Luxol jerbħu l-ħames partita u l-kampjonat

Monday, May 14, 2012, 10:57

minn Colin Schembri

KAMPJONAT MSV LIFE NISA – Finali 5

Luxol 54

Alyssa Ashley Loyola 53

(18-13)(15-9)(9-15)(12-16)

 

Luxol champions

Luxol champions

Punt kellu jkun biżżejjed biex ic-champions Luxol iżommu l-kampjonat għat-tieni sena konsekuttiva u għad-disa’ darba fl-istorja tagħhom. Luxol għelbu lil Alyssa Ashley Loyola 54-53 fi tmiem ta’ partiti verament eċitanti li għalqet staġun verament sabiħ. Qatt daqs f’din il-partita l-freethrows ma kienu daqshekk deċisivi hekk kif Loyola pattew qares l-iżbalji li kellhom mill-freethrow line speċjalment fl-aħħar sessjoni. Quddiem l-akbar attendenza tal-istaġun f’partita tan-nisa, kienu Luxol li kellhom bidu verament tajjeb meta fl-ewwel erba’ minuti għamlu 12 –il punt mingħajr risposta b’żewġ trippli ta’ Beverlee Zammit. Ruth Spiteri għajtet time-out għal Loyolau l-players tagħha wieġbu b’mod posittiv u għamlu 11 –il punt konsekuttivi. Pero’ Luxol għalqu s-sessjoni bi break ta’ 6-2 biex temmew is-sessjoni 18-13 minn fuq. It-tieni perjodu, reġa fetaħ bil-punti tal-Luxol fi break ieħor ta’ 7-0 biex fetħu vantaġġ ta’ 12 –il punt 25-13. Wara punti ta’ Loyola permezz ta’ Abigail Sciberras u Adalia Bonanno, Greta Zarb wieġbet għall-Luxol li daħlu jistrieħu fuq quddiem 33-22.

It-tielet sessjoni fetħet b’baskets fuq kull naħa b’Robin Murphy attiva ferm għall-Luxol. Loyola għamlu break ta’ 8-0 magħluq minn Jean Doughty bi trippla biex waslu sa’ 4 punti ‘l bogħod mill-avversarji 35-39. Murphy reġgħet wieġbet għal Luxol pero’ Loyola għalqu s-sessjoni b’basket ta’ Deserae Johnson għal skor ta’ 42-37 favur Luxol. L-aħħar sessjoni kienet il-qofol tal-partita kollha u kienu Loyola li bdew l-aħjar meta għamlu run ta’ 8-2 u fir-raba’ minuta marru għall-ewwel darba minn fuq wara basket ta’ Christina Grima 45-44. Loyola beda jkollhom il-freethrows pero’ fi tlett okkażjonijiet għamlu biss wieħed minn tnejn u fid-disa’ minuta Murpy ippareġjat 52-52. Loyola kellhom żewġ freethrows oħra minn Adalia Bonanno u fallewhom it-tnejn u fl-attakk ta’ wara Emma Moore għamlet wieħed minn tnejn u poġġiet lil Loyola punti minn fuq 53-52. Fl-aħħar 9 sekondi Murphy reġgħat għamlet il-freethrows biex tat vantaġġ ta’ punt lil Luxol 54-53. L-emozzjonijiet ma spiċċawx għax l-aħħar tentattiv ta’ Grima għal ftit ma daħalx biex Luxol ħadu nifs qawwi u setgħu jiċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat għat-tieni sena konsekuttiva hekk kif il-captain Mandi Sciortino għolliet it-trofew ta’ champions.

 

Luxol: S. Pace 4, M. Sciortino 11, C. Medina, B. Naudi 2, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 9, P.Ellul, R. Murphy 18, D. Muscat, A. Paul, B. Zammit 10.

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 2, C. Grima 16, J. Doughty 3, D. Hollier, K. Tonna, A. Bonanno 4, J. Mangion 1, A. Sciberras 8, F. Camilleri, S.J. Barbara 3, D. Johnson 16.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

 





12 Comments

  1. karmnu says:

    Meta depiro nehhew lil ray muscat u poggew lil mario tabone, louiz mizzi tghidx kemm tkaza!!!! Issa qed jghid li Loyola jaghmlu sewwa jekk inehhu lil ruth u jpoggu lil Brian!!! Hawwadni ha nifmek

    [Reply]

    louis mizzi Reply:

    karmnu, the shame was that id dudu was removed from his post three quaters way through the season and the way he was kicked out was unpresidented. Changing coaches at the end of season is the order of the day, same as you add new players to replace players who did not do much. and finally it is only my opinion. whatever Loyola does its up to them.

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    if loyola stay with same coach… ha jitilfu skoss players in my opinion !!

    [Reply]

  2. Truly Bball Lover says:

    ahjar loyola jaraw x ghamlet il coach…. !! ghalkhem rajt lil pres wisq vicin kowc iehor dan l ahhar jumejn ..!!! so nahseb ga bdew jahsbu ghal replacment….. sakemm mhux biex jitfawh flok dak li qafilhom ma l irgiel ghax ma rebahx !!!

    [Reply]

    louis mizzi Reply:

    to be honest, i saw him as well. head to head with Brian Mifsud. I think that would be great for Loyola as most of the players started off with him when Brian was co founder of Loyola with Mr. Schembri. That would be nice. Action at last. For sure not a dull moment if Brian takes the post.

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    jien mhux ghalih ghidt…. u brian habba fih waqfu skoss ma loyola… apparti hekk brian ghal ma naxxar milli jidher … imma jien rajthom bilqeda ma caoch izghar.. ghalkhemm nahseb li flok is sur borg !!

    [Reply]

  3. louis mizzi says:

    So today no one can congratulate GORDON for having the ability to ref 2 games in a row. He has super duper stamia to run both games with perfection. Again i say prosit GORDON and see you next season.

    [Reply]

  4. karmnu says:

    ghax ma tarax kemm fallejtu freeshots mizzi qabel ma tgerger kontra gordon

    [Reply]

    louis mizzi Reply:

    correction sur karm
    they lost and not we lost the freeshots

    [Reply]

  5. guzeppi says:

    hahahahaha sour grapes louis mizzi….qed tinkixef l-identita tieghek

    [Reply]

  6. louis mizzi says:

    prosit GORDON

    [Reply]

    BBaller Reply:

    Ma kontx naf li Gordon dahal jilghab mal-Luxol. Tkompliex iddahhaq Sur Mizzi, jekk hemm team li ghandu jgerger huma l-Luxol ghax kienu mimlija bil-fouls filwaqt li Loyola ma aprofittawx mill hafna free throws ghad-dizpozizzjoni taghhom. Qisu Gordon biss kien qed jirrefja l-bierah. Ahjar issaqsi fejn kienu ir-referees l-ohra meta dan ta’ l-ahhar kellu jirrefja zewgt loghbiet wara xulxin. Mela fil-loghba ta’ qabel skond int Sur Mizzi, Gordon irrefja tajjeb ghax il-Loyola rebhu il-kampjonat ta’ l-Under 23 ta’ l-irgiel u b’kumbinazzjoni kontra Luxol ukoll. Trid tilhaq id-dielja ghax mid-dehra temejtha qares it-telfa tal-bierah.

    [Reply]

Leave a comment