Luxol jerbħu l-ewwel konfront dirett

Saturday, December 22, 2012, 8:10

minn Colin Schembri

Phoenix Petrus Pizza Qormi 62
Alyssa Ashley Loyola 73

(13-17)(16-11)(12-20)(21-25)

 

Alyssa Ashley Loyola kisbu rebħa mportanti kontra Phoenix Petrus Pizza Qormi 73-62 biex ħallewhom ifittxu l-ewwel rebħa tagħhom. Phoenix kienu mingħajr Diane Pace u Alexis Cutajar fil-waqt li Justine Mangion kienet nieqsa għall-Loyola. Fil-partita spikkaw il-players Amerikani ta’ kull team – Brittaney Thomas ta’ Phoenix u Brietta Thomas ta’ Loyola. Loyola ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 8-2 b’żewġ baskets ta’ Sammy Jo Barbara. Phoenix wieġbu b’run ta’ 9-2 biex marru 11-10 minn fuq fis-sitt minuta. Hawn waslu iktar punti minn Thomas u Beverie Sultana għal Loyola biex temmew is-sessjoni 17-13 minn fuq. Phoenix reġgħu bdew is-sessjoni bi break ieħor ta’ 10-4 biex ħadu l-vantaġġ mil-ġdid 23-20. Loyola wieġbu permezz ta’ Adalia Bonanno u Thomas pero’ Yanika Agius u Thomas kellhom il-punti għal Phoenix li daħlu jistrieħu punt minn fuq 29-28.

Wara l-intervall, kien hemm bidu tajjeb minn Loyola li reġgħu marru minn fuq. Thomas wieġbet għal Phoenix biex id-distakk bejn iż-żewġ timijiet niżel għal punt 39-40. Loyola għalqu l-perjodu bi break ieħor ta’ 8-2 u temmew is-sessjoni 48-41 minn fuq. Loyola komplew ikabbru l-vantaġġ fl-aħħar sessjoni u marru 10 minn fuq 54-44. Phoenix ma ċedewx u għamlu run ta’ 7-0 bi trippla ta’ Thomas. Loyola għamlu żewġ trippli minn Jean Doughty biex reġgħu ħadu vantaġġ b’figuri doppji u rebħu l-partita 73-62.

           

Phoenix Petrus Pizza Qormi: M. Abela 5, V. Agius, M.R. Agius, C. Scicluna 1, Y. Agius 8, N. Said, B. Thomas 39, J. Millo, A. Demanuele 9

Alyssa Ashley Loyola: P. Montanaro, L. Pace, J. Doughty 6, M. Gatt 4, D.Said Hollier, K. Tonna 6, A. Bonanno 4, B. Sultana 8,  B. Thomas 34, F. Camilleri.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani

 

Hibs 46

Starlites Sports Experience 26

(13-8)(11-2)(14-5)(8-11)

 

F’partita li qatt ma laħqet xi livell għoli, Hibs għelbu lil Starlites Sports Experience 46-26 biex telgħu fl-ewwel post b’seba’ punti, b’logħba iktar minn Luxol. Joselle Borg Cardona għada nieqsa għal Hibs fil-waqt lil Starlites kienu mingħajr Amanda Farrugia. Il-partita sa’ mill-ewwel ħinijiet uriet li mhix se tkun spettakolari tant li wara ħames minuti Hibs kienu 5-2 minn fuq. Starlites wieġbu bi trippla ta’ Lyndsey Pirotta u Hibs għalqu b’run ta’ 8-2 b’żewġ baskets ta’ Khadi Soune Sagna għal skor ta’ 13-8. Fit-tieni perjodu Starlites għamlu basket wieħed biss minn Samantha Tabone. Qablu, Hibs kienu għamlu 8 punti f’seba’ minuti u daħlu jistrieħu 24-10 minn fuq.

Wara l-intervall, Hibs komplew iżidu l-vantaġġ b’punti ta’ Maria Desira, Nadia Mifsud u Lucienne Bezzina. Starlites wieġbu b’żewġ freethrows minn Tabone flimkien ma’ punti ta’ Marilou Cutajar pero’ Hibs kienu għadhom 38-15 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni, Hibs użaw diversi players żgħażagħ u Starlites approfittaw bi break qasir ta’ 7-0 fosthom trippla ta’ Lara Pisani. Il-partita għalqet b’baskets ta’ Roberta Scerri u Elena Cassar għal Hibs li rebħu l-partita 46-26.

