Luqa St.Michael’s jirbħu t-Tieni Diviżjoni tal-iSWAN League

Friday, April 1, 2011, 20:21
Luqa St. Michaels jiċċelebraw wara r-rebħa

Luqa St. Michaels jiċċelebraw wara r-rebħa

Nhar is-Sibt kompla il-kampjonat tal-Fahrenheit Freight Fowarders  Swan Amateur Football League, fejn spikkat l-aħħar lobgħa tal-kampjonat tat-tieni diviżjoni bejn l-aħjar żewġ timijiet tat-tieni diviżjoni bejn Luqa St Michaels u Dingli Eagles AMG Parts. Luqa St. Michaels għelbu lill-Dingli bl-iskor ta’ 2-1, propju b’gowl fl-aħħar minuti li tefa lill-plejers u l-Kumitat f’delirju kbir, B’dan ir-riżultat Luqa qabżu propju lill-Dingli u  barra li  rebħu l-kampjonat tat-tieni diviċjoni  ġew promossi għall-ewwel diviżjoni. Fit-tieni lobgħa ġewwa Tarxien, Marsa Baxter u Tarxien qasmu l-iskor fi draw ta’ 1-1, waqt li f’żewħ lobgħiet oħra tal-ewwel diviżjoni gewwa San Ġwann ċ-champions il-ġodda Senglea Gunners Tutto Sport għelbu faċilment lil Sliema Rangers bl-iskor kbir ta’ 11-3 waqt li Valletta St Pauli rebħu lill- Ta’ Ġiorni Wolves bl-iskor ta’ 6-2.
 
Fil-partita tal-gurnata Luqa St Michaels ghelbu lill-Dingli Eagles AMG Parts bix saru Champions tat-Tieni divizjoni fl-ewwwl stagun taghhom fl-Assoccazjoni. L-importanza tal-lobgha dehret sa qabel ma bdiet il-partita fejn stajt tara diversi partitarji ta’ kull tim madwar il-grawnd. Fil-bidu tal-partita iz-zewg timijiet dehru jistudjaw lill-xulxin b’lobghob maqsum f’ nofs il-grawnd. Fil-5 minuta Dingli fethu l-iskor fejn fl-ewwel tentattiv veru tal-lobgha min cross mix-xellug, kien propjru difensur ta’ St Michaels, Brian Zammit li meta prova jiklerja l-ballun mil-kaxxa tefghu bi zball fix-xiebka tal-gowler tieghu stess, fost il-ferh tal-plejers ta Dingli li zgur ma kienux qed jistennew li jifthu l-iskor hekk kmieni fil-partita. Luqa min-naha taghhom mill-ewwel ghamlu rejazzjoni u hargu fuq l-attakk biex jiksbu l-gowl ta’ draw, biex wara tenattiv ta ‘ Tirchett milquh tajjeb mil-goalkeeper Mark Abela, fid-9 minuta kien l-istess Tirchett li min ballun mix xellug gie wahdu quddiem il-goaler u ghelbu biex gab l-iskor fi draw ta’ 1-1. Min hawn il-lobgha zvolgiet f’ nofs il-grawnd fejn Luqa kellhom aktar pussess mil-avversarji u jkunu perikoluzi f’diversi drabi permzz ta’ Tirchett waqt li Dingli Eagles AMG Parts bdew joperaw bil-kuntrattak fejn l-attakkant prolifiku taghhom Pawlu Azzopardi kellu diversi tentattivi biex jitfgha lill-Dingli fil-vantagg. Wara li l-ewwel taqsiema ntemmet bl-iskor ta 1-1, kien evidenti li Luqa kienu ha johorgu aktar agressivi minhabba li riedu rebha bilfors biex jabzu lill-Dingli li kienu l-leaders tal-klassifika. Infatti fit-tieni taqsima Luqa kienu il-hin kollu fuq l-attakk u ghal-Dingli zgur li brilla l-goalkeeper taghhom Abela, li wettaq diversi saves stupendi, bl-aktar wiehed promenenti dak fuq daqqa ta’ras ta Tirchett li deher diehel fix-xiebka izda l-goalkeeper ta’ Dingli irnexxielu jtahru mir-rokna ta ‘fuq fuq ix-xellug tieghu. Fis-66 minuta, meta deher li Dingli kienu taht kontroll tas-sitwazzjoni fl-ahhar minuti Luqa marru fil-vantagg fejn min loose ball fil-kaxxa l-kbira Tirchett fahhar xutt li gheleb lill-Abela u tefgha lill-Luqien f’delirju kbir. Wara dan il-gowl Dingli pruvaw jerghu jmorru fuq l-attakk izda kull tenattiv gie mxejjen mid-difiza ta’ Luqa. Wara li spiccat il-partita it-Tezorier tal-Assoccazjoni Joe Curmi presenta it-trofew lil-Captain tac-Champions Luqa St Michaels.

