Luxol jerbħu l-kampjonat taħt id-19 –il sena tan-nisa

Sunday, April 5, 2015, 9:58

ST. JAMES HOSPITAL U/19 NISA

minn Colin Schembri

Luxol 59

Hibs 54

(15-10)(13-14)(18-17)(13-13)

Luxol irrepetew is-suċċess li kellhom fil-kampjonat ta’ taħt is-sittax –il sena meta rebħu wkoll il-kampjonat ta’ taħt id-dsatax –il sena wara li fil-finali għelbu lil Hibs 59-54.Iż-żewġ timijiet kellhom riżultati faċli fis-semi-finali kontra Athleta u Starlites rispettivament. Luxol temmew il-kampjonat bla telfa u kien lejn tmiem il-partita li ħadu r-rebħa fejn wara li kellhom bidu tajjeb sofrew ir-rimonta ta’ Hibs. Luxol bdew il-partita b’run ta’ 9-2 bi trippla ta’ Monique Caruana u l-punti ta’ Sophie Abela u Oceane Visser. Hibs kellhom il-punti ta’ Julia Scerri bil-Luxol jirrispondu bil-baskets ta’ Christine Curmi biex marru 15-6 minn fuq. Fl-aħħar minuta Hibs għamlu 4 punti oħra minn Naomi Farrugia u Scerri biex Luxol temmew is-sessjoni 15-10 minn fuq. Fit-tieni perjodu Hibs fetħu b’run ta’ 8-2 b’żewġ baskets ta’ Iona Agius biex marru basket minn fuq 18-16 fit-tielet minuta. Luxol ġew lura bil-punti ta’ Visser, Curmi u Cristina Sollami biex sal-intervall reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 4 punti 28-24.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni Luxol żiedu l-vantaġġ bil-baskets ta’ Visser u Sollami. Hibs wieġbu bil-puntri ta’ Agius u trippla ta’ Farrugia flimkien ma’ Kirsty Caruana biex naqqsu d-distakk 32-36. Luxol kellhom aktar punti minn Abela però Hibs baqgħu jirrispondu bil-baskets ta Farrugia, Scerri u three pointer ta’ Kim Portainer Mifsud biex is-sessjoni ntemmet bil-Luxol ħamsa minn fuq 46-41.Fl-aħħar sessjoni l-vantaġġ ta’ Luxol kiber għal disa’ punti wara żewġ baskets oħra minn Kaya Calleja u Sollami. Hawn Hibs wieġbu b’run ta’ 8-0 biex waslu sa punt ‘l bogħod 49-50. Luxol kellhom basket ta’ Curmi però 5 punti oħra minn Agius u Caruana poġġew lil Hibs basket minn fuq fis-seba’ minuta 54-52. Fl-aħħar żewġ minuti, Luxol għamlu seba’ punti mingħajr risposta minn Abela, Sollami, Curmi u Visser biex rebħu l-partita 59-54. Fi tmiem il-partita l-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta t-tazza lil captain ta’ Luxol Christine Curmi.

Luxol: Monique Caruana 3, Christine Borg Millo, Lara Caruana Montaldo, Kaya Calleja 2, Noelene Vella, Oceane Visser 17, Cristina Sollami 6, Abigail Calleja, Sophie Abela 14, Jasmine Seghatoleslami, Christine Curmi 17.

Hibs:  Nicole Vella, Julia Scerri 13, Iona Agius 12, Kim Portainer Mifsud 8, Rexana Caruana, Naomi Farrugia 10, Kristy Caruana 11.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Brian Sly.

Ritratti: MPC Photography https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716; www.mba.org.mt





Leave a comment