- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Luxol jieħdu t-tielet post tal-klassifika

Posted By sportinmalta1 On April 16, 2018 @ 6:36 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

Victoria Libertas 40

Siġġiewi 78

(4-14)(13-16)(9-18)(14-30)

Siġġiewi temmew l-impenji tagħhom għal dan l-istaġun b’rebħa fuq Victoria Libertas 78-40 biex għalqu b’seba’ rebħiet u disa’ telfiet. Huma kellhom formazzjoni ridotta għal seba’ players fil-waqt li Libertas kelllhom lura lil Michel Farrugia u David Agius. Siġġiewi kellhom bidu tajjeb meta għamlu l-ewwel tmien punti tal-partita b’żewġ baskets ta’ Milan Nedic. Libertas kellhom biss żewġ baskets minn Daniele Miani u Nicolo Petrucci bis- Siġġiewi jagħlqu bil-punti ta’ Hubert Agius għal skor ta’ 14-4. Fit-tieni perjodu, Siġġiewi żammew l-istess vantaġġ fl-ewwel ħinijiet b’baskets minn Alex Novakovic għalkemm Farrugia wieġeb bi trippla għal Libertas. Siġġiewi kelllhom break ta’ 8-0 maqsum bejn Novakovic u Nedic u wara risposta ta’ Libertas minn Sean Mizzi, basket ta’ Nedic ra lil Siġġiewi jidħlu jistrieħu 30-17 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, reġgħu kienu Siġġiewi li bdew tajjeb b’run ta’ 16-4 fejn Novakovic kellhu trippla flimkien ma’ Adrian Baldacchino u Hubert Agius. Is-sessjoni għalqet b’basket fuq kull naħa biex Siġġiewi kellhom vantaġġ komdu ta’ 22 punt 48-26. Fil-ftuħ tal-aħħar taqsima Libertas fetħu bi tlett baskets ta’ Mizzi u Agius. Siġġiewi però ma damux biex reġgħu ħadu l-partita f’idejhom speċjalment bi break qawwi ta’ 20-2 u oħra ta’ 10-0 b’Novakovic jagħmel żewġ trippli oħra flimkien ma’ Jhun Lizandaur u Agius biex rebħu l-partita 78-40.

Victoria Libertas: W. Spiteri 2, M. Farrugia 3, K. Galea, N. Petrucci 11, S. Mizzi 10, P. Caruana 2, D. Miani 6, D. Agius 6.

 

Siġġiewi: M. Nedic 17, J. Lisandaur 5, H. Agius 17,  A. Baldacchino 3, A. Novakovic 28, M. Baldacchino 6, O. Shamala 2.

Referees: Emanuel Mangani,Vladimir Nikolic.

Depiro 71

 

Balkan Fusion 94

(30-21)(14-24)(17-32)(10-19)

Kif ġara fil-partiti kollha bejniethom dan l-istaġun, Depiro

Ritratt: Wally Galea

u Balkan offrew partita sabiħa u din id-darba kienu Balkan li ħadu r-rebħa biex aċċertaw ruħhom mill-ewwel post tal-klassifika. Depiro, wkoll ċerti minn post fil-play-offs użaw din il-partita biex jilgħabu diversi players żgħażagħ hekk kif kienu mingħajr Kurt Xuereb u Janis Vibe għalkemm irkupraw lil Adam Chomo. Balkans kienu mingħajr Nicola Stankovic u Slavko Opojevlic. Depiro fetħu tajjeb u bl-Amerikan Jack Nygaard jagħmel it-three pointers fetħu vantaġġ 14-10 f’nofs l-ewwel sessjoni. Balkan kellhom risposta minn Bogdan Ilic bid-Depiro jwieġbu bil-punti ta’ Andy Attard u Nygaard f’run ta’ 9-2. Ir-raba’ trippla ta’ Nygaard u basket ta’ Nicholas Grech ra lil Depiro jtemmu t-taqsima 30-21 minn fuq. Huma żiedu l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni perjodu wara punti minn Matthew Borg però hawn Balkans ġew f’tagħhom u bdew jirkupraw. Huma bdew b’run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Alex Perunicic bid-Depiro jwieġbu b’żewġ baskets minn Chomo u Nygaard. Balkan marru fuq quddiem wara run oħra ta’ 9-0 u sal-intervall baqgħu punt minn fuq 45-44.

Fit-tielet sessjoni Balkan kellhom bidu qawwi speċjalment Perunicic li waħdu għamel run ta’ 12-0 biex poġġa lil Balkan 57-46 minn fuq. Depiro finalment wieġbu bil-punti ta’ Chomo però Balkan komplew bi 8 punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Bogdan Mrkojevic u minkejja li nYgaard kellhu sitt punti wara xulxin, fi tmiem it-taqsima Balkan kienu għadhom 77-61 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni l-andament tal-partita baqa’ l-istess bil-coach ta’ Depiro juża l-ħin biex jagħti esperjenza lil players ta’ fuq il-bank u Balkans setgħu jikkontrollaw. Balkans għalqu l-partita b’run ta’ 10-0 bil-punti ta’ Ivan Kumric u Perunicic biex ħarġu rebbieħa 96-71.

Depiro: E. Briffa 2, A. Attard 4, N. Grech 15, J. Camilleri,A. Chomo 10, M. Borg 13, M. Brincat, M. Mallia, J. Nygaard 27, M. Zloh.

Balkan Fusion: N. Radicevic 2, M. Stjepanovic 2, B. Ilic 19, I. Kumric 17, A. Perunicic 32, Z. Stankovic, B. Mrkojevic 16, N. Bukva 8.