Referee: Roberto Vella
 
Fit-tieni partita gewwa Tarxien , f’partita tal-ewwel divizjoni Marsa Baxter u Tarxien qasmu l-iskor bl-iskor ta’ 1-1. Tarxien fthu l-iskor fil-25 minuta permzz ta’ Lorenzo Parella u marsa gabu d-draw permezz ta’ Jason Cassar fil-55 minuta. Issa Tarxien jkollhom jilghabu fil-playoff kontra Dingli Eagles biex ir-rebbieh jilghab fil-kampjonat tal-ewwel divizjoni l-istagun li jmiss.
 
 Gewwa l-ground ta’ San Gwann saru zewg loghbiet ohra mill-kampjonat tal-Fahrenheit Freight Fowarders Swan Swan Amateur Football League qabel il-programm tal-ahhar fejn fl-ewwel partita tal-gurnata c-champions il-godda Senglea Gunners Tutto Sport fl-ewwel dehra taghhom minn meta gew dikjarati champions ghal-ewwel darba fl-istorja taghhom fi hdan l-ghaqda ghelbu facilment lil Sliema Rangers bl-iskor kbir ta’ 11-3,fejn sa tmiem l-ewwel taqsima kienu diga skurjaw erba goals minn Adrian Marmara fi10,16,20.28minuta loghob, minn naha tal-Rangers li diga sfaw relegati biex stagun iehor jilghabu fit-tieni divizjoni ma setghu jaghmlu xejn, ghas-Sliemizi kien naqas l-iskor fl-24minuta loghob Luke Attard,biex il-Gunners dahhlu jistriehu b’ vantagg komdu ta’ tliet goals.
Fit-tieni taqsima Senglea Gunners komplew ikunu superjuri ghall-avversarji taghhom u skurjaw seba goals ohra permezz ta’poker personali ta’ Ronnie Cleste fit-38,42,50,55minuta loghob u hat-trick personali ta’ Eric Saliba fit-58,61,71minuta loghob ghas-Sliemizi kienu naqsu l-iskor Donald Camilleri 63minuta loghob u goal iehor permezz ta’ Chris Pace fit-68minuta ghal skor finali ta’ 11-3,biex ic-championskomplew jikkonfernaw id-differenza li hemm bejnhom u t- teamijiet ohra purament amateur.  Referee:Stephen Mallia.
 
Fit-tieni partita tal-gurnata u l-aktar wahada mistennija bejn zewg teamijiet li tul is-snin dejjem kienu sfidanti serji,imma dan l-istagun ma kienux konsistenti,fejn tilfu bosta loghbiet kontra oppozizjioni mhux daqshekk kwotati Valletta St.Pauli Peugeot ghelbu lil Ta’Giorni Wolves bl-iskor ta’ 6-2,biex dawru telfa f’rebha u zammew hajjien it-tamiet taghhom li qatt jistghu jispiccaw fit-tieni post tal-klassifika u ikunu jispiccaw il-kampjonat fuq nota pozittiva minn naha Ta’ Giorni Wolves bhal beltin dan l-istagun komplew jiddizappuntaw fejn tilfu c-cans li setghu jispiccaw huma ukoll bhala runner-up tal-kampjonat u kien ikollhom tmiem il-kampjonat pozittiv imma spiccaw fuq nota negattiva fejn sfortunatament hafna players jidher li tilfu hafna mill-interess taghhom u qed imorru jipprattikaw sports iehor.
 
Il-bidu kien kollu tal-Wolves ghax wara 8minuti loghob marru fil-vantagg permezz ta’ Neville Zahra,biex fis-17il-minuta loghob il-Wolves kabbru l-iskor permezz Simon Dalli,imma l-beltin ghamlu reazzjoni biex isalvaw ir-rizultat u fis-27minuta naqsu l-iskor permezz ta’ Jason Attard,biex il-Wolves dahhlu jistriehu b’goal vantagg.Fit-tieni taqsima l-beltin iddominaw lil avversarji taghhom fejn skurjaw hames darbiet minghjr risposta permezz ta’ hat-trick personali minn Gilbert Camilleri fid-39,46,51minuta loghob u zewg goals ohra permezz ta’ Marco Buttigieg fis-60minuta loghob minn azzjoni ta’corner u fl-ahhar hinjiet permezz ta’ Fabio Cauchi fid-69minuta loghob
ghal-skor finali ta’ 6-2 biex zammew hajjien it-tamiet taghhom li jispicaaw bhala runners-up tal-kampjonat.

Referee : Stefan Pace.





Leave a comment