Luxol imorru 2-1 minn fuq

Monday, April 29, 2013, 18:40

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA FINALI

minn Colin Schembri

Luxol 62

Pavi Depiro 48

(14-21)(14-13)(16-8)(18-6)

Ic-champions Luxol ħadu l-vantaġġ għal-ewwel darba fis-serje finali tal-kampjonat St. James Hospital tan-nisa meta għelbu lil Pavi Depiro 62-48. Depiro rebħu l-ewwel logħba però fil-partiti ta’ wara b’mod partikolari f’din it-tielet finali mhumiex juru l-istess logħob li wrew f’partiti oħrajn ankè kontra l-istess avversarji. Huwa fatt li r-ritorn ta’ Mollie Williams saħħaħ l-iskwadra tac-champions però daqstant ieħor Depiro mhux team ta’ 8 u 6 punti f’żewġ sessjonijiet. Fil-fatt Depiro kellhom bidu tajjeb u fl-ewwel żewġ sessjonijiet kienu fil-kontroll tal-partita. Huma bdew bi break ta’ 7-0 bi trippla ta’ Steffi De Martino u kien biss fil-ħames minuta li Luxol bdew jirrispondu. Għac-champions kien hemm żewġ baskets minn Diana Muscat u ieħor ta’ Sarah Pace biex naqqsu d-distakk però Depiro wieġbu b’sitt punti oħra minn Francesca Biancho, Latisha Belcher u De Martino u kienu 13-6 minn fuq. Depiro żiedu l-vantaġġ wara trippli minn Brincat u De Martino u temmew is-sessjoni 21-14 minn fuq. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu Depiro komplew jinqatgħu mill-avversarji fi spazju ta’ żewġ minuti għamlu seba’ punti oħra minn De Martino u Belcher u fetħu vantaġġ doppju 28-14. Hawn kien hemm żewġ trippli minn Sarah Pace għal Luxol biex reġgħet qarrbithom lejn l-avversarji flimkien ma’ punti minn Williams u Paula Ellul. Fl-intervall Depiro kellhom vantaġġ ta’ 6 punti 34-28.

Wara l-mistrieħ, Luxol ħarġu iktar deċiżi fil-waqt li Depiro naqqsu r-ritmu u kultant irrikorrew ukoll għal logħob individwali. B’Pace f’forma tajba Luxol resqu viċin 33-34 u għalkemm Belcher wieġbet għal Depiro, Luxol għamlu run ta’ 10-2 bil-punti ta’ Greta Zarb, Mandi Sciortino, Ellul u Williams biex fid-disa’ minuta kienu 43-39 minn fuq. Wara li De Martino u Belcher għamlu 3 punti oħra għal Depiro, Luxol għalqu l-perjodu 44-42 minn fuq wara freethrows ta’ Sarah Pace. Kif bdiet l-aħħar taqsima Luxol reġgħu żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Sciortino u Zarb. Ir-risposta ta’ Depiro kienet xotta hekk kif kienet Belcher li għamlet żewġ baskets flimkien ma’ Gaby Mifsud. Fid-disa’ minuta Luxol bdew run ta’ 9-0 li rathom joħorġu rebbieħa 62-48 biex resqu viċin ir-rebħ tat-tielet kampjonat konsekuttiv tagħhom. Depiro jridu jerbħu l-aħħar żewġ partiti u biex jagħmu dan jeħtieġ li jerġgħu juru l-istess logħob ta’ ftit ġimgħat ilhu…Mhux se tkun faċli għax quddiemhom se jsibu team determinat li jkompli bis-suċċessi…Nistennew u naraw hekk kif nhar l-Erbgħa tintlagħab ir-raba’ partita fl-16.30

Luxol: S. Pace 23, M. Sciortino 10, C.Medina, B.Naudi 2, J. B. Gaerty, G. Zarb 7, P. Ellul 4, M. Williams 10, D. Muscat 6, M. Darmanin, K. Portelli.

Pavi Depiro: A. Mifsud 2, G. Mifsud 2, F. Biancho 2, S. Brincat 3, M. Bonnett, S. De Martino 17, M. Mifsud, M. Scicluna, L. Belcher 18, S. Micallef, B. Zammit 4.

Referees:  Emanuel Mangani, Luke Camilleri, Clive Terribile

Statistika…

Luxol

Free throws – 15 on 20

Baskets – 19 on 39

Three pointers – 3 on 13

Rebounds – 44

Assists – 7

Turnovers – 25

Steals – 8

Fouls Suffered – 18

Fouls Made – 10

Depiro

Free throws – 8 on 14

Baskets – 14 on 47

Three pointers – 4 on 22

Rebounds – 39

Assists – 10

Turnovers – 25

Steals – 12

Fouls Suffered – 10

Fouls Made – 18





1 Comment

  1. slavic kracic says:

    Rabat more good than Luxol by far. Rabat coach no good. Players gooder with no coach. He go, they win.

    [Reply]

Leave a comment