Luxol b’rebħa kbira fuq Phoenix

Wednesday, October 31, 2012, 11:25

minn Colin Schembri

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD NISA

 

 

Hibernians 57
Starlites 34

(14-13)(6-10)(15-9)(22-2)

 

Athleta vs Loyola

Athleta vs Loyola

Ħarsa lejn l-iskor finali ta’ din il-partita jagħti l-impressjoni li Hibs kellhom partita faċli kontra Starlites. Pero’ minkejja li l-Pawlisti ħarġu rebbieħa 57-34, sas-seba’ minuta tat-tielet sessjoni Starlites kienu għadhom minn fuq 32-30. Kien biss fl-aħħar sessjoni li Hibs urew is-supremazija tagħhom biex inqatgħu mill-avversarji u rebħu l-partita. Hibs tilfu lil Nadia Mifsud b’injury fl-għaksa kmieni fil-partita. Starlites offrew oppożizzjoni denja b’mod speċjali fil-bidu tant li wara l-ewwel ħames minuti, Hibs kienu 8-6 minn fuq. Starlites naqqsu d-distakk għal punt 10-11 u wara li Hibs reġgħu żiedu l-vantaġġ bi freethrows,  Lyndsey Pirotta għamlet trippla għal Starlites għal skor ta’ 14-13. Il-mument posittiv ta’ Starlites kompla fil-bidu tat-tielet sessjoni meta kien hemm trippla ta’ Ariana Grixti fi break ta’ 10-0 biex fis-seba’ minuta kienu 23-14 minn fuq. Hawn Hibs għamlu l-uniċi punti tagħhom minn Joselle Cardona u Julia Scerri biex fl-intervall Starlites kienu fuq quddiem 23-20.

Fit-tielet sessjoni Hibs marru minn fuq bi trippla ta’ Lucienne Bezzina 27-25. Starlites wieġbu bi break ta’ 7-3 biex marru minn fuq għal-aħħar darba 32-30. Hawn Hibs għalqu l-perjodu b’ħames punti biex marru minn fuq 38-32. L-aħħar sessjoni kienet mingħajr storja fejn Starlites waqfu milli jagħmlu l-punti. Hibs għamlu 20 punt mingħajr risposta b’Natasha Attard tagħmel l-uniku basket ta’ Starlites qabel tmiem il-partita. Hibs għalqu l-partita b’basket ta’ Francesca Mifsud għal skor finali ta’ 57-34.

           

Hibs: J. Scerri 10, E. Cassar 15, R. Scerri, L. Bezzina 6, F. Mifsud 4, M. Desira 1, A. Borg 9, N. Mifsud 2, E. Micallef, J. Borg Cardona 10, L. Micallef.

Starlites: A. Farrugia, C. Riolo 3, A. Grixti 7, S. Tabone 3, L. Pisani, S. Cutajar, L. Pirotta 8, N. Attard 2, M. Scicluna, M. Cutajar 11.

Referees: Clive Terribile, Alfred Carbonaro.

 

Phoenix Petrus Pizza Qormi 27
Luxol 73

(5-30)(12-14)(4-11)(6-16)

 

Luxol kellhom rebħa kbira fuq Phoenix Petrus Pizza Qormi biex spiċċaw Grupp 1 fit-tieni post u issa jiltaqgħu kontra Depiro fis-semifinali. Luxol kellhom bidu qawwi sabiex bil-vantaġġ li fetħu fi tmiem l-ewwel sessjoni setgħu jikkontrollaw il-partita. Phoenix kellhom jilgħabu għal ħin twil mingħajr il-post tagħhom Adriana Demanuele li weġġat fit-tieni sessjoni. Luxol bdew bi 8 punti bi tlett baskets ta’ Greta Zarb fl-ewwel 3 minuti qabel ma’ Alexis Cutajar għamlet l-ewwel basket ta’ Phoenix. Hawn Luxol għamlu run ta’ 14-0 b’iktar puntu minn Zarb flimkien ma’ Paula Ellul u Mollie Williams biex temmew is-sessjoni 30-5 minn fuq. Fit-tieni perjodu l-punti minn naħa ta’ Luxol naqsu u Phoenix bdew bi trippla ta’ Nicola Said. Willams wieġbet għal Luxol flimkien ma’ Sarah Pace b’Alexis Cutajar tagħmel trippla oħra għal Phoenix. Is-sessjoni għalqet b’basket fuq kull naħa biex fil-mistrieħ Luxol kienu 44-17 minn fuq.

