- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Luxol jaċċertaw fl-ewwel leg u Depiro fit-tieni biex jaslu sal-finali

Posted By sportinmalta1 On February 12, 2014 @ 5:16 pm In Basketball,Featured | No Comments

TAZZA LOUIS BORG NISA

minn Colin Schembri

Hibs 44

Pavi Depiro 48

(10-18)(12-6)(11-13)(11-11)

Ic-champions Pavi Depiro fetħu vantaġġ ta’ erba’ punti fi tmiem l-ewwel leg tas-semifinali tagħhom tat-tazza Louis Borg kontra Hibernians. Partita li minkejja l-iskor baxx, kienet interessanti u missielta bil-Hibs jagħmlu rimonta tajba lejn tmiem it-tieni perjodu biex minn hemm ‘l quddiem il-partita baqgħet bilanċjata.Depiro kellhom nieqsa players regolari bħal Martina Scicluna u Tina De Martino. Huma kellhom l-ewwel punti minn Samantha Brincat u Nola Taylor flimkien ma’ Maria Bonett u ħadu l-ewwel vantaġġ 11-5 fejn għal Hibs kien hemm il-baskets ta’ Crystal Woodley u Nadia Mifsud. Wara li Depiro żiedu d-distakk bil-punti ta’ Brincat u Bonett, Hibs kellhom trippla minn Emma Micallef iżda Antoinette Borg ukoll għamlet three pointer għal Depiro li temmew is-sessjoni tmienja minn fuq 18-10. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni Hibs resqu viċin bil-punti ta’ Elena Cassar b’Depiro jwieġbu permezz ta’ Martina Mifsud, Brincat u Taylor. Qabel intemmet it-taqsima, Hibs kellhom seba’ punti mingħajr risposta u fl-intervall naqqsu d-distakk għal basket 22-24.

Wara l-mistrieħ, Depiro bdew bil-punti ta’ Bonett u Beverlee Zammit però Hibs kellhom ir-risposta minn Micallef u Joselle Borg Cardona. Zammit kellha trippla għal Depiro biex reġgħet kabbret id-distakk flimkien ma’ basket ta’ Taylor u wara li Hibs kisbu żewġ baskets oħra minn Woodley u Cassar, Brincat għamlet three pointer u Depiro temmew il-perjodu 4 minn fuq 37-33. Hibs marru għall-ewwel darba minn fuq fil-ftuħ tal-aħħar taqsima bil-punti konsekuttivi ta’ Woodley fosthom trippla 39-37. Depiro ġabu l-iskor indaqs wara basket ta’ Taylor u wara li Woodley għamlet tlett punti oħra, Depiro għalqu l-partita bi break ta’ 9-2 fosthom żewġ three pointers oħra minn Brincat biex rebħu l-partita 48-44.

Hibs: E. Micallef 11, E. Cassar 9, J. Doughty, R. Scerri, N. Farrugia,  J. Scerri, L. Micallef, N. Mifsud 4, C. Woodley 15,J. Borg Cardona 5, I. Agius.

Pavi Depiro: N. Agius, G. Mifsud, A. D’Anastas, S. Brincat 19, M. Bonett 8, D. Sammut, M. Mifsud 2, A. Borg 3, N. Taylor 12, N. Donoghue, S. Micallef, B. Zammit 4.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile

Caffè Moak Luxol 73

Starlites Naxxar BC 36

(19-8)(14-16)(22-5)(18-7)