 

Hibs: J. Scerri 6, E. Cassar 9, R. Scerri 3, L. Bezzina 7, F. Mifsud, M. Desira 10, L. Micallef, A. Borg 1, N. Mifsud 2, E. Micallef 1, K. Soune Sagna 7.

Starlites Sports Experience: C. Riolo, A. Grixti, S. Tabone 4, L. Pisani 3, S. Cutajar, L. Pirotta 5, N. Attard 5, S. Davies, M. Cutajar 9.

Referees: Clive Terribile, Jacques Abeng.

 

Depiro 69
Luxol 71
(22-15)(12-15)(19-17)(16-24)

 

Fil-partita tal-ġimgħa ltaqgħu ż-żewġ sfidanti ewlenin minn dak li rajna s’issa matul l-istaġun u dak li offriet din il-partita tikkonferma li dawn iż-żewġ timjiet se jkunu fost il-protagonisti. Din kienet l-ewwel telfa fil-kampjonat għal Depiro biex issa huma biss Luxol li huma bla telfa. Iż-żewġ timijiet ma kellhomx problemi ta’ formazzjoni bl-eċċezjoni ta’ Emma Moore li għadha nieqsa għal Depiro. Sa’ mil-ewwel ħinijiet, deher li se tkun partita bilanċjata u Depiro marru 8-4 minn fuq b’Mollie Williams ikollha trippla għal Luxol. Luxol marru minn fuq wara trippla minn Sarah Pace u basket ta’ Mandi Sciortino. Depiro wieġbu b’run ta’ 12-2 bi three pointer ta’ Samantha Brincat u baskets minn Latisha Belcher fost l-oħrajn biex temmew l-ewwel sessjoni 22-15 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Luxol reġgħu naqqsu d-distakk 21-24 b’punti minn Pace u Williams. Wara li Depiro għamlu 3 baskets, Luxol naqqsu d-distakk għal 2 punti pero’ punti minn Svetlana Micallef u Andrea Mifsud raw lil Depiro jidħlu jistrieħu 34-30 minn fuq.

It-tielet sessjoni bdiet bid-Depiro jżommu l-vantaġġ sat-tielet minuta 38-34. Hawn Luxol għamlu break ta’ 8-0 bi trippli minn Greta Zarb u Pace biex marru minn fuq. Ir-risposta ta’ Depiro ġiet minn Beverlee Zammit u Belcher pero’ fis-seba’ minuta Luxol kienu għadhom 5 minn fuq 47-42. Fl-aħħar żewġ minuiti, Depiro għamlu breaqk ta’ 11-0 b’żewġ trippli oħra minn Zammit u oħra ta’ Brincat biex temmew is-sessjoni 53-47 minn fuq. Luxol ma ċedewx u fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni reġgħu naqqsu d-distakk għal punt 56-57. Depiro wieġbu b’sitt punti ta’ Zammit pero’ tilfu lil Belcher bil-ħames foul. Mandi Scirotino għamlet 4 punti għal Luxol flimkien ma’ Williams qabel ma Depiro fallew 4 freethrows konsekuttivi. Zammit kellha trippla oħra biex bi ftit aktar minn minuta biex tintemm il-partita, Depiro kienu 6 minn fuq 68-62. Pero’ Luxol għamlu 9 punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Becky Naudi u fl-aħħar attakk Brincat għamlet freethrow minn 2 biex Luxol rebħu l-partita 71-69.

 

Depiro: C. Camilleri, G. Mifsud, F. Biancho 2, S. Brincat 13, M. Bonnett, S. De Martino 16, M. Mifsud, M. Scicluna, L. Belcher 12, A. Mifsud 2, S. Micallef 2, B. Zammit 22.

Luxol: S. Pace 16, M. Sciortino 13, C. Medina, B. Naudi 10, J. B. Gaerty, G. Zarb 8, P. Ellul 4, M. Williams 20, D. Muscat, K. Portelli.

Referees: Clive Terribile, Jacques Abeng.





Leave a comment