Luxol jerbħu l-kampjonat tat-tfajliet U/16

Friday, March 22, 2013, 23:01

KAMPJONAT TA’ TAĦT IS-SITTAX –IL SENA TFAJLIET

minn Colin Schembri

Depiro 38

Luxol 48

(9-8)(10-10)(9-16)(10-14)

 

Il-kapmpjonat St. James Hospital ta’ taħt is-sittax –il sena tat-tfajliet għal dan l-istaġun intrebaħ minn Luxol li fil-finali għelbu lil Depiro 48-38. Fil-weekend finali ta’ dan il-kampjonat kellna żewġ semi-finali bejn l-ewwel erba’ timijiet. Fl-ewwel semi-finali Depiro għelbu lil Starlites 50-26 fil-waqt li fit-tieni waħda Luxol għelbu lil Hibs b’distakk minimu ta’ punt 44-43.

Luxol bdew il-partita b’żewġ baskets ta’ Noelene Vella bid-Depiro jwieġbu b’żewġ freethrows ta’ Claudia Camilleri. Il-player Olandiża ta’ Luxol Oceane Visser għamlet basket qabel ma Nicole Agius għamlet trippla għal Depiro. Is-sessjoni għalqet b’basket fuq kull naħa bid-Depiro fuq quddiem 9-8. Luxol reġgħu ħadu l-vantaġġ fil-bidu tat-tieni sessjoni b’basket ta’ Visser però Depiro wieġbu bi break ta’ 6-0 b’baskets minn Darlene Sammut, Camilleri u Diane Borg. Visser u Sophie Abela wieġbu għal Luxol biex is-sessjoni ntemmew b’żewġ baskets fuq kull naħa biex Depiro daħlu jistrieħu punt minn fuq 19-18.

Fit-tielet perjodu Depiro bdew tajjeb biex żiedu l-vantaġġ hekk kif Camilleri kellha diversi punti konsekuttivi. Hawn però Luxol kellhom mument stupend hekk kif għamlu run ta’ 12-0 bil-punti kollha jaslu minn Visser u Vella biex marru sebgħa minn fuq 34-27. Depiro għalqu t-taqsima b’basket ta’ Borg però kif bdiet ir-raba sessjoni Luxol kisbu tlett baskets oħra mingħajr risposta. Basket ta’ Visser ta vantaġġ ta’ 15 –il punt lil Luxol 56-31. Depiro ppruvaw jirkupraw u għamlu break qasir ta’ 7-2 imma l-ħin kien kontra tagħhom u Luxol ikkontrollaw l-aħħar ħinijiet biex rebħu l-partita 48-38 u l-kampjonat. Fi tmiem il-partita l-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta t-trofew lil captain ta’ Luxol Oceane Visser.

Deprio: Nicole Agius 10, Diane Borg 3, Deborah Micallef, Darlene Sammut 4, Sarah Azzopardi, Claudia Camilleri 15, Leanne Agius, Raisa Calleja 6, Laura Vella, Kirsty Aquilina, Yanika Gusman.

Luxol: Sophie Abela 4, Hannah Coppini, Jade Doughty 6, Noelene Vella 11, Petra Pace, Oceane Visser 20, Carla Zahra, Amy Spiteri, Lara Caruana Montaldo, Christine Mallia, Jasmine Seghatoreslami.

Referees: Brian Sly, Zvezdan Dobrosavljevic.





Leave a comment