Luxol champions wara rebħa drammatika

Tuesday, March 10, 2015, 22:27

ST. JAMES HOSPITAL U/16 NISA

minn Colin Schembri

Starlites 34

Luxol 36
(9-12)(6-6)(12-9)(7-9)

Jekk kien hemm bżonn ta’ prova li l-basketball huwa sport

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

mill-isbaħ, it-tmiem drammatiku ta’ din il-finali huwa prova ċara ta’ dan. Il-finali ta’ taħt is-sittax –il sena tat-tfajliet bejn Luxol u Starlites kellha tmiem mill-aktar eċitanti li se jibqa’ f’moħħ il-folla numeruża li kien hemm f’Ta’ Qali. Starlites waslu għall-finali b’rebħa ta’ 58-26 fuq Athleta fil-waqt li Luxol għelbu lil Hibs 44-28. Luxol marru fuq quddiem bil-punti ta’ Christine Borg Millo, Kaya Calleja u Sophie Abela. Starlites irrispondew bi three pointer ta’ Kirsty Galea b’Calleja terġa twieġeb għal Luxol. Wara basket ieħor ta’ Galea, Starlites kellhom trippla oħra minn Nicole Caruana però Luxol temmew l-ewwel taqsima fuq quddiem 12-9. Fit-tieni perjodu ż-żewġ timijiet kellhom sitt punti kull wieħed fejn għal Luxol kien hemm basket ta’ Borg Millo u tnejn oħra ta’ Calleja. Għal Starlites kien hemm il-punti ta’ Lena Ferrante biex fl-intervall Luxol kienu fuq quddiem 18-15.

Fit-tielet perjodu Luxol fetħu bil-punti ta’ Calleja u Borg Millo. Hawn Starlites għamlu break ta’ 8-0 fejn kellhom żewġ baskets ta’ Michela Cuschieri flimkien ma’ Jaelle Micallef u Galea biex marru minn fuq 23-22. Luxol wieġbu b’baskets ta’ Sasha Leauger però Starlites kellhom żewġ baskets oħra minn Cuschieri u Rebecca Caloro biex it-taqsima ntemmet f’parita 27-27. Fl-aħħar taqsima Luxol bdew bil-punti ta’ Alexis Parnis bi Starlites iwieġbu permezz ta’ Ferrante u Caloro. Luxol kellhom żewġ baskets minn Abela biex marru minn fuq 33-32 però Cuschieri reġgħat poġġiet lil Starlites minn fuq. Kien fadal ftit sekondi u l-coach ta’ Luxol għajat time-out. Il-ballun

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

wasal għand Christine Borg Millo li bi three pointer tefgħat lil Luxol minn fuq u lill-partitarji tagħhom f’dellirju ta’ ferħ. L-eċitament ma spiċċax hawn għaliex Starlites f’attentat iddisprat li jslavaw il-partita rnexxielhom isibu l-baket però l-ħin kien skada u Luxol setgħu jiċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat. Il-ferħ tagħhom laħaq il-qofol tiegħu meta Joseph Muscat Segretarju Ġenerali tal-MBA ppreżenta t-trofew lil captain ta’ Luxol Sophie Abela.

Starlites: Jaelle Micallef 2, Kristy Galea 8, Lena Ferrante 8, Martina Ferrante, Nicole Caruana 3, Michela Farrugia, Rebecca Caloro 4, Mikela Riolo, Anthea Micallef, Katya Zerafa, Michela Cuschieri 9, Rachel Deguara.

Luxol: Sophie Abela 7, Christine Borg Millo 9, Alexis Parnis 2, Kaya Calleja 16, Leah Sammut Mock, Kiera Agius, Emma Vincenti, Sasha Leauger 2.

Referees: Jennifer Mangani, Brian Sly.

Ritratti: MPC Photography https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716; www.mba.org.mt





Leave a comment