Caffè Moak Luxol kisbu rebħa komda fl-ewwel leg tagħhom fis-semifinali kontra Starlites Naxxar meta ħarġu rebbieħa 73-36. Iż-żewġ timijiet kellhom player nieqsa fejn Luxol kienu mingħajr Kay Portelli fil-waqt li Sarah Galea kienet nieqsa għal Starlites. Kienu Starlites li ħadu l-ewwel vantaġġ b’żewġ baskets ta’ Marilou Cutajar u Renea Phelps. Luxol malajr wieġbu bi break ta’ 14-2 b’diversi punti ta’ Steffi De Martino flimkien ma’ Patricia Bright, Mandi Mercieca u Greta Costa. Starlites kellhom basket minn Lindsey Pirotta bil-Luxol jagħmlu ħames punti oħra minn Bright u De Martino biex temmew is-sessjoni 19-8 minn fuq. It-tieni sessjoni kienet iktar bilanċjata biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin . Luxol żiedu l-vantaġġ b’ħames punti oħra ta’ De Martino però lejn it-tmiem il-perjodu, Starlites għamlu run ta’ 10-0 bil-punti ta’ Phelps u Samantha Tabone u fil-halftime Luxol kienu 33-24 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Luxol bdew bi trippla ta’ De Martino u wara li Phelps kellha l-punti għal Starlites, Luxol prattikament għalqu l-partita u d-diskors tal-kwalifikazzjoni bi break qawwi ta’ 15-0 biex marru 51-27 minn fuq. Huma kellhom trippla minn Kirsten Baldacchino u baskets minn Bright, De Martino, Costa u Mercieca. Luxol temmew il-perjodu 55-29 minn fuq u fir-raba’ sessjoni għamlu run oħra ta’ 13-2 fosthom trippli minn Mercieca u Becky Naudi. Pirotta wkoll kellha trippla għal Starlites bil-Luxol jagħlqu l-partita b’basket ta’ Naudi u three pointer minn Monique Caruana għal skor finali ta’ 73-36.

Caffè Moak Luxol: K. Baldacchino 7, M. Mercieca 9, I. Medina, B. Naudi 5, P. Ellul 3, G. Costa 6, S. De Martino 25, M. Caruana 3, P. Bright 15, M. Darmanin, C. Curmi.

Starlites Naxxar BC: A. Mifsud, J. Busuttil Gaerty, A. Grixti, S. Tabone 2, P. Montanaro, M. Desira 4, R. Phelps 19, L. Pirotta 5, N. Attard 2, S. Davies, M. Cutajar 4.

Referees: Emanuel Mangani, Teemu Helenius

Pavi Depiro 53

Hibs 41

(9-9)(16-7)(11-10)(17-15)

Pavi Depiro bdew din is-semifinali kontra Hibs b’vantaġġ ta’ erba’ punti war

Depiro vs Hibs

a r-rebħa fl-ewwel leg u rebħu wkoll it-tieni wieħed din id-darba b’vantaġġ ikbar 53-41 biex kisbu post fil-finali biċ-ċans li jiddefendu l-unur li rebħu l-istaġun li għadda. Hibs wara li marru minn fuq fit-tieni sessjoni sofrew żewġ runs minn Depiro u qatt ma rnexxielhom jerġgħu jidħlu fil-partita. Basket tal-Amerikana Nola Taylor flimkien ma’ trippla minn Samantha Brincat  fetħu l-partita favur Depiro però Hibs kellhom run ta’ 9-2. Huma bdew bil-punti ta’ Elena Cassar u Crystal Woodley u basket ta’ Elena Cassar biex ħadu vantaġġ 9-7. Qabel intemmet is-sessjoni kien hemm basket ta’ Gaby Mifsud għal parita 9-9. L-Amerikana Woodley fetħet it-tieni perjodu bi trippla għal Hibs però din kellha tkun l-aħħar darba li kienu minn fuq. Depiro wieġbu bi break ta’ 7-0 bi trippla oħra ta’ Brincat u minkejja li Woodley għamlet basket ieħor, Depiro kellhom sitt punti oħra. Eżatt mal-buzzer tal-halftime Mifsud għamlet trippla biex fl-intervall Depiro kienu 9 minn fuq 25-16.

Wara l-mistrieħ, il-punti damu ma waslu tant li fl-ewwel ħames minuti saru biss tlieta minn Hibs minn Joselle Borg Cardona u Woodley. Fil-ħames minuta bdew ġejjin ukoll il-puni ta’ Depiro minn Taylor flimkien ma’ Svetlana Micallef u Brincat u żiedu l-vantaġġ 32-19. Fl-aħħar minuta Hibs kellhom żewġ baskets oħra minn Nadia Mifsud u Woodley biex naqqsu d-distakk għal 10 punti 36-26. Fl-aħħar sessjoni Hibs tħabtu biex jersqu viċin iżda Depiro għamlu tlett baskets konsekuttivi. Woodley għamlet erba’ punti oħra però l-ħin kien kontra tagħhom u l-vantaġġ ta’ Depiro baqa’ komdu u setgħu jikkontrollaw sat-tmiem u rebħu l-partita 53-41.

