Luxol jerġgħu jissuperaw lil Hibs Medsea

Tuesday, April 26, 2011, 8:01

minn Colin Schembri

KAMPJONAT NISA – CHAMPIONSHIP POOL

Hibs Medsea 38

Luxol 46

(6-21)(10-7)(12-14)(10-4)

Luxol vs Hibs

Luxol vs Hibs

Luxol komplew fil-mixja posittiva tagħhom fil-waqt li ħallew lic-champions imdendlin u jistennew l-aħħar logħba kontra Depiro. Luxol rebħu 46-38 mertu speċjalment għal wirja mill-aqwa fl-ewwel sessjoni. Huma bdew il-partita bi trippla ta’ Beverlee Zammit f’run ta’ 11-0. Fis-sitt minuta ġiet l-ewwel risposta bil-Hibs minn Alexis Darmanin pero’ Luxol wieġbu bi trippla ta’ Steffi De Martino. Sa tmiem is-sessjoni Luxol fetħu vantaġġ ta’ 15-il punt 21-6. Fit-tieni sessjoni l-punti naqsu u f’nofsha Luxol kienu għadhom 13 minn fuq 25-12. Lejn it-tmiem, Hibs għamlu break żgħir ta’ 4-1 pero’ fil-halftim kienu għadhom 12 minn taħt 16-28.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni, Hibs għamlu sforz u bil-punti ta’ Joselle Cardona u trippla ta’ Kirsten Baldacchino waslu sa’ 7 punti l-bogħod 23-30. Pero’ Luxol wieġbu b’run ta’ 10-2 li bdewha bi trippla oħra ta’ De Martino biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 14 –il punt 42-28. L-aħħar sessjoni rat lil Hibs jerġgħu iżidu l-isforzi tagħhom u trippla oħra ta’ Baldacchino ġabithom sa’ 9 punti l-bogħod 37-46. Pero’ fl-aħħar minuti huma għamlu biss free-throw ieħor biex Luxol ħarġu rebbieħa 46-38.

 

Hibs Medsea: E. Micallef 2, E. Cassar 2, L. Bezzina, M. Desira 5, D. Micallef 6, A. Darmanin 2, N. Arrigo, K. Baldacchino 10, J. Cardona 11.

Luxol: E. Moore 12, M. Sciortino 3, L. Serge, B. Naudi 4, S. De Martino 16, P. Ellul, D. Muscat 4, B. Zammit 7.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile

Klassifika Kampjonat Nisa – Championship Pool
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Luxol 17 15 2 32
McDonalds Depiro 16 13 3 27
Hibs Medsea 17 12 5 27

It-timijiet ġarrew il-punti tal-ewwel fażi. Fit-tieni fażi ma jingħatawx punti għat-telf.





Leave a comment