Luxol jerbħu s-Super Cup b’wirja mill-aqwa

Tuesday, October 4, 2011, 20:20

minn Colin Schembri

FINALI SUPER CUP NISA

 Luxol 60

McDonalds Depiro 42

(12-6)(19-4)(13-18)(16-14)

Luxol vs Depiro

Luxol vs Depiro

L-istaġun tal-basketball femminili fetaħ bil-finali tas-Super Cup bejn ic-champions Luxol u McDonalds Depiro. Matul is-sajf li għadda kien hemm caqlieq ta’ players bejn dawn iż-żewġ timijiet. Sarah Pace, Greta Zarb u Justine Busuttil Gaerty inqgħaqdu ma’ Luxol fil-waqt li Steffi De Martino, Tina De Martino u Emma Grech issa huma players ta’ Depiro. Luxol ppreżentaw ukoll coach ġdid – il-Ġermaniż Christoph Stolp kif ukoll player ta’ l-istess nazzjonalita Amelie Paul. Il-partita ntlagħbet quddiem attendenza stupenda bi preżenza tat-tfal minn nurseries taż-żewġ timijiet li wkoll ħadu sehem f’partita bejniethom fl-intervall.

Iż-żewġ timijiet bdew attenti ferm għal xulxin tant li wara erba’ minuti kien hemm parita ta’ 6-6 bi trippla fuq kull naħa. Depiro bdew ibatu biex itellgħu l-ballun tant li kkomettew diversi turnovers. Luxol approfittaw u għalqu l-perjodu b’run ta’ 6-0 u temmew l-ewwel sessjoni 12-6 minn fuq. Depiro baqgħu isibu diffikulta fit-tieni sessjoni u c-champions approfittaw b’run ta’ 12-0 b’Becky Naudi tispikka. Basket minn Francesca Biancho waqqfilhom din ir-run pero’ wara free-throws żbaljati fuq iż-żewġ naħat, Luxol għamlu break żgħir ta’ 5-1 u daħlu jistrieħu 21 punt minn fuq 31-10.

Wara l-intervall, Luxol żiedu l-vantaġġ bi trippla ta’ l-ex Zarb u hawn waslet reazzjoni minn Depiro meta għamlu 9 punti mingħajr risposta biex naqqsu d-distakk għal 16-il punt. Beverlee Zammit wieġbet bi trippla għal Luxol bid- Depiro jwieġbu bi tnejn ta’ De Martino pero’ Luxol kienu għadhom 16 minn fuq 44-28. Il-bidu tal-aħħar sessjoni kien kwiet tant li wara 5 minuti saru biss 6 punti. Fis-sitt minuta Luxol temmew kull tama ta’ Depiro meta għamlu run ta’ 8-0 biex baqgħu sejrin u rebħu l-partita 60-42.

Luxol: S. Pace 4, M. Sciortino 9, L. Serge 2, B. Naudi 15, J. Busuttil Gaerty 4, G. Zarb 10, K. Portelli 1, A. Paul, D. Muscat 1, L. Chetcuti 4, B. Zammit 10.

McDonalds Depiro: A. Mifsud 2, E. Grech, J. Xuereb, T. De Martino, M. Bonett, F. Biancho 4, G. Mifsud, A. Borg 13, C. Sammut, E. Vella, S. Micallef 6, S. De Martino 17.

Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri.





Leave a comment