Luxol Futsal bi żjara lill-Prim Ministru

Wednesday, August 9, 2017, 9:10

Luxol Futsal jagħmlu żjara lill-Prim Ministru

Ftit jiem biss qabel jibdew l-avventura fl-Awstrija fil-grupp Preliminari tal-UEFA Futsal Cup, iċ-Champions Maltin Luxol kellhom laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat fiċ-ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.

Waqt din iż-żjara l-Prim Ministru awgura lill-iskwadra kollha, waqt li wiegħed li fi żmien li gej il-Gvern se jkun impenjat li joffri faċilitajiet u aktar spazju biex dan l-isport tal-Futsal ikompli jikber f’pajjiżna.

Id-delegazzjoni ta’ Luxol Futsal li kienet tinkludi l-kumitat kollhu kienet immexxija mill-President Mario Vella u ċ-Chairman tal-klabb Joseph Aquilina.

Luxol se jieħdu sehem fi Grupp Ċ ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Futsal Cup li se jsir bejn it-22 u s-27 ta’ Awwissu f’Linz l-Awstrija.

Tournament bejn erba’ teamijiet bir-rappreżentanti Maltin li se jkunu qed jilgħabu kontra KMF Shkupi tal-Maċedonja, Maccabi Tel Aviv ta’ Iżrael u FC Diamant Linz tal-Awstrija li se jkunu qed jospitaw dan l-istess kampjonat bejn erba’ teamijiet.

Preżenti għaż-żjara li Luxol Futsal għamlu lill-Prim Ministru Joseph Muscat kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport Clifton Grima.

 





Leave a comment