Ic-champions bdew it-tielet sessjoni bi break ieħor ta’ 8-0 bl-ewwel basket ta’ Phoenix jasal fis-seba’ minuta minn Diane Pace. Baskets ta’ Williams u Martina Darmanin għalqu s-sessjoni bil-Luxol fuq quddiem 57-21. L-aħħar perjodu fetaħ b’basket fuq kull naħa qabel ma Luxol għamlu run oħra ta’ 14-0. L-aħħar punti ġew minn Martha Abela u Alexis Cutajar għal Phoenix biex Luxol rebħu l-partita 73-27.

 

Phoenix Petrus Pizza Qormi: M. Abela 5, V. Agius 2, M.R. Agius 2, D. Pace 2, N. Said 3, A. Cutajar 11, A. Abdilla, A. Demanuele 2.

Luxol: S. Pace 4, M. Sciortino 2, C. Medina 6, B. Naudi 8, J. B. Gaerty 1, G. Zarb 20, P. Ellul 12, M. Williams 12, D. Muscat, M. Darmanin 2, K. Portelli 6.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani

 

Honey Athleta 47
Alyssa Ashley Loyola: 55

(9-12)(16-14)(7-19)(15-10)

 

Honey Athleta riedu rebħa minn din il-partita kontra Alyssa Ashley Loyola biex jbqgħu biċ-ċans li jikkwolifikaw għas-semifinali. Pero Loyola li kellhom lura fit-team lil Christina Grima ħadu r-rebħa li riedu biex itemmu grupp 1 fl-ewwel post u issa jiffaċjaw lil Hibs fis-semifinali. Il-punti ġew bil-mod fl-ewwel ħinijiet tal-partita biex wara ħames minuti, Loyola kienu 5-2 minn fuq bi trippla ta’ Jean Doughty. Athleta wieġbu bil-punti ta’ Leanne Sciberras u trippla ta’ Aleksandra Ratomska biex ħadu vantaġġ ta’ basket 9-7. Loyola għalqu l-perjodu bi break qasir ta’ 5-0 biex marru fuq quddiem 12-9. Fl-ewwel erba’ minuti kien hemm punti fuq kull naħa biex Loyola żammew il-vantaġġ ta’ 3 punti 18-15 sar-raba’ minuta. Wara li Loyola żiedu l-vantaġġ bi break ieħor ta’ 8-2, kienu Athleta li kellhom l-aħjar tmiem tat-taqsima bi break ieħor ta’ 8-0 biex fl-intervall id-distakk niżel għal punt 26-25 favur Loyola.

It-tielet sessjoni kienet l-aħjar waħda għal Loyola. Huma bdew is-sessjoni b’run ta’ 12-2 li bdewha b’żewġ baskets ta’ Kristie Tonna u żewġ trippli ta’ Doughty biex fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt 38-27. Ratomska għamlet trippla għal Athleta flimkien ma’ basket minn Sciberras pero’ kienu Loyola li għamlu 7 punti oħra bi trippla ta’ Denise Said Hollier għal skor ta’ 45-32. Fil-ftuħ tar-raba’ sessjoni, Athleta għamlu sforz ieħor biex jidħlu lura fil-partita. Ratomska b’seba’ punti flimkien ma’ Sciberras għamlu run ta’ 12-2 biex sas-seba’ minuta naqqsu d-distakk għal 3 punti 44-47. Doughty u Justine Mangion għamlu 5 punti mportanti għall-Loyola biex reġgħu kabbru l-vantaġġ 52-44. Għal Athleta ftit kien għad fadal ħin biex Loyola rebħu l-partita 55-47.

 

Honey Athleta: M. De Martino 2, A. Ratomska 26, J. Xuereb, L. Calleja, L. Sciberras 11, M. A. Duca, C. Ciantar 2, E. Vella 6, M.C. Cilia, G. Muscat, R. Sciberras, C. Mifsud.

Alyssa Ashley Loyola: P. Montanaro, C. Grima 3, J. Doughty 13, M. Gatt 2, D.Said Hollier 5, K. Tonna 10, A. Bonanno 4, J. Mangion 4, SJ Barbara 14, F. Camilleri

Referees: Alfred Carbonaro, Brian Sly

 

 





Leave a comment