Luxol bit-tielet suċċess tal-istaġun

Tuesday, December 4, 2012, 8:28

minn Colin Schembri

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD NISA

 

Alyssa Ashley Loyola 51

Luxol 67

(10-14)(8-20)(20-14)(13-19)

 

Ic-champions Luxol rebħu t-tielet unur tal-istaġun meta fil-finali tas-Saint James Hospital Shield għelbu lil Alyssa Ashley Loyola 67-51. Għal Luxol dan kien is-sitt suċċess tagħhom f’din il-kompetizzjoni u huma egwaljaw ir-rekord tal-istaġun 1991/92 li kienet l-aħħar darba li rebħu tlett unuri fi staġun wieħed. It-team ta’ Christoph Stolp kellhu wirja kbira speċjalment fid-difiża fil-waqt li l-Amerikana Mollie Williams kienet dominanti taħt il-boards meta kellha 27 rebound flimkien mad-29 punt finali. Sarah Pace ukoll spikkat b’9 steals f’partita fejn iż-żewġ timijiet kellhom il-formazzjoni tipika tagħhom bl-uniku nuqqas ikun ta’ Martina Darmanin għal Luxol. Il-partita bdiet b’ritmu baxx bil-Luxol 5-1 minn fuq wara l-ewwel ħames minuti. Wara li Loyola naqqsu d-distakk minn Kristie Tonna, Williams u Mandi Sciortino wieġbu għall-Luxol flimkien ma’ freethrows ta’ Becky Naudi li ħallewhom 10-5 minn fuq fit-tmien minuta. Loyola rrispondew bil-punti ta’ Brietta Thomas pero’ Luxol temmew is-sessjoni 14-10 minn fuq. Loyola bdew xi ftit aħjar fit-tieni perjodu biex sal-ħames minuta naqqsu d-distakk għal 4 punti 20-16. Hawn pero’ Luxol ħadu l-partita f’idejhom u bil-Loyola jsibu diffikulta biex jagħmlu l-punti, huma għamlu run sabiħa ta’ 14-2 b’diversi punti ta’ Williams flimkien ma’ Diana Muscat biex daħlu jistrieħu 34-18 minn fuq.

Wara l-intervall, Luxol komplew iżidu l-vantaġġ bi break ieħor ta’ 9-2 biex fis-sitt minuta kienu 45-22. Hawnhekk Stolp biddel lil Williams u Loyola bdew isibu ftit iktar spazju fl-attakk u fi spazju ta’ żewġ minuti għamlu run ta’ 10-0. Sciortino waqqfitilhom din ir-run pero’ Thomas u Adalia Bonanno għamlu iktar punti għall-Loyola biex sa’ tmiem il-perjodu kien hemm 10 punti jifirdu liż-żewġ timijiet 38-48. B’Williams lura fil-court fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni, Luxol reġgħu bdew jinqatgħu mill-avversarji u bdew b’run oħra ta’ 9-2 bil-punti kollha jaslu mill-istess Williams. L-aħħar sforz ta’ Loyola ssarraf fi break ta’ 8-2 b’punti minn Thomas u Denise Hollier pero’ kienu Luxol li għamlu l-aħħar 6 punti tal-partita biex rebħu din il-finali 67-51. Fi tmiem il-partita is-Segretarju Ġenerali tal-MBA s-Sur Joseph Muscat ppreżenta t-trofew lil captain ta’ Luxol Mandi Sciortino.

           

Alyssa Ashley Loyola: P. Montanaro, L. Pace, J. Doughty 3, M. Gatt, D.Said Hollier 5, K. Tonna 5, A. Bonanno 8, J. Mangion 2, B. Sultana, B. Thomas 25, SJ Barbara 3, F. Camilleri

Luxol: S. Pace 9, M. Sciortino 7, C. Medina, B. Naudi 6, J. B. Gaerty, G. Zarb 7, P. Ellul 1, M. Williams 29, D. Muscat 8, K. Portelli.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani





Leave a comment