Pavi Depiro: N. Agius, G. Mifsud 9, A. D’Anastas, S. Brincat 15, M. Bonett 4, D. Sammut, M. Mifsud, A. Borg, N. Taylor 17, N. Donoghue, S. Micallef 6, B. Zammit 2.

Hibs: E. Micallef 4, E. Cassar 6, J. Doughty, R. Scerri, N. Farrugia,  J. Scerri, L. Micallef, N. Mifsud 2, C. Woodley 24,J. Borg Cardona 5, I. Agius.

Referees: Emanuel Mangani, Teemu Helenius

Starlites Naxxar BC 61

Caffè Moak Luxol 53

(17-17)(22-13)(11-13)(11-10)

Starlites Naxxar BC kisbu rebħa ta’ prestiġju fuq Luxol fit-tieni leg tas-semifinali tat-tazza Louis Borg 61-53 u għalkemm Luxol għaddew għall-finali b’aggregate ta’ 126-97 zgur li l-klan ta’ Starlites kienu kuntenti b’din l-ewwel rebħa fl-istorja tagħhom kontra Luxol. Il-partita kienet bilanċjata fl-ewwel minuti bil-vantaġġ jibdel l-idejn għal diversi drabi u fir-raba’ minuta Luxol kienu 9-6 minn fuq wara punti minn Patricia Birght, Greta Costa u Steffi De Martino. Starlites wieġbu bil-punti ta’ Renea Phelps u Maria Desira u marru minn fuq 10-9 però qabel intemmet is-sessjoni Luxol kellhom il-punti ta’ Mandi Mercieca u ppareġjaw il-partita 17-17. Trippla ta’ Costa fil-ftuħ tat-tieni perjodu poġġiet lil Luxol għal darb’oħra minn fuq. Starlites komplew jirrispondu bil-punti ta’ Phelps, Desira u Lindsey Pirotta u reġgħu ħadu l-vantaġġ. Luxol kellhom il-punti ta’ De Martino u Costa però hawn Starlites għamlu run ta’ 12-0 bi trippli minn Pirotta u Justine Busuttil Gaerty u daħlu jistrieħu 39-30 minn fuq.

Wara l-intervall, Luxol wettqu reazzjoni speċjalment fl-ewwel ħames minuti meta għamlu run ta’ 10-2 b’żewġ baskets minn Bright biex naqqsu d-distakk 40-43. Starlites wieġbu bil-punti ta’ Phelps li għamlet il-punti tagħhom kollha f’din is-sessjoni li temmewha 50-43 minn fuq. Luxol kellhom trippla ta’ Becky Naudi fil-bidu tar-raba’ taqsima  però Phelps baqgħet sejra bil-punti tagħha. Luxol reġgħu waslu sa’ 4 punti ‘l bogħod wara baskets ta’ De Martino però kienu Starlites li għamlu l-aħħar 4 punti minn Phelps u Samantha Tabone u rebħu l-partita 61-53.

Starlites Naxxar BC: A. Mifsud, J. Busuttil Gaerty 3, A. Grixti, S. Tabone 2, P. Montanaro, M. Desira 15, R. Phelps 34, L. Pirotta 5, N. Attard, S. Davies, M. Cutajar 2.

Caffè Moak Luxol: K. Baldacchino 2, M. Mercieca 8, I. Medina, B. Naudi 6, P. Ellul, G. Costa 9, S. De Martino 14, M. Caruana, P. Bright 14, M. Darmanin, C. Curmi.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/luxol-jaccertaw-fl-ewwel-leg-u-depiro-fit-tieni-biex-jaslu-sal-finali/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.