Luxol ċerti mil-ewwel post

Wednesday, March 27, 2013, 15:36

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Alyssa Ashley Loyola 58

Luxol 71

(21-15)(11-18)(16-14)(10-24)

Ic-champions Luxol temmew l-ewwel fażi tal-kampjonat fl-ewwel post tal-klassifika wara li għelbu lil Loyola 71-58. Loyola huma l-uniku team li għelbu lil Luxol fil-kampjonat u rebħa fl-aħħar partita kontra Athleta taċċerthom mit-tielet post tal-klassifika u jilgħabu kontra Pavi Depiro fil-playoffs. Loyola kellhom lura lil Emma Moore u Abigail Sciberras. Kienu Luxol li ħadu l-ewwel vantaġġ fil-bidu tal-partita hekk kif iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin fl-ewwel minuti. Loyola kellhom break qasir ta’ 7-0 bi trippla ta’ Jean Doughty u baskets ta’ Brietta Thomas. Greta Zarb ukoll kellha trippla għal Luxol flimkien ma’ basket minn Mandi Sciortino però Loyola għalqu l-perjodu b’żewġ baskets ta’ Thomas għal skor ta’ 21-15. Luxol ġabu l-iskor indaqs fl-ewwel żewġ minuti tat-tieni sessjoni però tlett baskets konsekuttivi minn Kristie Tonna reġgħu taw vantaġġ lil Loyola. Il-partita kompliet b’ritmu tajjeb u trippla ta’ Thomas kienet imwieġba b’oħra minn Sciortino u Molliew Williams biex sa’ l-intervall Luxol dawru l-iskor  daħlu jistrieħu punt minn fuq 33-32.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni l-punti ġew bil-mod fuq iż-żewġ naħat hekk kif Thomas għamlet trippla għal Loyola biex reġgħat tathom il-vantaġġ. Williams u Sciortino reġgħu wieġbu għac-champions però Loyola komplew bit-three pointers minn Thomas u Denise Said Hollier biex temmew il-perjodu punt minn fuq 48-47. Kien fil-bidu tal-aħħar taqsima li Luxol ħadu l-partita f’idejhom kompletament. Huma kellhom run ta’ 15-2 bi three pointers ta’ Sarah Pace u  Sciortino biex fis-seba’ minuta fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 62-42. Thomas kellha three pointer ieħor  però Luxol wieġbu bil-baskets ta’ Williams u Diana Muscat biex rebħu l-partita 71-58.

Alyssa Ashley Loyola: E. Moore 3, L. Pace, J. Doughty 3, M. Gatt, D.Said Hollier 3, K. Tonna 8, A. Bonanno 11, J. Mangion, A.Sciberras,  B. Thomas 30, SJ Barbara, P. Montanaro.

Luxol: S. Pace 8, M. Sciortino 14, C. Medina, B. Naudi, J. B. Gaerty, G. Zarb 12, P. Ellul, M. Williams 25, D. Muscat 13, M. Darmanin, K. Portelli.

Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly

Phoenix Petrus Pizza Qormi 65

Hibs 75

(17-18)(13-22)(22-19)(13-16)

Phoenix Petrus Pizza Qormi temmew l-impenji tagħhom għal dan l-istaġun b’wirja posittiva kontra Hibs minkejja li ħarġu telliefa 75-65. Hibs issa jistennew ir-riżultat tal-aħħar partita ta’ Loyola biex jaraw kontra min se jilgħabu fil-playoffs. Il-partita fetħet bil-Hibs jagħmlu l-ewwel erba’ baskets minn erba’ players differenti. Fil-ħames minuta waslet ir-risposta minn Phoenix ukoll b’erba’ baskets mingħajr risposta tnejn minnhom minn Thomas biex fis-seba’ minuta kien hemm parita 8-8. Punti minn Lucienne Bezzina u Nadia Mifsud reġgħu taw il-vantaġġ lil Hibs bil- Phoenix iwieġbu bi trippla ta’ Martha Abela biex Hibs temmew il-perhodu punt minn fuq 18-17. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni Phoenix marru minn fuq wara basket minn Thomas però hawn Hibs għamlu run ta’ 10-2 biex ħadu vantaġġ ta’ 7 punti 28-21. Ir-risposta ta’ Phoenix kompliet ġejja minn Thomas bil-Hibs ikollhom ukoll il-baskets minn Maria Desira u Khai Soune Sagna. Qabel intemmet it-taqsima, Thomas kellha trippla biex fl-intervall kien hemm 10 punti jifirdu liż-żewġ timijiet bil-Hibs fuq quddiem 40-30.

Il-punti komplew ġejjin fuq iż-żewġ naħat anke fit-tielet taqsima. Desira kellha aktar punti għall-Pawlisti bil- Phoenix jwieġbu minn Yanika Agius u Christine Scicluna fost l-oħrajn. Phoenix regħu naqqsu d-distakk għal tmien punt1  46-54 wara punti konsekuttivi minn Thomas u Alexis Cutajar. Basket ta’ Elena Cassar u trippla minn Antoinette Borg reġgħu kabbru l-vantaġġ ta’ Hibs però qabel għalqet is-sessjoni Phoenix għamlu sitt punti oħra għal skor ta’ 52-59. L-aħħar perjodu beda bi trippla oħra minn Thomas bil-Hibs iwieġbu b’baskets minn Desira u Borg. Phoenix għamlu run oħra ta’ 7-0 biex waslu sa’ 3 punti ‘l bogħod 62-65 fir-raba’ minuta. Hibs rkupraw grazzi għal Joselle Borg Cardona u Emma Micallef biex għamlu run ta’ 10-3 li biha għalqu l-partita fuq skor finali ta’ 75-65.

Phoenix Petrus Pizza Qormi: M. Abela 3, V. Camilleri, C. Scicluna 4, Y. Agius 6, N. Said 2, A. Cutajar 17, B. Thomas 35, J. Millo, A. Demanuele 10.

Hibs: J. Scerri 2, E. Cassar 4, R. Scerri, L. Bezzina 4, F. Mfsud, M. Desira 20, L. Micallef, A. Borg 10, N. Mifsud 7, E. Micallef 3, J. Borg Cardona 9, K. Sagna 16.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosavljevic

Intant, wara tibdil fil-fixtures l-aħħar żewġ partiti mil-kampjonat tan-nisa se jinltagħbu kif ġej:

It-Tnejn 1 t’April – 18:15 – Honey Athleta vs Alyssa Ashley Loyola

Il-Ġimgħa 5 t’April – 18:15 – Honey Athleta vs Starlites Sports Experience.

Il-play-offs għar-rebħ tal-kampjonat jibdew Il-Ħadd 7 t’April 2013.

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Luxol

12

11

1

23

883

605

Pavi Depiro

12

10

2

22

879

600

Hibs

12

7

5

19

656

604

Alyssa Ashley Loyola

11

7

4

18

743

665

Honey Athleta

10

3

6

12

542

592

Phoenix Petrus Pizza Qormi

12

1

11

13

561

912

Starlites Sports Experience

11

1

10

12

426

712





Leave a comment