Referees: Gordon Barbara, Christine Xuereb

Hibernians 69

 

Luxol 70

(14-12)(23-23)(18-14)(14-21)

Luxol għelbu lil Hiberians b’distakk minimu ta’ punt 70-69 biex ħadu t-tielet post tal-klassifika u jekk kollox jibqa’ kif inhu huma evitaw lil Balkan Fusion fil-play-offs u jiltaqgħu kontra Athleta. Luxol kienu mingħajr Keith Dimech però kellhom lura lil Juan Navarro. Hibs fetħu bit-three pointers minn Kieron Caruana u Isaac Bonett però Luxol wieġbu permezz ta’ Vukassin Jandric u trippla ta’ Michael Sjoberg. Hibs komplew b’baskets minn Caruana u Paul Attard biex temmew l-ewwel sessjoni 14-12 minn fuq. Fit-tieni taqsima, Hibs żiedu l-vantaġġ wara trippla ta’ Matthew Formosa. Luxol irrispondew permezz ta’ Jandric li bħas-soltu kiseb il-maġġoranza tal-punti tagħhom. Clayon Calleja u Adrian Micallef ukoll kellhom baskets għal Luxol però Hibs baqgħu fuq quddiem wara -punti minn Caruana, Ricky Aquilina u Bonett u daħlu jistrieħu 37-35 minn fuq.

Wara l-intervall, Luxol ħadu l-vantaġġ bil-puni ta’ Calleja u Jandric. Hibs wieġbu b’żewġ trippli minn Kurt Sultana u Caruana u għamlu run ta’ 8-2 biex żiedu l-vantaġġ għal 6 punti 55-49. Fl-aħħar sessjoni, Luxol kellhom bidu tajjeb bi break ta’ 9-0 bi trippla ta’ Sjoberg biex reġgħu marru minn fuq. Hibs ma ċedewx u trippli minn Attard u Caruana tawhom il-vantaġġ mill-ġdid. Punti minn Micallef, Jandric u Calleja taw vantaġġ deċisiv lil Luxol għax minkejja trippla oħra ta’ Caruana fl-aħħar sekondi, Hibs ma rnexxielhomx isalvaw il-partita biex Luxol ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 70-69.

Hibs: A. Galea, M. Formosa 11, K. Sultana 10, P. Attard 5, I. Bonett 8, R. Aquilina 2, J. Piscopo 2, K. Caruana 23, M. Laferla 6, M. Houmpton 2.

Luxol: J. Cefai, L. Caruana Montaldo, V. Jandric 33, I. El Gabaily, B. Caruana Montaldo, C. Calleja 9, M. Sjoberg 12, J. Navarro, A. Micallef 16, M. Steenkamer 2.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Vladimir Nikolic

Gżira Athleta 69

Starlites GIG 49

(23-10)(16-14)(15-8)(15-17)

Gżira Athleta kisbu rebħa komda fuq Starlites GIG 69-49 bil-coach Peter Farrugia juża l-players kollha li kellhu. Starlites kellhom diversi players neqsin. Wara bidu bilanċjat Starlites ħadu vantaġġ ta’ basket wara trippla ta’ Julian Wait u punti ta’ Owen Psaila u Miguel Falzon. Athleta kellhom run qawwija ta’ 17-2 b’diversi punti minn Stefan Vincic, Albert Serra u trippla ta’ Luca Stefanovic biex temmew il-perjodu 23-10 minn fuq. Athleta fetħu t-tieni perjodu bi break ieħor ta’ 7-0 bi trippla ta’ Benoit Bartolo. Minn hemm ‘l quddiem il-logħob kien aktar maqsum u ż-żewġ timijiet għal ħin twil bdew jirrispondu lil xulxin b’baskets fuq kull naħa bi Psaila jagħmel trippla għal Starlites. Punti minn Jonathan Ransley u Serra raw lil Athleta jtemmu t-taqsima 39-24 minn fuq.

Fit-tielet taqsima kienu Athleta li fetħu bi trippla ta’ Vincic bi Starlites iwieġbu bil-punti minn Ian Felice Pace u Wait. Athleta komplew b’run ta’ 8-2  b’baskets ta’ Serra u Vincic u għalqu s-sessjoni 54-32 minn fuq. Fl-aħħar taqsima l-logħob reġa’ kien aktar maqsum. Starlites naqqsu d-distakk tara punti ta’ Isaac Pace li kellhu wkoll trippla. Wara risposta minn Athleta b’run qasira ta’8-0, Starlites komplew inaqqsu l-iżvantaġġ meta għamlu break ta’ 9-2 però kienu għadhom ferm ‘l bogħod mill-avversarji biex Athleta ħarġu rebbieħa 69-49.

Gżira Athleta: K. Schembri 2, F. Mifsud Bonnici 8, C. Pucchia, A. Serra 18, L. Stefanovic 9, M. Gauchi Montaldo, N. Xuereb 4, J. Aquilina 4, B. Bartolo 5, S. Vincic 14, J, Ransley 3, M. Cilia 2.

Starlites GIG: O. Psaila 12, I. Felice Pace 8, M. Falzon 5 I. Pace 10, M. Vella 4, J. Wait 8, A. Xuereb 2.

Referees: Nicky Azzopardi, Kamil Dworniczak

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Balkan Fusion

15

13

2

28

1201

795

Gżira Athleta

15

13

2

28

1238

943

Luxol

15

11

4

26

1102

1010

Depiro

15

10

5

25

1148

998

Hibernians

15

8

7

23

967

1062

Siġġiewi

16

7

9

23

1001

1098

Startlites

15

4

11

19

905

1090

Victoria Libertas

15

1

14

16

735

1010

Marvels Frank Salt

15

1

14

16

772

1063

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/luxol-jiehdu-t-tielet-post-tal-klassifika/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.