard, M.C. Cilia, C. Scicluna 3. M. Cutajar 11.

Referees: Steve Gouder, Clive Terribile.

 

Phoenix Mendoza Qormi 27

McDonalds Depiro 80

(8-15)(7-19)(10-23)(2-23)

 

McDonalds Depiro kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva fil-kampjonat meta għelbu lil Phoenix Mendoza Qormi 80-27. Pero’ l-ferħ tar-rebħa tnappan xi ftit hekk kif Samantha Brincat kellha tħalli l-court kmieni fit-tielet sessjoni b’injury u ma setgħetx tkompli l-partita. Depiro jittamaw li Brincat tirkupra hekk kif il-ġimgħa d-dieħla għandhom konfront għall-quċċata kontra Loyola. Il-partita bdiet b’żewġ baskets minn Phoenix pero’ Depiro wieġbu speċjalment permezz ta’ Vontisha Woods biex marru 11-6 minn fuq. Phoenix għamlu basket ieħor qabel ma’ Depiro għamlu l-aħħar punti tas-sessjoni għal skor ta’ 15-8. Depiro kabbru sew il-vantaġġ fit-tieni perjodu fejn bdew b’ħames punti oħra ta’ Woods. Ann Camilleri għamlet basket għal Phoenix pero’ Depiro wieġbu b’run ta’ 14-0 u fil-mistrieħ kienu 34-15 minn fuq.

It-tielet sessjoni rat lil Depiro jżidu l-vantaġġ tagħhom fejn wara li Maria Agius għamlet żewġ baskets għal Phoenix, Depiro wieġbu b’run qawwija ta’ 19-1 frott ukoll ta’ full court press utrippli ta’ Steffi De Martino. Fir-raba’ sessjoni l-andament tal-partita baqa’ l-istess b’runs ta’ 7-0 u oħra ikbar ta’ 17-0 minn Depiro biex b’hekk rebħu l-partita 80-27.

 

Phoenix Mendoza Qormi: M. Abela 1, V. Agius 3, H. Potigny 9, C.Gauchi Meilak 5, V. Mifsud Tommasi, M. Agius 4, N. Said, M.R. Agius, A. Camilleri 2, L. Mifsud.

McDonalds Depiro: A. Mifsud 2, G. Mifsud 4, M. Mifsud 6, S. Brincat, V. Woods 20, F. Biancho 10, T. De Martino 4, A. Borg 2, C. Sammut 6, E. Vella 2, S. Micallef 5, S. De Martino 19.

Referees: Alfred Carbonaro, Jennifer Mangani

 

Hibs Melita Gardens 54

Luxol 57

(18-12)(5-16)(8-8)(13-10)(8-11)

 

Luxol pattew xi ftit għad-diżappunt tat-tazza Louis Borg meta għelbu lil Hibs Melita Gardens fil-partita prinċipali 57-54. L-erbgħin minuta regolari ma kienux biżżejjed hekk kif fit-tmiem il-ħin regolamentari kellna parita 46-46 u kien meħtieġ il-ħin barrani. Għal Hibs irritornat Alexis Cutajar fil-waqt li Becky Naudi u Amelie Paul kienu nieqsa għal Luxol. Il-partita fetħet bi trippli ta’ Luxol minn Greta Zarb u Sarah Pace b’Lena Gipson twieġeb għal Hibs. Hibs ħadu l-vantaġġ wara punti minn Joselle Cardona u trippla ta’ Kirsten Baldacchino u temmew is-sessjoni 6 minn fuq 18-12. Luxol ġew lura fit-tieni perjodu meta fl-ewwel sitt minuti għamlu tmien punti mingħajr risposta biex ħadu l-vantaġġ 20-18. Gipson reġgħet wieġbet għal Hibs pero’ Luxol għamlu run oħra ta’ 8-2 b’żewġ trippli ta’ Beverlee Zammit u daħlu jistrieħu 28-23 minn fuq.

It-tielet sessjoni kienet bilanċjata u nieqsa mil-punti. Robin Murphy u Zammit kabbru l-vantaġġ ta’ Luxol bil-Hibs iwieġbu permezz ta’ Baldacchino u Lucienne Bezzina għal skor ta’ 36-31 favur Luxol. Fl-aħħar sessjoni Luxol kabbru l-vantaġġ għal 7 punti 40-33 qabel ma ntlaqtu munn run ta’ 10-2 minn Hibs li rathom jerġgħu jieħdu l-vantaġġ 43-42. Mandi Sciortino u Pace reġgħu poġġew lil Luxol fuq quddiem pero’ Gipson u Bezzina ppareġjaw. Cardona kellha żewġ free-throws fl-aħħar sekonda pero’ falliethom it-tnejn u l-partita marret għall-overtime fuq skor ta’ 46-46. Luxol kellhom l-aqwa bidu meta għamlu run ta’ 7-0 fl-ewwel żewġ minuti. Fl-aħħar minuta Hibs reġgħu resqu basket viċin 54-56 b’Pace tagħmel l-aħħar punt ta’ Luxol. Hibs kellhom il-ballun fl-aħħar 7 sekondi pero kif ġara f’partita oħra, Bruno Di Pietrantonio għażel li ma jieħux time-out. It-tentattiv ta’ trippla ta’ Baldacchino ħabat mar-ring biex Luxol ħadu nifs qawwi u rebħu l-partita 57-54.

 

Hibs Melita Gardens: J. Scerri, E. Cassar, F. Mifsud, L. Bezzina 10, M. Zammit, M. Desira 7, K. Gatt, A. Cutajar, N. Arrigo 1, K. Baldacchino 16, J. Cardona 2, L. Gipson 18.

Luxol: S. Pace 17, M. Sciortino 6, C. Boena Medina, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 5, A. Paul, R. Murphy 21, D. Muscat, L. Chetcuti, K. Portelli, B. Zammit 8.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile

 

Klassifika Kampjonat MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
McDonalds Depiro

4

4

0

8

265

173

Alyssa Ashley Loyola

3

3

0

6

221

130

Luxol

3

3

0

6

218

147

HibsMelitaGardens

4

1

3

5

240

189

Athleta

4

1

3

5

228

234

Starlites Sports Experience

3

0

3

3

99

198

PhoenixMendozaQormi

3

0

3

3

54

254

 





Leave a comment