- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Luxol champions fiż-żewġ kategoriji

Posted By sportinmalta1 On March 24, 2014 @ 5:27 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONATI ST.JAMES HOSPITAL U/23

minn Colin Schembri

Luxol 53

Depiro 29

(9-13)(16-4)(12-5)(16-7)

Għat-tieni sena konsekuttiva Luxol rebħu l-kampjonat tan-nisa ta’ taħt it-23 sena meta għelbu lil Depiro 53-29. Fis-semifinali Luxol għelbu lil Starlites 79-34 fil-waqt li Depiro għelbu lil Hibs 54-31. Iż-żewġ timijiet kellhom diversi players li jiffurmaw l-iskwdra tal-ewwel diviżjoni li se jiltaqgħu kontra xulxin fis-semifinali tal-play-offs. Depiro ħadu vantaġġ ta’ 6-3 wara punti minn Tina De Martino u Maria Bonett. Wara basket ta’ Becky Naudi għal Luxol, Depiro żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Martina Mifsud u Nicole Agius 11-5. Luxol kellhom żewġ baskets minn Naudi u Steffi De Martino però Depiro għalqu s-sessjoni fuq quddiem 13-9 wara basket ieħor ta’ Agius. It-tieni sessjoni kienet storja differenti hekk kif Depiro għamlu biss żewġ baskets għas-sittax –il punt ta’ Luxol li bdewha bi trippla ta’ Naudi u baskets ta’ De Martino u Paula Ellul. Wara li Depiro kellhom il-baskets minn Gaby Mifsud u Bonett, Luxol għalqu t-taqsima bi break ta’ 7-0 bi trippla ta’ De Martino u daħlu jistrieħu 25-17 minn fuq.

Wara l-intervall iż-żewġ timijiet bdew b’żewġ baskets fuq kull naħa biex Luxol baqgħu sebgħa minn fuq 29-22. Hawn Luxol kellhom sensiela ta’ punti konsekuttivi minn Ellul fosthom trippla u basket ta’ Kay Portelli għal vantaġġ komdu ta’ 15 –il punt 37-22. Depiro bdew l-aħħar taqsima b’basket ta’ De Martino però Luxol reġa’ kellhom risposta qawwija ta’ 14-0 fosthom trippla ta’ De Martino u baskets minn Naudi. Lejn tmiem il-partita kien hemm tlett baskets minn Depiro minn Claudia Camilleri, Raiisa Calleja u Agius biex Luxol għalqu l-partita b’basket ta’ Christina Sollami u rebħu l-partita 53-29. Fi tmiem il-partita Kim Borg direttriċi tal-MBA ppreżentat it-trofew lil Becky Naudi captain ta’ Luxol.

Luxol: J. Seghatoleslami, O. Visser,  I. Medina, B. Naudi 18, M. Caruana 2, S. De Martino 17, K. Portelli 2, C. Sollami 2, P. Ellul 12, P. Bright, M. Darmanin, C. Curmi.

Depiro: N. Agius 7, G. Mifsud 3, D. Sammut, M. Bonett 6, C. Camilleri 2, M. Mifsud 2, R. Calleja 2, T. De Martino 7, A. D’Anastas, K. Aquilina, L. Vella

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Luxol 70

Depiro 60

(16-17)(20-15)(16-12)(18-16)

Wara s-suċċess tat-team tan-nisa, Luxol rebħu wkoll il-kampjonat tal-irġiel wara rebħa fuq Depiro 70-60. Fil-waqt li Luxol kellhom diversi players mill-iskwadra tal-ewwel diviżjoni fosthom Samuel Deguara li kien dominanti, t-team ta’ Depiro huwa ffurmat mill-players li jilgħabu fit-tieni diviżjoni ma’ Mtarfa bl-eċċezzjoni ta’ Anton Axiaq. Luxol għamlu l-ewwel żewġ baskets minn CJ Cordina u Deguara bid-Depiro jkollhom risposta ta’ 7-0 bi trippla ta’ Timothy Zammit. Luxol komplew bi break ta’ 11-4 b’aktar punti ta’ Deguara flimkien ma’ Nikola Vasovic. Depiro kellhom trippla oħra ta’ Zammit u punti ta’ Axiaq biex temmew is-sessjoni 17-16 minn fuq. Fit-tieni perjodu Luxol marru minn fuq bi trippla ta’ Vasovic. Depiro rrispondew bi trippla ta’ Samuel Zammit però Luxol kellhom erba’ baskets minn Deguara biex marru 29-26 minn fuq. Depiro wieġbu b’żewġ trippli ta’ Kurt Xuereb iżda Luxol kellhom seba’ punti oħra biex daħlu jistrieħu 36-32 minn fuq.

It-tielet taqsima kienet ferm kumbattuta biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin kontinwament. Però f’xi waqtiet, Luxol bdew jagħmlu żewġ baskets għal wieħed li jsofru u dan rahom iżidielhom il-vantaġġ għal disa’ punti 49-10. Samuel Zammit żam lil Depiro fil-logħba bil-punti tiegħu  però qabel intemm il-perjodu kien hemm tlett punti ta’ Andrew Micallef Trigona u Luxol fetħu vantaġġ ta’ 8 punti 52-44. Fl-aħħar taqsima Depiro reġgħu naqqsu d-distakk għal tlett punti 53-56 wara l-punti ta’ Timothy Zammit fosthom trippla. Deguara wieġeb b’żewġ baskets oħra għal Luxul u minkejja li Depiro kellhom it-trippla ta’ Xuereb, Luxol baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem biex rebħu l-partita 70-60. Fi tmiem il-partita saret il-preżentazzjoni lil captain ta’ Luxol Samuel Deguara mis-Sinjura Doris Sultana.

Luxol: CJ Cordina 5, J. Maistre Melillo, J. Willoughby, N. Andrejevic, JP Schembri 2, N. Vasovic 9. A. Micallef Trigona 11, S. Deguara 43, E. Bonello, S. Capello.

Depiro: A. Psaila, J. Attard, D. Schembri 6, T. Zammit 11, D. Farrugia, N. Grech, K. Xuereb 9, A. Axiaq 13, S. Zammit 21, M. Borg.

Referees: Clive Terribile, T. Helenius.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/luxol-champions-fiz-zewg-kategoriji/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.